Official Journal L 013 , 20/01/2004 P. 0043 - 0043
Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Jannar 2004 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2000/807/KE biex tikkunsidra t-tibdil fir-reġjuni fl-Olanda (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5312) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/67/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/807/KE [2] tistipula l-forma kodifikata u l-kodiċi għan-notifikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva 82/894/KEE. (2) Matul l-iżvilupp tal-pjani tagħha ta’ eradikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali, l-Olanda aġġustat ir-reġjuni tal-pajjiż tagħga. Il-fruntieri tar-reġjuni l-ġodda ġew stabbiliti, sabiex ikun aktar faċli li jiġi kontrollati fil-każ ta’ xi tifqigħa. L-aġġustament tar-reġjuni fl-Olanda jeffettwa s-Sistema ta’ Notifikazzjoni tal-Mard ta’ l-Annimali (ADNS) preskritta fid-Deċiżjoni 2000/807/KE. Ir-reġjuni l-ġodda (kompartimenti) għandhom għalhekk jisostitwixxu dawk presenti fl-ADNS. (3) Id-Deċiżjoni 2000/807/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata. (4) Sabiex tiġi protetta l-konfidenzalità ta’ l-informazzjoni trasmessa, l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni m’għandux jiġi pubblikat. (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness V li jinsab mad-Deċiżjoni 2000/807/KE huwa emendat skond l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussell, fis-6 ta’ Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 378, 31.12.82, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [2] ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 80. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2002/807/KE (ĠU L 279, tas-17.10.2002, p. 50). --------------------------------------------------