|
19.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 262/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1564
tas-17 ta' Ottubru 2018
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tad-dolomit-manjeżit bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bl-eċċezzjoni tal-baqar tal-ħalib u ruminanti oħra għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, il-ħnienes miftuma u l-ħnieżer għat-tismin
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tad-dolomit-manjeżit. Ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tad-dolomit-manjeżit bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
Il-preparat tad-dolomit-manjeżit li tifforma parti mill-kategorija ta' “addittivi teknoloġiċi”, kien awtorizzat preċedentement għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1964 (2). |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta' April 2018 (3) u tal-25 ta' Jannar 2017 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni tad-dolomit-manjeżit ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li din hija effettiva bħala antiagglomerant. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni tad-dolomit-manjeżit turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta' din il-preparazzjoni jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiagglomeranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1964 tad-9 ta' Novembru 2016 dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' preparat tad-dolomit-manjeżit għall-baqar tal-ħalib u għal ruminanti oħrajn għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, għall-ħnienes tal-fatma u għall-ħnieżer għat-tismin u ta' preparat tal-montmorillonit-illit għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bħala addittivi tal-għalf (ĠU L 303, 10.11.2016, p. 7).
(3) EFSA Journal 2018;16(5):5272.
(4) EFSA Journal 2017;15(2):4711.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
||||||||||||||||
|
Additivi teknoloġiċi: antiagglomeranti |
||||||||||||||||
|
1g598 |
Dolomit-Manjeżit |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' taħlita naturali ta': Dolomit u manjeżit ≥ 40 % (b'kontenut minimu ta': karbonati 24 %). Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Dolomit Numru CAS 16389-88-1 (CaMg)(CO3)2 Manjeżit Numru CAS 546-93-0 MgCO3 Talk (silikati idrati tal-manjeżju) Numru CAS 14807-96-6 Mg3Si4O10(OH)2 Talk ≥ 35 % Klorit (aluminju–manjeżju) Numru CAS 1318-59-8 (Mg,Fe,Al)6(Si, Al)4O10(OH)8 Ħadid (strutturali) 6 % (medja) Klorit ≥ 16 % Mingħajr kwarz u asbestos Metodu analitiku (1) Karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet u l-kategoriji kollha bl-eċċezzjoni tal-baqar tal-ħalib u ruminanti oħra għall-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, il-ħnienes miftuma u l-ħnieżer għat-tismin |
— |
5 000 |
20 000 |
|
It-8 ta' Novembru 2028 |
||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports