1.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ġunju 2009

li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/506/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tat-3 ta’ April 2009,

Billi:

(1)

Il-mandat ta’ erba’ membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinal Orfni, minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”, stabbilit skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000, skada fil-15 ta’ April 2009. Membru tal-Kumitat li skadielu l-mandat tiegħu nħatar mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ Rakkomandazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. Tliet membri oħra li skadielhom il-mandat tagħhom inħatru mill-Kummissjoni biex jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti. Għaldaqstant, jinħtieġ li jinħatru erba’ membri fil-Kumitat.

(2)

L-Aġenzija Ewopea għall-Mediċini rrakkomandat persuna għall-ħatra.

(3)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-persuna segwenti qiegħda b’hekk tinħatar membru tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Kumitat, biex tirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2009,

Is-Sinjura Lesley Claire GREENE

2.   Il-persuni segwenti qegħdin b’hekk jerġgħu jinħatru membri tal-Kumitat biex jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijet tal-pazjenti għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2009,

 

Is-Sinjura Birthe Byskov HOLM

 

Dr Marie Pauline EVERS

Artikolu 2

Fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-persuna segwenti qiegħda b’hekk tinħatar mill-ġdid membru tal-Kumitat għal terminu ta’ tliet snin, mill-1 ta’ Lulju 2009,

Dr David LYONS.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.