|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2052 |
31.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2052
tat-30 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u ta’ ċerti kriterji tal-prestazzjoni tal-metodi analitiċi għar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi użati fl-annimali li jipproduċu l-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 (2) jistabbilixxi r-regoli dwar il-prestazzjoni tal-metodi analitiċi għar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi użati fl-annimali li jipproduċu l-ikel u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati kif ukoll dwar il-metodi li jridu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 jikkonċerna, fost l-oħrajn, il-kriterji tal-prestazzjoni tal-metodi analitiċi fir-rigward tar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi fl-għalf. Madankollu, jenħtieġ li jiġi ċċarat li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikkonċerna biss il-metodi użati biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ ċerti regoli li jiffissaw il-livelli regolatorji fl-għalf, koperti mill-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali fil-qasam tar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 (3), u ma jikkonċernax il-metodi użati biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli dwar il-kontaminazzjoni kroċjata tas-sustanzi attivi antimikrobiċi fl-għalf mhux fil-mira, imsemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1229 (4). Jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 ’l hawn, ġew aġġornati diversi standards internazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi rilevanti jibqgħu preċiżi, jenħtieġ li dawn jiġu aġġornati kif xieraq. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kriterji tal-prestazzjoni jiġu vverifikati b’mod adegwat, jenħtieġ li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 jissemma b’mod espliċitu li kwalunkwe devjazzjoni mill-kriterji tekniċi stabbiliti jenħtieġ li tiġi ddokumentata u analizzata u l-evidenza traċċabbli għandha tinżamm. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-rekwiżit jiżdied mar-rekwiżiti ġenerali tal-metodi analitiċi. |
|
(5) |
Il-perjodu ta’ tranżizzjoni għal ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 intemm. Għaldaqstant, jixraq li dak l-Artikolu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Biex titjieb il-leġġibbiltà tar-rekwiżiti ġenerali tal-metodi ta’ konferma, jenħtieġ li ċerti partijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu inklużi f’subkapitolu speċifiku li jirreferi għall-użu speċifiku tal-kokromatografija. |
|
(7) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ ripetibbiltà f’ċerti każijiet ma jistax jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-preċiżjoni tagħhom u għalhekk jenħtieġ li dan ir-rekwiżit jiġi emendat biex jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ riproduċibbiltà. |
|
(8) |
Skont il-karatteristiċi tal-prestazzjoni, il-metodi ta’ skrinjar jistgħu jkunu ta’ tliet tipi differenti. Għalkemm il-metodi kwalitattivi u kwantitattivi huma ddefiniti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808, jonqos spjegazzjoni tal-metodu ta’ skrinjar semikwantitattiv. Għalhekk, jenħtieġ li tiżdied spjegazzjoni ta’ dan it-tip ta’ metodu mal-klassifikazzjoni tal-metodi analitiċi. |
|
(9) |
Ir-rekwiżiti għat-twettiq ta’ diversi esperimenti individwali għal kull bidla maġġuri attwalment jirreferu għar-robustezza. Peress li anke l-karatteristiċi l-oħra tal-prestazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati f’każ ta’ bidla maġġuri, jenħtieġ li ssir referenza għall-karatteristiċi kollha meħtieġa tal-prestazzjoni u jenħtieġ għalhekk li d-dispożizzjonijiet rilevanti jiġu emendati kif xieraq. |
|
(10) |
Għal sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, qed tintalab validazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-punti ta’ referenza għal kull azzjoni (RPA). Madankollu, ġieli ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli peress li l-konċentrazzjoni tkun baxxa wisq mil-lat analitiku u għalhekk il-konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA tista’ tiġi sostitwita bil-konċentrazzjoni l-aktar baxxa ta’ bejn il-0,5 drabi u l-1,0 drabi aktar mill-RPA, li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli. F’ċertu każijiet, l-aktar livell baxx ikkalibrat jista’ jkun inqas minn 0,5 drabi aktar mill-RPA u għalhekk jenħtieġ li l-possibbiltà ta’ validazzjoni f’dan il-livell ta’ konċentrazzjoni tiżdied fin-noti ta’ qiegħ il-paġna rilevanti. |
|
(11) |
Sabiex jiġi ċċarat in-numru totali ta’ repliki meħtieġa sabiex jiġu ddeterminati r-ripetibbiltà u r-riproduċibbiltà intralaboratorju, jenħtieġ li dan in-numru jissemma b’mod espliċitu fis-subkategoriji rilevanti. |
|
(12) |
Il-validazzjoni tal-metodi analitiċi tista’ ssir skont il-mudelli alternattivi bl-użu ta’ pjan sperimentali. Bħalissa, hemm l-istandard internazzjonali ISO/TS 23471:2022 disponibbli u, għalhekk, jenħtieġ li r-referenza għalih tiżdied bħala possibbiltà oħra għall-kalkolu tal-karatteristiċi tal-metodu. |
|
(13) |
Meta tiġi ddeterminata l-istabbiltà ta’ analita, approċċ iżokronu jippermetti determinazzjoni mtejba tal-instabbiltajiet potenzjali tal-analita kif ukoll stima tal-perjodi xierqa tal-ħżin. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-approċċ jiżdied mal-opzjonijiet sabiex tiġi ddeterminata l-istabbiltà tal-analita. |
|
(14) |
Tul l-implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808, il-proċedura li tiddeskrivi d-determinazzjoni tal-istabbiltà tal-analita fil-matriċi rriżultat f’diversi interpretazzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li dik il-proċedura tiġi ċċarata aktar, b’mod partikolari fil-passi tat-tisħiħ tal-analita u fl-użu tat-termini xierqa tal-alikwoti u tal-porzjonijiet. |
|
(15) |
Bħalissa, il-kalkolu tal-kapaċità ta’ detezzjoni għall-iskrinjar (CCβ) għall-Metodu 2 għas-sustanzi farmakoloġikament attivi mhux awtorizzati jew ipprojbiti jinkludi biss il-każijiet fejn il-konċentrazzjoni fil-mira tal-iskrinjar magħżula tipprovdi 5 % jew inqas ta’ riżultati konformi foloz. Għalhekk, jenħtieġ li tiżdied dispożizzjoni f’każ fejn il-perċentwal tar-riżultati konformi foloz ikun ogħla minn 5. |
|
(16) |
Għall-metodi tal-iskrinjar, huwa biss is-CCβ għas-sustanza individwali li jiġi rrapportat. Għalhekk, id-dispożizzjoni addizzjonali għas-somma tas-CCβ, inkluża fid-dispożizzjonijiet għall-kalkolu tas-CCβ, hija żejda u jenħtieġ li titħassar. |
|
(17) |
Il-ħtieġa li jiġi ddeterminat l-irkupru assolut tal-metodu tiddependi fuq in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-istandard intern jew fuq jekk tintużax kalibrazzjoni tal-matriċi ffortifikata jew le. Il-formulazzjoni attwali li l-irkupru assolut tal-metodu għandu jiġi ddeterminat meta ma jintuża l-ebda standard intern jew ma tintuża l-ebda kalibrazzjoni tal-matriċi ffortifikata tista’ toħloq konfużjoni, peress li jista’ jinftiehem li ż-żewġ każijiet iseħħu flimkien, meta waħda biss miż-żewġ kundizzjonijiet tkun biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-irkupru assolut. |
|
(18) |
Fir-rigward tal-effetti relattivi tal-matriċi, bħalissa, il-valur tal-koeffiċjent tal-varjazzjoni jirreferi għal perċentwal numeriku massimu mingħajr differenzjazzjoni tal-frazzjonijiet tal-massa. Peress li t-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 tippreżenta diversi koeffiċjenti tal-varjazzjoni aċċettabbli skont il-frazzjonijiet differenti tal-massa, jenħtieġ li l-koeffiċjent tal-varjazzjoni aċċettabbli jirreferi għall-valuri elenkati f’dik it-tabella. |
|
(19) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-metodi ta’ analiżi użati għat-teħid tal-kampjuni u għall-analiżijiet fil-laboratorju fir-rigward tar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi fil-qafas tal-pjanijiet nazzjonali kif iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 (*1). Dan jistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi ta’ dawn l-analiżijiet tal-laboratorju. Dan ir-Regolament japplika għall-kontrolli uffiċjali mmirati lejn il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti dwar il-preżenza tar-residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi. (*1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 tat-23 ta’ Settembru 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati bħala prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf u ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati u r-residwi tagħhom, dwar il-kontenut speċifiku tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u l-arranġamenti speċifiċi għat-tħejjija tagħhom (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1646/oj).”;" |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 3, fil-punt (4), wara l-ewwel subparagrafu, jiżdied it-tieni subparagrafu, kif ġej: “Meta jkunu ġew osservati devjazzjonijiet mill-kriterji stabbiliti fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness I matul il-validazzjoni, l-impatt ta’ dawk id-devjazzjonijiet fuq l-eżitu tal-validazzjoni għandu jiġi analizzat b’mod traċċabbli u dokumentat.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 7, it-tielet paragrafu jitħassar; |
|
(5) |
l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi għal residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi użati f’annimali li jipproduċu l-ikel u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati kif ukoll dwar il-metodi li jridu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2002/657/KE u 98/179/KE (ĠU L 180, 21.5.2021, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/808/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 tat-23 ta’ Settembru 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati bħala prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf u ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati u r-residwi tagħhom, dwar il-kontenut speċifiku tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u l-arranġamenti speċifiċi għat-tħejjija tagħhom (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1646/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1229 tal-20 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-livelli massimi speċifiċi tal-kontaminazzjoni kroċjata għas-sustanzi attivi antimikrobiċi f’għalf mhux fil-mira u metodi tal-analiżi għal dawn is-sustanzi fl-għalf (ĠU L, 2024/1229, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1229/oj).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej: “1.2.1. Rekwiżiti ġenerali għall-metodi ta’ konferma Għal sustanzi projbiti jew mhux awtorizzati, is-CCα għandu jkun l-aktar livell baxx li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli. Għal sustanzi projbiti jew mhux awtorizzati, li għalihom huwa stabbilit RPA skont ir-Regolament (UE) 2019/1871, is-CCα għandu jkun daqs il-punt ta’ referenza għall-azzjoni jew inqas minnu. Għal sustanzi awtorizzati, is-CCα għandu jkun ogħla mill-MRL jew l-ML iżda qrib kemm jista’ jkun ta’ wieħed minnhom. Għall-finijiet ta’ konferma, għandhom jintużaw biss metodi analitiċi li għalihom jista’ jintwera b’mod traċċabbli u dokumentat li huma vvalidati u li għandhom rata ta’ foloz mhux konformi (errur α) li hija ugwali għal 1 % jew inqas għal sustanzi projbiti jew mhux awtorizzati jew li hija ugwali għal 5 % jew inqas għal sustanzi awtorizzati. Il-metodi ta’ konferma għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni kimika strutturali tal-analita. Konsegwentement, il-metodi ta’ konferma bbażati biss fuq analiżi kromatografika mingħajr l-użu ta’ detezzjoni spettrometrika tal-massa mhumiex adatti waħedhom għall-użu bħala metodi ta’ konferma għal sustanzi farmakoloġikament attivi projbiti jew mhux awtorizzati. Fil-każ ta’ spettrometrija tal-massa li ma tkunx adattata għal sustanzi awtorizzati, jistgħu jintużaw metodi oħrajn bħal HPLC-DAD u HPLC-FLD, jew kombinament tagħhom. Meta jkun meħtieġ skont il-metodu ta’ konferma, mal-porzjon tat-test fil-bidu tal-proċedura ta’ estrazzjoni għandu jiżdied standard intern adattat. Skont id-disponibbiltà, għandhom jintużaw jew forom stabbli tal-analita ttikkettati b’isotopu, li huma partikolarment adatti għal detezzjoni spettrometrika tal-massa, jew komposti analogi li huma strutturalment relatati mal-analita.”; |
|
(2) |
il-punt 1.2.1a jiddaħħal bejn il-Punti 1.2.1 u 1.2.2: “1.2.1a. Użu speċifiku tal-kokromatografija meta ma jkun hemm disponibbli l-ebda standard intern Meta ma jkun jista’ jintuża l-ebda standard intern xieraq, l-identifikazzjoni tal-analita għandha preferibbilment tiġi kkonfermata bil-kokromatografija (*). F’dan il-każ għandha tinkiseb quċċata waħda biss, u l-għoli (jew l-erja) tal-quċċata mtejba jkun ekwivalenti għall-ammont ta’ analita miżjuda. Jekk dan ma jkunx prattikabbli, għandhom jintużaw standards imqabbla ma’ matriċi jew standards iffortifikati b’matriċi. (*) Il-kokromatografija hija proċedura fejn, qabel l-istadju jew l-istadji tal-kromatografija, l-estratt tal-kampjun jinqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tiġi kromatografata kif tkun. It-tieni Parti titħallat mal-analita standard li jrid jitkejjel. Imbagħad din it-taħlita tiġi kromatografata wkoll. L-ammont ta’ analita standard miżjud irid ikun simili għall-ammont stmat tal-analita fl-estratt. Il-kokromatografija tintuża biex ittejjeb l-identifikazzjoni ta’ analita meta jintużaw metodi kromatografiċi, speċjalment meta ma jkun jista’ jintuża l-ebda standard intern xieraq.”;" |
|
(3) |
fil-punt 1.2.2.2, is-sentenza wara t-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej: “Għall-analiżijiet imwettqa f’kundizzjonijiet ta’ ripetibbiltà, il-koeffiċjent tal-varjazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ ripetibbiltà normalment ikun inqas minn żewġ terzi tal-valuri elenkati fit-Tabella 2 u għandu jkun inqas mill-koeffiċjent tal-varjazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ riproduċibbiltà jew daqsu.”; |
|
(4) |
il-punt 1.2.3. huwa sostitwit b’dan li ġej: “1,2.3. Rekwiżiti għas-separazzjoni kromatografika 1.2.3.1. Ħin minimu ta’ retenzjoni aċċettabbli Għall-kromatografija likwida (LC) jew tal-gass (GC), il-ħin minimu ta’ retenzjoni aċċettabbli għall-analita/analiti li tkun/ikunu qed tiġi/jiġu eżaminata/eżaminati għandu jkun id-doppju tal-ħin ta’ retenzjoni li jikkorrispondi għall-volum vojt tal-kolonna. 1.2.3.2. Ħin ta’ retenzjoni tal-analita fl-estratt Il-ħin ta’ retenzjoni tal-analita fl-estratt għandu jikkorrispondi għal dak tal-istandard tal-kalibrazzjoni, standard imqabbel ma’ matriċi jew standard iffortifikat b’matriċi ffortifikata b’tolleranza ta’ ±0,1 minuta. Għall-kromatografija rapida, fejn il-ħin ta’ retenzjoni jkun inqas minn 2 minuti, devjazzjoni ta’ inqas minn 5 % tal-ħin ta’ retenzjoni hija aċċettabbli. 1.2.3.3. Ħin ta’ retenzjoni fil-każ li jintuża standard intern Fil-każ li jintuża standard intern, il-proporzjon tal-ħin ta’ retenzjoni kromatografika tal-analita ma’ dak tal-istandard intern, li jfisser il-ħin relattiv ta’ retenzjoni tal-analita, għandu jikkorrispondi għal dak tal-istandard tal-kalibrazzjoni, tal-istandard imqabbel ma’ matriċi jew tal-istandard iffortifikat b’matriċi b’devjazzjoni massima ta’ 0,5 % għall-kromatografija tal-gass u 1 % għall-kromatografija likwida għall-metodi vvalidati mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.”; |
|
(5) |
fil-punt 2.1, it-Tabella 5 hija sostitwita b’dan li ġej: “Tabella 5 Klassifikazzjoni tal-metodi analitiċi skont il-karatteristiċi tal-prestazzjoni li jridu jiġu ddeterminati
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
il-punt 2.2.1. huwa sostitwit b’dan li ġej: “2.2.1. Validazzjoni konvenzjonali Il-kalkolu tal-parametri f’konformità mal-metodi konvenzjonali jirrikjedi t-twettiq ta’ diversi esperimenti individwali (ara t-Tabella 5 f’dan l-Anness). Għal bidliet kbar, il-validità kontinwa tal-karatteristiċi tal-prestazzjoni trid tiġi vverifikata. Għall-metodi multi-analiti, diversi analiti jistgħu jiġu analizzati simultanjament, sakemm ikunu ġew esklużi l-interferenzi rilevanti possibbli. Diversi karatteristiċi ta’ prestazzjoni jistgħu jiġu ddeterminati b’mod simili. Għalhekk, sabiex jiġi mminimizzat l-ammont ta’ xogħol, huwa rrakkomandat li l-esperimenti jiġu kkombinati kemm jista’ jkun (eż. ripetibbiltà u riproduċibbiltà intralaboratorju mal-ispeċifiċità, analiżi ta’ kampjuni bjank sabiex jiġi determinat il-limitu tad-deċiżjoni għal konferma u l-ittestjar għall-ispeċifiċità).”; |
|
(7) |
fil-punt 2.2.1.2., fil-punt 1., is-subpunt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(**) Meta, għal sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, il-validazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli, il-konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA tista’ tiġi sostitwita bl-inqas konċentrazzjoni bejn 0,5 drabi u 1,0 drabi aktar mill-RPA, li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli jew b’LCL f’każ li tkun inqas minn 0,5 drabi aktar mill-RPA.”;" |
|
(8) |
Il-punt 2.2.1.3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
Il-punt 2.2.1.4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
fil-punt 2.2.2, is-sentenza wara t-Tabella 6 hija sostitwita b’dan li ġej: “Il-kalkolu tal-karatteristiċi tal-metodu għandu jsir kif deskritt minn Jülicher et al. (*****) jew minn ISO/TS 23471:2022 (******). (*****) Jülicher, B., Gowik, P. u Uhlig, S. (1998) Assessment of detection methods in trace analysis by means of a statistically based in-house validation concept. Analyst, 123, 173." (******) ISO/TS 23471:2022 Experimental designs for evaluation of uncertainty — Use of factorial designs for determining uncertainty functions.”;" |
|
(11) |
fil-punt 2.5, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “F’każ li d-data ta’ stabbiltà meħtieġa ma tkunx disponibbli, jenħtieġ li jintużaw l-approċċi li ġejjin. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ approċċ iżokronu (*******) bi skema tat-temperatura tal-ħżin simili għal dik fit-Tabella 7 ta’ dan l-Anness tippermetti d-determinazzjoni tal-instabbiltajiet potenzjali tal-analiti kif ukoll stima tal-perjodi xierqa tal-ħżin, u tista’ tintuża wkoll. (*******) Lamberty, A., Schimmel, H. and Pauwels, J. (1998) The study of the stability of reference materials by isochronous measurements. Fres. J. Anal. Chem. 360, 359.”;" |
|
(12) |
il-punt 2.5.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2.5.2. Determinazzjoni tal-istabbiltà tal-analita/analiti fil-matriċi
|
|
(13) |
il-Punt 2.7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(14) |
fil-punt 2.9, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-irkupru assolut tal-metodu ma għandux għalfejn jiġi ddeterminat jekk standard intern, kalibrazzjoni tal-matriċi ffortifikata jew it-tnejn imsemmija jkunu disponibbli. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandu jiġi ddeterminat l-irkupru assolut tal-metodu.”; |
|
(15) |
fil-punt 2.10, l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni ma għandux ikun akbar mill-valuri elenkati fit-Tabella 2 ta’ dan l-Anness għall-MF (standard normalizzat għall-IS).”; |
|
(16) |
fil-Kapitolu 3, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Matul l-analiżi ta’ rutina, l-analiżi ta’ materjali ta’ referenza ċċertifikati (CRMs) hija l-għażla preferibbli li tipprovdi evidenza tal-prestazzjoni tal-metodu. Peress li s-CRMs li fihom l-analiti rilevanti fil-livelli ta’ konċentrazzjoni meħtieġa rari jkunu disponibbli, jistgħu jintużaw ukoll materjali ta’ referenza pprovduti u kkaratterizzati mill-EURLs jew minn laboratorji li għandhom akkreditazzjoni ISO/IEC 17043:2023 (********) bħala alternattiva. Bħala alternattiva oħra, jistgħu jintużaw materjali ta’ referenza interni, li huma kkontrollati regolarment. (********) ISO/IEC 17043:2023 Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti ġenerali għall-ittestjar tal-profiċjenza.”." |
(*) Il-kokromatografija hija proċedura fejn, qabel l-istadju jew l-istadji tal-kromatografija, l-estratt tal-kampjun jinqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel parti tiġi kromatografata kif tkun. It-tieni Parti titħallat mal-analita standard li jrid jitkejjel. Imbagħad din it-taħlita tiġi kromatografata wkoll. L-ammont ta’ analita standard miżjud irid ikun simili għall-ammont stmat tal-analita fl-estratt. Il-kokromatografija tintuża biex ittejjeb l-identifikazzjoni ta’ analita meta jintużaw metodi kromatografiċi, speċjalment meta ma jkun jista’ jintuża l-ebda standard intern xieraq.”;
(**) Meta, għal sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, il-validazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli, il-konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA tista’ tiġi sostitwita bl-inqas konċentrazzjoni bejn 0,5 drabi u 1,0 drabi aktar mill-RPA, li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli jew b’LCL f’każ li tkun inqas minn 0,5 drabi aktar mill-RPA.”;
(***) Meta, għal sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, il-validazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli, il-konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA tista’ tiġi sostitwita bl-inqas konċentrazzjoni bejn 0,5 drabi u 1,0 drabi aktar mill-RPA, li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli jew b’LCL f’każ li tkun inqas minn 0,5 drabi aktar mill-RPA.”;
(****) Meta, għal sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, il-validazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli, il-konċentrazzjoni ta’ 0,5 drabi aktar mill-RPA tista’ tiġi sostitwita bl-inqas konċentrazzjoni bejn 0,5 drabi u 1,0 drabi aktar mill-RPA, li tista’ tinkiseb b’mod raġonevoli jew b’LCL f’każ li tkun inqas minn 0,5 drabi aktar mill-RPA.”;
(*****) Jülicher, B., Gowik, P. u Uhlig, S. (1998) Assessment of detection methods in trace analysis by means of a statistically based in-house validation concept. Analyst, 123, 173.
(******) ISO/TS 23471:2022 Experimental designs for evaluation of uncertainty — Use of factorial designs for determining uncertainty functions.”;
(*******) Lamberty, A., Schimmel, H. and Pauwels, J. (1998) The study of the stability of reference materials by isochronous measurements. Fres. J. Anal. Chem. 360, 359.”;
(********) ISO/IEC 17043:2023 Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti ġenerali għall-ittestjar tal-profiċjenza.”.”
((+)) Metodu ta’ skrinjar semikwantitattiv huwa metodu ta’ skrinjar li jagħti riżultati kwantitattivi iżda li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni mogħtija fit-Tabella 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
(*1) Rilevanti għall-metodi MS biex tingħata prova permezz tal-validazzjoni li r-rekwiżiti għall-karatteristiċi tal-prestazzjoni huma ssodisfati. L-effett matriċi relattiv tal-metodu għandu jiġi ddeterminat meta dan l-effett ma jkunx ġie vvalutat matul il-proċedura ta’ validazzjoni. L-irkupru assolut tal-metodu għandu jiġi ddeterminat meta ma jintuża ebda standard intern jew meta ma tintuża ebda kalibrazzjoni tal-matriċi ffortifikata.
((#)) Jekk id-data ta’ stabbiltà għall-analiti f’matriċi tkun disponibbli mil-letteratura xjentifika jew minn laboratorju ieħor, din id-data ma għandhiex għalfejn terġa’ tiġi ddeterminata mil-laboratorju kkonċernat. Madankollu, referenza għad-data ta’ stabbiltà disponibbli tal-analiti f’soluzzjoni hija aċċettabbli biss jekk jiġu applikati kundizzjonijiet identiċi.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2052/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)