European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2624

9.10.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2624

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 31(2) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li r-rapport fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fiċ-Ċekja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tirrikjedi li l-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili sabiex ikunu jistgħu jingħaddu lejn il-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-fjuwils, u l-Artikolu 31 jirregola kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola, jistgħu jintużaw valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati.

(2)

Fis-27 ta’ Ġunju 2024, iċ-Ċekja ppreżentat lill-Kummissjoni r-rapport finali bid-data għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotta f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fil-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Iċ-Ċekja talbet li d-data tiġi rikonoxxuta bħala akkurata f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

(3)

Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotta f’reġjuni NUTS 2 fiċ-Ċekja.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rapport li ppreżentat iċ-Ċekja għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fis-27 ta’ Ġunju 2024 fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotta f’reġjuni NUTS 2 fiċ-Ċekja, skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Jekk id-data li tinsab fir-rapport, kif ippreżentat lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fis-27 ta’ Ġunju 2024, tinbidel b’mod li jista’ jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi għal din id-Deċiżjoni, iċ-Ċekja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’tali bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tieqaf tapplika fid-29 ta’ Ottubru 2029.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).


ANNESS

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fir-reġjuni NUTS2 taċ-Ċekja (tunnellata ta’ CO2eq/kg ta’ żerriegħa tal-lift maħsuda fuq bażi ta’ materja niexfa).

Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003

N2O fil-ħamrija

Inkorporat

Fjuwil użat

Żerriegħa

Totali

Dirett

Indirett

Fertilizzant

Newtralizzazzjoni

Pestiċida

 

 

 

CZ 01 Hl. město Praha

0,1650

0,0114

0,1967

0,0063

0,0055

0,1102

0,0007

0,4958

CZ 02 Střední Čechy

0,1651

0,0128

0,1823

0,0065

0,0056

0,1095

0,0008

0,4826

CZ 03 Jihozápad

0,2537

0,0497

0,1766

0,0108

0,0055

0,1099

0,0008

0,6070

CZ 04 Severozápad

0,2043

0,0319

0,1688

0,0103

0,0049

0,1138

0,0008

0,5348

CZ 05 Severovýchod

0,2908

0,0623

0,1921

0,0116

0,0059

0,1094

0,0008

0,6728

CZ 06 Jihovýchod

0,1805

0,0149

0,1999

0,0138

0,0057

0,1125

0,0008

0,5281

CZ 07 Střední Morava

0,3036

0,0692

0,1821

0,0106

0,0055

0,1069

0,0008

0,6786

CZ 08 Moravskoslezsko

0,3741

0,0998

0,1758

0,0087

0,0046

0,1063

0,0008

0,7701


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2624/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)