|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/199 |
30.1.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/199
tat-28 ta’ Jannar 2025
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2763 (EUNAVFOR ASPIDES/1/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583 li stabbiliet operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2763 (2), li ħatret lill-Komodor Konstantinos PITYKAKIS Kmandant tal-Forza tal-UE mill-1 ta’ Novembru 2024. |
|
(4) |
Fil-15 ta’ Jannar 2025, l-Awtoritajiet militari Griegi pproponew il-ħatra tal-Komodor Michail PANTOUVAKIS biex jieħu post il-Komodor Konstantinos PITYKAKIS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE (“il-ħatra proposta”) mit-2 ta’ Frar 2025. |
|
(5) |
Fil-15 ta’ Jannar 2025, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE EUNAVFOR ASPIDES appoġġa l-ħatra proposta. |
|
(6) |
Fl-20 ta’ Jannar 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Komodor Micahil PANTOUVAKIS jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(7) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Michail PANTOUVAKIS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(8) |
Jenħtieġ li titħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2763, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komodor Michail PANTOUVAKIS huwa maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) mit-2 ta’ Frar 2025.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2763 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Frar 2025.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2763 tat-22 ta’ Ottubru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2038 (EUNAVFOR ASPIDES/4/2024) (ĠU L, 2024/2763, 28.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2763/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/199/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)