2009D1013 — MT — 01.01.2016 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Diċembru 2012

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2009/1013/UE)

(ĠU L 348 29.12.2009, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Novembru 2012

  L 319

8

16.11.2012

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2428 tal-10 ta' Diċembru 2015

  L 334

12

22.12.2015




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Diċembru 2012

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Awstrija biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2009/1013/UE)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fit-2 ta’ Ġunju 2009, ir-Repubblika tal-Awstrija (minn hawn 'il quddiem l-Awstrija) talbet awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura ta' deroga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw id-dritt ta' tnaqqis u preċedentament mogħtija bid-Deċiżjoni 2004/866/KE ( 2 ) taħt is-Sitt Direttiva 77/388/KE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima ( 3 ), li kienet applikabbli dak iż-żmien.

(2)

Skont l-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħrajn bit-talba li saret mill-Awstrija permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Settembru 2009. Permezz ta' ittra datata l-21 ta' Settembru 2009, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Awstrija li hi kellha l-informazzjoni kollha li kienet tqis neċessarja biex tikkunsidra t-talba.

(3)

Sabiex jiġi ssimplifikat it-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), il-miżura derogatorja hija maħsuba biex teskludi kompletament mid-dritt ta' tnaqqis il-VAT fuq merkanzija u servizzi meta l-merkanzija u s-servizzi inkwistjoni jintużaw f'iktar minn 90 % tal-każijiet għal raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha, jew, b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju.

(4)

Il-miżura tidderoga mill-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE li tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali tad-dritt ta' tnaqqis u hija maħsuba biex tissimplifika l-proċedura biex titħallas il-VAT. L-ammont ta' taxxa dovuta fl-istadju finali tal-konsum huwa affettwat biss b’mod negliġibbli.

(5)

Is-sitwazzjoni legali u fattwali li kienet iġġustifikat l-applikazzjoni attwali tal-miżura ta’ simplifikazzjoni kkonċernata ma nbidlitx, u għadha teżisti. L-Awstrija għandha għalhekk tkun awtorizzata tapplika l-miżura ta’ simplifikazzjoni għal perijodu ieħor, iżda limitat fiż-żmien sabiex tippermetti evalwazzjoni tal-miżura.

(6)

Id-deroga mhux ser ikollha impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Unjoni derivati mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



▼M2

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 168 u mill-Artikolu 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Awstrija hija awtorizzata teskludi għalkollox t-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) imġarrba fuq l-oġġetti u s-servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta dawk l-oġġetti u s-servizzi li jintużaw, għal iktar minn 90 % mill-persuna taxxabbli għall-użu privat tagħha jew għal dak tal-impjegati tagħha, jew, b'mod iktar ġenerali, għal għanijiet li mhumiex tan-negozju jew għal attivitajiet mhux ekonomiċi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2018.

Kull talba għal estensjoni tal-miżura ta' deroga prevista f'din id-Deċiżjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2018.

Flimkien mat-tali talba għandu jintbagħat rapport dwar l-applikazzjoni ta' din il-miżura li jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata għad-dritt ta' tnaqqis tal-VAT abbażi ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.



( 1 ) ĠU L 347, 11.12.2006, p.1

( 2 ) ĠU L 371, 18.12.2004, p. 47.

( 3 ) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.