31.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 227/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1018/2007

tat-30 ta’ Awwissu 2007

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Lomnické suchary (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsdirat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1) (traduzzjoni mhux uffiċjali), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lomnické suchary” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Ġaladarba lill-Kummisjsoni ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 952/2007 (ĠU L 210. 10.8.2007, p. 26).

(2)   ĠU C 308, 16.12.2006, p. 10.


ANNESS

Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

Klassi 2.4   Ħobż, prodotti ta’ l-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Lomnické suchary (IĠP).