12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/29


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9326 — Saudi Aramco/Total Marketing/Sahel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 136/09)

1.   

Fil-5 ta’ April 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Saudi Aramco Retail Company (“SARC”, l-Arabja Sawdija),

—

Total Marketing Services S.A. (“Total MS”, Franza),

—

Company Marketing Company (“TMC”, l-Arabja Sawdija) u

—

Sahl Transportation Company (“STC”, l-Arabja Sawdija) (TMC u STC flimkien jissejħu “Sahel”).

SARC u Total MS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Sahel kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SARC: kumpanija sussidjarja kollha kemm hi proprjetà tas-Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, l-Arabja Sawdija) li hija responsabbli għas-sjieda u l-ġestjoni tan-negozju ta’ bejgħ bl-imnut ta’ karburanti ta’ Saudi Aramco. Saudi Aramco hija involuta fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati.

—   Total MS: sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Total S.A. (“Total”). Total MS hija attiva fid-distribuzzjoni ta’ prodotti petrolifiċi raffinati, inklużi fjuwils. Total hija produttur tal-enerġija integrata internazzjonali.

—   Sahel: TMC tħaddem network ta’ stazzjonijiet ta’ servizz għall-konsumaturi madwar l-Arabja Sawdija bl-isem tad-ditta Sahel. Hija tipprovdi wkoll, permezz ta’ żewġ sussidjarji, varjetà ta’ prodotti u servizzi, bħal snacks u xorb, ħlewwiet, ikel veloċi u aċċessorji tal-karozzi. STC tipprovdi servizzi ta’ trasport tal-fjuwil lil stazzjonijiet ta’ servizz ta’ Sahel.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9326 — Saudi Aramco/Total Marketing/Sahel

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.