European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/750

1.4.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/750

tal-31 ta’ Marzu 2026

li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “ECA Disinfect skin Product family 7” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Ġunju 2022, ECA consortium A/S ppreżentat applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal familja ta’ prodotti bijoċidali bl-isem “ECA Disinfect skin Product family 7” tat-tipi ta’ prodott 1 u 3, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tad-Danimarka qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-HJ075974-23 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

(2)

“ECA Disinfect skin Product family 7” fih il-kloru attiv irrilaxxat mill-aċidu ipokloriku bħala s-sustanza attiva, inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodott 1 u 3.

(3)

Fit-12 ta’ Novembru 2024, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ssottomettiet, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija.

(4)

Fil-5 ta’ Ġunju 2025, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjoni tagħha (2), l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (“SPC”) tal-“ECA Disinfect skin Product family 7”, u r-rapport finali tal-valutazzjoni dwar il-familja ta’ prodotti bijoċidali lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(5)

L-opinjoni kkonkludiet li l-”ECA Disinfect skin Product family 7” hija familja ta’ prodotti bijoċidali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (s) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li hija eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(6) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, l-Aġenzija tirrakkomanda li l-familja ta’ prodotti bijoċidali tiġi awtorizzata biss għall-użu “Hand disinfection non-medical application” għat-tip ta’ prodott 1 kif deskritt fit-Taqsima 2.1 tal-opinjoni. L-użi l-oħra għat-tip ta’ prodott 1 u l-użu għat-tip ta’ prodott 3 li għalihom saret applikazzjoni mill-applikant mhumiex rakkomandati għall-awtorizzazzjoni mill-Aġenzija.

(6)

Fit-23 ta’ Ġunju 2025, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “ECA Disinfect skin Product family 7” għall-użu “Hand disinfection non-medical application” biss għat-tip ta’ prodott 1.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0035043-0000 lil ECA consortium A/S biex tqiegħed fis-suq u tuża l-familja ta’ prodotti bijoċidali “ECA Disinfect skin Product family 7” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness.

L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-21 ta’ April 2026 sal-31 ta’ Marzu 2036

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.

(2)  Opinion of 15 May 2025 on the Union authorisation of the biocidal product family “ECA Disinfect skin Product family 7” (ECHA/BPC/476/2025), https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.


ANNESS

SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL FAMILJA TA’ PRODOTTI BIJOĊIDALI

ECA Disinfect skin Product family 7

Tip(i) ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0035043-0000

Numru tal-assi R4BP EU-0035043-0000

PARTI I

L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI

1.   INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Kunjom

Isem

ECA Disinfect skin Product family 7

1.2.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

1.3.   Detentur tal-awtorizzazzjoni

Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni

Isem

ECA Consortium A/S

Indirizz

Blegen 9, 4.th 6400 Sønderborg DK

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0035043-0000

Numru tal-assi R4BP

 

EU-0035043-0000

Data tal-awtorizzazzjoni

 

Il-21 ta’ April 2026

Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni

 

Il-31 ta’ MArzu 2036

1.4.   Manifattur(i) tal-prodott

Isem tal-manifattur

ECA Consortium

Indirizz tal-manifattur

Blegen 9 4.th 6400 Sønderborg Id-Danimarka

Post ta’ siti ta’ manifattura

ECA Consortium, site 1 Åvej 19 2680 Solrød Strand Id-Danimarka


Isem tal-manifattur

ACS B.V.

Indirizz tal-manifattur

Oostergracht 17-11 3763 LX Soes In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

ACS B.V., site 1 Oostergracht 17-11 3763 LX Soes In-Netherlands

ACS B.V., site 2 Sdr. Kajsgade 7-9 8500 Grenaa Id-Danimarka


Isem tal-manifattur

Actalys France

Indirizz tal-manifattur

Z.A du Haut ds Tappes, BP 70 065 54310 Homecourt Franza

Post ta’ siti ta’ manifattura

Actalys site 1 Z.A du Haut ds Tappes, BP 70 065 54310 Homecourt Franza


Isem tal-manifattur

BEULCO GmbH & Co. KG

Indirizz tal-manifattur

Kölner Str. 92 D-57439 Attendorn Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

BEULCO GmbH & Co. KG site 1 Kölner Str. 92 D-57439 Attendorn Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Briotech European Operations Oy

Indirizz tal-manifattur

Teknobulevardi 3-5 01530 Vantaa Il-Finlandja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Briotech European Operations Oy Technopolis, site 1 Teknobulevardi 3-5 01530 Vantaa Il-Finlandja


Isem tal-manifattur

CF Pharma

Indirizz tal-manifattur

73B Hebron Industrial Estate R95 CKK2 Kilkenny L-Irlanda

Post ta’ siti ta’ manifattura

CF Pharma, site 1 73B Hebron Industrial Estate R95 CKK2 Kilkenny L-Irlanda


Isem tal-manifattur

Danish Clean Water A/S

Indirizz tal-manifattur

Nørrekobbel 11 6400 Sønderborg Id-Danimarka

Post ta’ siti ta’ manifattura

Danish Clean Water A/S, site 1 Nørrekobbel 11 6400 Sønderborg Id-Danimarka


Isem tal-manifattur

Ecas Qauttro s.r.l.

Indirizz tal-manifattur

Pietro Miliani 7 40132 Bologna L-Italja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Ecas Quattro s.r.l., site 1 Pietro Miliani 7 40132 Bologna L-Italja


Isem tal-manifattur

ecabiotec AG

Indirizz tal-manifattur

Starkenburgstrasse 10 D-64546 Mörfelden Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Ecabiotec AG, site 1 Starkenburgstrasse 10 D-64546 Mörfelden Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Elements of Water GmbH

Indirizz tal-manifattur

Unter dem Dostler 4 54296 Trier Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Elements of Water, site 1 Unter dem Dostler 4 54296 Trier Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Elox GmbH

Indirizz tal-manifattur

Auen-Süduferstrasse 67 9220 Velden L-Awstrija

Post ta’ siti ta’ manifattura

Elox GmbH, site 1 Töschling 123 9212 Techelsberg L-Awstrija


Isem tal-manifattur

Envira GmbH

Indirizz tal-manifattur

Karl-Emminger-Str.14-16 A-5020 Salzburg L-Awstrija

Post ta’ siti ta’ manifattura

Envira GmbH, site 1 Karl-Emminger-Str.14-16 A-5020 Salzburg L-Awstrija


Isem tal-manifattur

Hydroliq solutions GmbH

Indirizz tal-manifattur

Staldenhof 17 CH 6014 Luzern L-Iżvizzera

Post ta’ siti ta’ manifattura

Hydroliq solution AG, site 1 Hydroliq solution AG 6014 Luzern L-Iżvizzera


Isem tal-manifattur

HyperDes Water Technology

Indirizz tal-manifattur

Bastenauer Strasse 11 91637 Wornitz Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

HyperDES watertechnology, site 1 Bastenauer Strasse 11 91637 Wornitz Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Impressio GmbH

Indirizz tal-manifattur

Schäffergasse 20/26 1040 Vienna L-Awstrija

Post ta’ siti ta’ manifattura

Impressio GmbH, site 1 Hallerstrasse 43 6020 Innsbruck L-Awstrija


Isem tal-manifattur

Innovacyn US / Costigan Scientific Ltd

Indirizz tal-manifattur

2 Barrack Street, Clarinbridge H91 XT44 Galway L-Irlanda

Post ta’ siti ta’ manifattura

Innovacyn US / Constigan Scientific Ltd, site 1 2 Barrack Street 103 348 Clarinbridge, Galway L-Irlanda


Isem tal-manifattur

Innowatech GmbH

Indirizz tal-manifattur

Alte Kaserne 28 D-72186 Empfingen Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Innowatech GmbH, site 1 Alte Kaserne 28 72186 Empfingen Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Noxefin GmbH & Co Ks

Indirizz tal-manifattur

Wimmentaler strasse 36 74189 Weinsberg-Grantchen Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Noxefin GmbH & Co Ks, site 1 Wimmentaler strasse 36 7489 Weinsberg-Grantchen Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Nuova Control Systems Srl

Indirizz tal-manifattur

Viale VittorioVeneto 60 59100 Prato L-Italja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Nuova Control Systems Srl, site 1 Via Franco Vannetti Donnini 72/2 59100 Prato L-Italja


Isem tal-manifattur

Newtec Umwelttechnik GmbH

Indirizz tal-manifattur

Am Borsigturm 62 13507 Berlin Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Newtec Umwelttechnik GmbH, site 1 Am Borsigturm 62 13507 Berlin Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

NPP Izumrud

Indirizz tal-manifattur

Pae tn 25-47, Harju county 11414 Tallinn L-Estonja

Post ta’ siti ta’ manifattura

NPP Izumrud, site 1 Pae tn 25-47, Harju county 11414 Tallinn L-Estonja


Isem tal-manifattur

BBDistrilux

Indirizz tal-manifattur

6 rue Henri M.Schnadt 2530 Luxembourg Il-Lussemburgu

Post ta’ siti ta’ manifattura

BBdistrilux, site 1 12 rue de l’industrie 3895 Foetz Il-Lussemburgu


Isem tal-manifattur

PureClean.eu ApS

Indirizz tal-manifattur

Runddelsvej 17 8930 Randers NØ Id-Danimarka

Post ta’ siti ta’ manifattura

PureClean.eu ApS, site 1 Runddelsvej 17 8930 Randers Id-Danimarka

PureClean.eu ApS, site 2 Ruosilantie 7b 00390 Helsinki Il-Finlandja


Isem tal-manifattur

Gotika 1212 s.r.o

Indirizz tal-manifattur

Arbesova 751/9 46001 Liberec Iċ-Ċekja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Gotika 1212 s.r.o, site 1 Majerská 3 821 07 Bratislava Slovakia


Isem tal-manifattur

VDH watertechnology BV

Indirizz tal-manifattur

Glashorst 114 3925 BV Scherpenzeel In-Netherlands

Post ta’ siti ta’ manifattura

VDH Watertechnology B.V, site 1 Glashorst 114 3925 BV Scherpenzeel In-Netherlands


Isem tal-manifattur

Watair GmbH

Indirizz tal-manifattur

Aebischen 41 3202 Frauenkoppelen L-Iżvizzera

Post ta’ siti ta’ manifattura

Watair GmbH, site 1 Aebischen 41 3202 Frauenkoppelen L-Iżvizzera


Isem tal-manifattur

Ökopur GmbH

Indirizz tal-manifattur

Parkweg 10 D-74850 Schefflenz Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Ökopur GmbH, site 1 Parkweg 10 D-74850 Schefflenz Il-Ġermanja


Isem tal-manifattur

Veriforte GmbH

Indirizz tal-manifattur

Tobel 1505 8877 Murg L-Iżvizzera

Post ta’ siti ta’ manifattura

Veriforte GmbH, site 1 Katzmoosstraße 26a 5161 Elixhausen L-Awstrija

1.5.   Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)

Sustanza attiva

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Isem tal-manifattur

Innowatech GmbH

Indirizz tal-manifattur

Alte Kaserne 28 D-72186 Empfingen Il-Ġermanja

Post ta’ siti ta’ manifattura

Innowatech GmbH site 1 Alte Kaserne 28 72186 Empfingen Il-Ġermanja

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu ipokloruż

Aċidu ipokloruż

Rilaxxatur

7790-92-3

232-232-5

0,075 - 0,1 % (w/w)

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Sustanza attiva

 

 

0,075 - 0,1 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni

Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

PARTI II

IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)

1.   META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.1.   Meta SPC 1 identifikatur

Identifikatur

Meta SPC: Skin disinfection

1.2.   Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni

Numru

1-1

1.3.   Tip(i) ta’ prodott

Tip(i) ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

2.   KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1

2.1.   Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu ipokloruż

Aċidu ipokloruż

Rilaxxatur

7790-92-3

232-232-5

0,075 - 0,1 % (w/w)

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Sustanza attiva

 

 

0,075 - 0,1 % (w/w)

2.2.   Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1

Tip(i) ta’ formulazzjoni

AL Kwalunkwe likwidu ieħor

3.   DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1

Dikjarazzjonijiet ta’ periklu

H290: Jista’ jkun korrużiv għall-metalli.

Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni

P390: Assorbi t-tixrid sabiex tipprevjeni ħsara fil-materjal.

P234: Żomm biss fl-imballaġġ oriġinali.

4.   UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC

4.1.   Deskrizzjoni tal-użu

Tabella 1

1.1 Diżinfezzjoni tal-idejn mhux medika (PT1)

Tip ta’ prodott

PT01: Iġjene tal-bniedem

Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp)

Isem komuni: Batterji

Istadju iżvilupp: l-ebda <i>data</i>

Isem komuni: Ħmira

Istadju iżvilupp: l-ebda <i>data</i>

Isem komuni: Viruses

Istadju iżvilupp: l-ebda <i>data</i>

Qasam/Oqsma ta’ użu

użu fuq ġewwa

Metodu/i ta’ applikazzjoni

Metodu: tferriegħ

Deskrizzjoni dettaljata:

Ferra 3 ml fuq idejn nodfa u niexfa, ogħrok idejk sew għal 30 sekonda. Irrepeti l-applikazzjoni.

Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza

Rata ta’ applikazzjoni: 2 x 3 ml. The products are ready to use (RTU)

Numru u ħin tal-applikazzjoni:

3 ml għal 30 sekonda mwettqa darbtejn.

Massimu ta’ 25 darba kuljum (użu professjonali).

Massimu ta’ 10 darbiet kuljum (użu mhux professjonali).

Ħin ta’ kuntatt: 2 x 30 sekonda.

Il-prodott irid ikun ifformulat għal pH ta’ 4-8.

Kategorija/i ta’ utenti

professjonali

pubbliku ġenerali (mhux professjonali)

Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ

Flixkun u tank IBC: Polietilen ta’ densità għolja (HDPE)/polietilentereftalat (PET)

Daqsijiet:

Utenti mhux professjonali:

Flixkun: 500 ml; 750 ml; 1 L

Utenti professjonali:

Flixkun: 500 ml; 750 ml; 1 L; 2,5 L; 5 L; 7,5 L; 10 L; 20 L.

Tank IBC: 500 L; 600 L; 1000 L

4.1.1.   Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw

Applika 3 ml fuq idejn nodfa u niexfa, u ogħrok idejk sew għal 30 sekonda. Agħmel darbtejn.

4.1.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.3.   Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.4.   Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

4.1.5.   Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ara d-direzzjonijiet ġenerali għall-użu.

5.   STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1

5.1.   Struzzjonijiet għall-użu

Ikkonforma mal-istruzzjonijiet għall-użu.

5.2.   Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji

Mhux meħtieġa miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju

5.3.   Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent

JEKK JIĠI INALAT: Jekk jidhru sintomi ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

JEKK JINBELA’: Jekk jidhru sintomi ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

JEKK FUQ IL-ĠILDA: Jekk isseħħ irritazzjoni aħsel bl-ilma u fittex parir mediku. F’każijiet ta’ espożizzjoni mhux intenzjonata tal-ġilda: aħsel bl-ilma.

JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Jekk jidhru sintomi laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Ċempel ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew tabib.

Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib.

5.4.   Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu

Armi l-kontenut/il-kontenitur f’konformità mar-regolamenti lokali/nazzjonali/internazzjonali

5.5.   Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin

Ħajja fuq l-ixkaffa: 18-il xahar.

Irid jinħażen f’temperatura massima ta’ 20 °C.

Ipproteġi mill-ġlata.

Ipproteġi mid-dawl.

Żommu ‘l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal, annimali domestiċi u annimali mhux fil-mira.

6.   INFORMAZZJONI OĦRA

Fir-rigward tal-”Kategorija/i ta’ utenti” innota: “Professjonisti (inkluż utenti industrijali)” tfisser professjonisti mħarrġa jekk dan huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

7.   IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1

7.1.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem/Ismijiet kummerċjali

ECA Disinfect skin 750

qasam tas-suq: UE

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0035043-0001 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu ipokloruż

Aċidu ipokloruż

Rilaxxatur

7790-92-3

232-232-5

0,075 % (w/w)

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Sustanza attiva

 

 

0,075 % (w/w)

7.2.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem/Ismijiet kummerċjali

ECA Disinfect skin 800

qasam tas-suq: UE

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0035043-0002 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu ipokloruż

Aċidu ipokloruż

Rilaxxatur

7790-92-3

232-232-5

0,08 % (w/w)

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Sustanza attiva

 

 

0,08 % (w/w)

7.3.   Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali

Isem/Ismijiet kummerċjali

ECA Disinfect skin 1000

qasam tas-suq: UE

Numru tal-awtorizzazzjoni

 

EU-0035043-0003 1-1

Isem komuni

Isem IUPAC

Funzjoni

Numru CAS

Numru EC

Kontenut (%)

Aċidu ipokloruż

Aċidu ipokloruż

Rilaxxatur

7790-92-3

232-232-5

0,1 % (w/w)

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Kloru attiv rilaxxat mill-aċidu ipokloruż

Sustanza attiva

 

 

0,1 % (w/w)


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/750/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)