<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-855/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0855</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:714">EU:C:2021:714</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210909">9.9.2021</DATE> – Kawża C‑855/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy (Akkwist intra‑Komunitarju ta’ diżil)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210909">9 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 69</KEYWORD><KEYWORD>Eżiġibbiltà tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ ħlas antiċipat tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 206</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħlasijiet interim<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 273</KEYWORD><KEYWORD>Ġbir eżatt tal‑VAT u ġlieda kontra l-frodi</KEYWORD><KEYWORD>Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑855/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20191122">22 ta’ Novembru 2019</DATE>, fil‑proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">G. sp. z o.o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan (Relatur), President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal G. sp. z o.o., minn M. Kalinowski, radca prawny,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy, minn B. Kołodziej u T. Wojciechowski, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Siekierzyńska u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210318">18 ta’ Marzu 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 110 TFUE kif ukoll tal-Artikoli 69, 206 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 189, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn G. sp. z o.o. u d-Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy (id-Direttur tal-Awla Fiskali ta’ Bydgoszczy, il-Polonja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>awtorità fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar obbligu ta’ ħlas antiċipat tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburant.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 62 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Avveniment li jagħti lok għal ħlas<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandha tfisser okkorrenza li permezz tagħha l-kondizzjonijet legali meħtieġa biex tiġi imposta l-VAT huma sodisfatti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-VAT għandha tiġi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>imposta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> meta l-awtorità tat-taxxa ssir intitolata bil-liġi, f’mument partikolari, biex tiġbor it-taxxa mill-persuna soġġetta li tħallasha, għalkemm iż-żmien għall-ħlas jista’ jkun pospost.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 68 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ meta jsir l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ merkanzija.</ALINEA><ALINEA>L-akkwist intra‑Komunitarju ta’ merkanzija għandu jitqies li sar meta l-provvista ta’ merkanzija simili titqies li saret fit-territorju ta’ l-Istat Membru rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 69 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fil-każ tal-akkwist intra‑Komunitarju ta’ merkanzija, il-VAT għandha ssir dovuta mal-ħruġ tal-fattura, jew mal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 222 jekk ma tkun inħarġet l-ebda fattura sa dik il-waqt.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 206 ta’ din l-istess direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kwalunkwe persuna taxxabbli responsabbli għall-ħlas tal-VAT għandha tħallas l-ammont nett tal-VAT meta tippreżenta d-denunzja tal-VAT prevista fl-Artikolu 250. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jistabbilixxu data differenti biex jitħallas dak l-ammont jew jistgħu jitolbu li jsiru ħlasijiet interim.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 222 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Għal provvisti ta’ merkanzija mwettqa skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138 jew għal provvisti ta’ servizzi li għalihom il-VAT titħallas mill-klijent skont l-Artikolu 196, għandha tinħareġ fattura sa mhux aktar tard mill-ħmistax‑il jum tax-xahar wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas.</ALINEA><ALINEA>Għal provvisti oħrajn ta’ merkanzija jew servizzi l-Istati Membri jistgħu jimponu limiti ta’ żmien fuq persuni taxxabbli għall-ħruġ ta’ fatturi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 250 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="250.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna taxxabbli għandha tipprezżenta denunzja tal-VAT li tistipula l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħadem it-taxxa li ġiet imposta u t-tnaqqis li jrid isir inkluż, sa fejn hu meħtieġ biex tkun stabbilita l-bażi tal-valutazzjoni, il-valur totali tat-transazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn it-taxxi u tnaqqis u l-valur ta’ kwalunkwe transazzjonijiet eżenti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(5) tal-ustawa o podatku od towarów i usług (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud) tal‑<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> (Dz. U. tal‑2016, intestatura 710), fil-verżjoni fis-seħħ fil-mument li seħħew il-fatti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Fil-kuntest ta’ akkwist intra‑Komunitarju ta’ oġġetti, it-taxxa ssir eżiġibbli fil-ġurnata li fiha tinħareġ il-fattura mill-persuna taxxabbli, iżda mhux iktar tard mill-ħmistax‑il ġurnata tax-xahar ta’ wara x-xahar li fih twettaq l-akkwist tal-oġġetti […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 99(11a) tal-Liġi dwar il-VAT, fil-każ ta’ akkwist intra‑Komunitarju ta’ oġġetti previst fl-Artikolu 103(5a) ta’ din il-liġi, il-persuna taxxabbli hija marbuta li tippreżenta lid-Direttur tal-uffiċċju tad-dwana kompetenti fil-qasam tal-likwidazzjoni tad-dazji tas-sisa dikjarazzjoni ta’ kull xahar li tirrigwarda l-ammonti tat-taxxa dovuti sa mhux iktar tard mill-ħames ġurnata tax-xahar ta’ wara dak li fih inħoloq l-obbligu ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 103(5a) tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Fil-każ ta’ akkwist intra‑Komunitarju tal-karburanti previst fl-Anness Nru 2 tal-ustawa o podatku akcyzowym (il-Liġi dwar id-Dazji tas-Sisa) tas‑<DATE ISO="20081206">6 ta’ Diċembru 2008</DATE>, fejn il-produzzjoni jew il-bejgħ huma suġġetti għall-kisba ta’ konċessjoni abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ustawa – Prawo energetyczne (il-Liġi dwar l-Enerġija) tal‑<DATE ISO="19970410">10 ta’ April 1997</DATE>, il-persuna taxxabbli hija marbuta, mingħajr ma tintalab sabiex tagħmel dan mid-Direttur tal-uffiċċju tad-dwana, sabiex tikkalkola u tħallas it-taxxa lill-amministrazzjoni tad-dwana kompetenti għall-ħlas tad-dazji tas-sisa:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>f’terminu ta’ 5 ijiem li jibdew jiddekorru mill-ġurnata li fiha l-oġġetti ġew ippreżentati fil-post ta’ riċezzjoni tal-prodotti suġġetti għal sisa stabbilita fl-awtorizzazzjoni adattata – jekk il-beni kienu s-suġġett ta’ akkwist intra‑Komunitarju fis-sens tal-[Liġi tas‑<DATE ISO="20081206">6 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar id-Dazji tas-Sisa] minn konsumatur irreġistrat taħt is-sistema ta’ sospensjoni ta’ dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dazji tas-sisa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>f’terminu ta’ 5 ijiem li jibdew jiddekorru mill-ġurnata li fiha l-beni ġew importati f’maħżen tat-taxxa mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>waqt it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali – jekk dawn l-oġġetti ġew ittrasferiti barra mis-sistema tas-sospensjoni tad-dazji tas-sisa, konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dazji tas-sisa.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Diċembru 2016, G. wettqet 20 akkwist intra‑Komunitarju ta’ diżil, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM <FT TYPE="CN">27101943</FT>, ta’ kwantità akkumulata ta’ <FT TYPE="NUMBER">3190874</FT> m<HT TYPE="SUP">3</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-awtorità fiskali ppreċiżat li l-akkwisti intra‑Komunitarji mwettqa minn G. kienu jaqgħu taħt it-tieni eżempju previst fl-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar it-Taxxa, jiġifieri dak tat-tqegħid f’maħżen tal-merkanzija mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>G. ma ħallsitx, bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, il-VAT fuq l-imsemmija akkwisti, ta’ ammont akkumulat ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">1530766</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">345000</FT>), fit-terminu ta’ ħamest ijiem li bdew jiddekorru mill-introduzzjoni tad-diżil fit-territorju nazzjonali. Barra minn hekk, hija lanqas ma ppreżentat, bi ksur tal-Artikolu 99(11a) ta’ din il-liġi, id-dikjarazzjoni ta’ kull xahar relatata mal-imsemmija akkwisti mhux iktar tard mill-ħames jum tax-xahar ta’ wara dak li fih inħoloq l-obbligu ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180406">6 ta’ April 2018</DATE>, l-awtorità fiskali imponiet fuq G., abbażi ta’ aġġustament fiskali għax-xahar ta’ Diċembru 2016, il-ħlas immedjat tal-VAT dovuta, flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati mill-ġurnata wara dik li fiha skada l-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Bydgoszczy (il-Qorti Amministrattiva Provinċjali ta’ Bydgoszcz, il-Polonja) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn G. kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Adita b’appell minn dik is-sentenza, in-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Polonja) tirrileva li l-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT jagħmel parti minn numru ta’ emendi magħmula lil din il-liġi, b’effett mill‑<DATE ISO="20160801">1 ta’ Awwissu 2016</DATE>, sabiex jittejjeb il-ġbir tal-VAT fuq l-akkwisti intra‑Komunitarji tal-karburanti u sabiex jipprevjenu l-frodi tal-VAT fis-suq transkonfinali ta’ dawn il-karburanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, qabelxejn, jekk dan l-Artikolu 103(5a), sa fejn jimponi termini għall-ħlas tal-VAT iqsar għall-akkwisti ta’ karburanti minn Stati Membri oħra milli għall-akkwisti interni, huwiex konformi mal-Artikolu 110 TFUE. Fil-fatt, il-possibbiltà offruta lill-Istati Membri, fl-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, li jipprevedu l-obbligi li dawn iqisu neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir eżatt tal-VAT u sabiex jiġu evitati l-frodi tista’ tiġi eżerċitata biss bla ħsara għall-ugwaljanza fit-trattament tat-tranżazzjonijiet domestiċi u għat-tranżazzjonijiet imwettqa bejn l-Istati Membri minn persuni taxxabbli u bil-kundizzjoni li dawn l-obbligi ma jagħtux lok, fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, fil-każ li l-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT la jmur kontra l-Artikolu 110 TFUE u lanqas l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, dik il-qorti tistaqsi jekk din l-ewwel dispożizzjoni hijiex konformi mal-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva, sa fejn din tipprevedi li l-VAT fuq l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti tista’ tinġabar saħansitra qabel it-tnissil tal-obbligu fiskali previst f’dan l-Artikolu 69, li jipprovdi li dan l-obbligu jitnissel fid-data tal-ħruġ tal-fattura jew, jekk ma tinħareġ l-ebda fattura wara l-jum li fih iseħħ l-akkwist intra‑Komunitarju, l-iktar tard sal-ħmistax‑il ġurnata tax-xahar ta’ wara dak li fih seħħ il-fatt taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, ir-risposta għal din id-domanda tiddependi min-natura tal-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT. Jekk dawn jikkostitwixxu mezz distint ta’ ġbir aċċellerat tal-VAT, l-obbligu li t-taxxa titħallas qabel it-tnissil tad-dejn fiskali, bis-saħħa tal-imsemmi Artikolu 69, imur kontra dawn id-dispożizzjonijiet, peress li l-eżiġibbiltà tal-VAT tkun infondata f’dak il-mument. Mill-banda l-oħra, l-obbligu li titħallas it-taxxa qabel it-tnissil tad-dejn fiskali jista’ jkun konformi ma’ din id-dispożizzjoni jekk dawn il-ħlasijiet jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħlas interim<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tat-tieni sentenza, <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tal-Artikolu 206 tad-Direttiva dwar il-VAT. F’dan il-każ, tqum il-kwistjoni dwar jekk dan il-ħlas interim jistax jiġi kkalkolat fuq l-ammont gross tal-VAT dovuta fuq akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni d-dritt għal tnaqqis tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jekk dan kien il-każ, din l-istess qorti tistaqsi dwar jekk ħlas interim fuq il-VAT, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, li ma jitħallasx fit-terminu, jitlifx l-eżistenza legali tiegħu fi tmiem il-perijodu ta’ dikjarazzjoni tal-VAT li fuqu għandu jsir il-ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Naczelny Sąd Administracyjny il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 110 [TFUE] u l-Artikolu 273 tad-Direttiva [dwar il-VAT] ma jipprekludux dispożizzjoni, bħall-Artikolu 103(5a) tal-[Liġi dwar il-VAT], li tipprevedi li fil-każ ta’ akkwist intrakomunitarju ta’ karburanti, il-persuna taxxabbli għandha, mingħajr ma tintalab tagħmel dan mid-Direttur tal-Uffiċċju tad-Dwana, tikkalkola u tħallas it-taxxa lill-amministrazzjoni tad-dwana kompetenti għall-ħlas tad-dazji tas-sisa:</TXT><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew ippreżentati fil-post ta’ riċeviment tal-prodotti suġġetti għas-sisa stabbilit fl-awtorizzazzjoni xierqa – jekk l-oġġetti kienu suġġetti għal akkwist intrakomunitarju fis-sens tal-[Liġi tas‑<DATE ISO="20081206">6 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar id-Dazju tas-Sisa] minn konsumatur irreġstrat taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dazji tas-sisa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew importati f’entrepôt fiskali mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>waqt it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali – jekk l-oġġetti jiġu ttrasferiti barra minn sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dazji tas-sisa?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 69 tad-Direttiva [dwar il-VAT] ma jipprekludix dispożizzjoni, bħall-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT, li tipprevedi li fil-każ ta’ akkwist intrakomunitarju ta’ karburanti l-persuna taxxabbli għandha, mingħajr ma tintalab tagħmel dan mid-Direttur tal-Uffiċċju tad-Dwana, tikkalkola u tħallas it-taxxa lill-amministrazzjoni tad-dwana kompetenti għall-ħlas tad-dazji tas-sisa:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew ippreżentati fil-post ta’ riċeviment tal-prodotti suġġetti għas-sisa stabbilit fl-awtorizzazzjoni xierqa – jekk l-oġġetti kienu suġġetti għal akkwist intrakomunitarju fis-sens tal-[Liġi tas‑<DATE ISO="20081206">6 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar id-Dazji tas-Sisa] minn konsumatur irreġistrat taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-dazji tas-sisa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>f’terminu ta’ 5 ijiem mill-jum fejn l-oġġetti jkunu ġew importati f’entrepôt fiskali mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>waqt it-trasferiment ta’ dawn l-oġġetti fit-territorju nazzjonali – jekk l-oġġetti jiġu ttrasferiti barra minn sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa konformement mad-dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dazji tas-sisa;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>meta din tiġi interpretata fis-sens li l-ammont inkwistjoni ma jikkostitwixxix ħlas interim ta’ VAT fis-sens tal-Artikolu 206 tad-Direttiva [dwar il-VAT]?</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Ħlas interim fuq il-VAT fis-sens tal-Artikolu 206 tad-Direttiva [dwar il-VAT] li ma jsirx fit-terminu previst jitlef l-eżistenza legali fi tmiem il-perijodu ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa li fuqu għandu jsir tali ħlas interim?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, jekk l-Artikolu 110 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi obbligu ta’ ħlas antiċipat tal-VAT fuq l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti qabel ma din it-taxxa ssir eżiġibbli, fis-sens tal-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar il-VAT. Fit-tieni lok, dik il-qorti tistaqsi jekk din id-direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 69, 206 u 273 tagħha, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi tali dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali. Barra minn hekk, l-imsemmija qorti tistaqsi, minn naħa, jekk id-Direttiva dwar il-VAT għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi, jekk ikun il-każ, ir-rekwiżit li l-VAT dovuta fuq tali akkwist tiġi kkalkolata fuq bażi gross mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni d-dritt għal tnaqqis u, min-naħa l-oħra, jekk ħlas interim fuq il-VAT, fis-sens tal-Artikolu 206 ta’ din id-direttiva, li ma jitħallasx fit-terminu previst, jitlifx l-eżistenza legali tiegħu fi tmiem il-perijodu ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa li fuqu għandu jsir l-imsemmi ħlas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hemm lok li tingħata risposta, qabel kollox, għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju li permezz tagħhom din tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 69, 206 u 273 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi obbligu ta’ ħlas tal-VAT fuq l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti qabel ma din it-taxxa ssir eżiġibbli, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 69.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-punt 1 tal-Artikolu 62 tad-Direttiva dwar il-VAT jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>fatt taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> bħala l-fatt li permezz tiegħu huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet legali neċessarji għall-eżiġibbiltà tat-taxxa, filwaqt li l-punt 2 ta’ dan l-artikolu jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>eżiġibbiltà tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bħala d-dritt li l-awtorità tat-taxxa ssir intitolata bil-liġi sabiex tinvoka, f’mument partikolari, il-ħlas tat-taxxa mill-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa, anki jekk il-ħlas jista’ jiġi pospost. Barra minn hekk, mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 206 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-obbligu ta’ ħlas jitnissel, bħala prinċipju, meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-VAT prevista fl-Artikolu 250 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>fatt taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>eżiġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tat-taxxa, imsemmija fl-Artikolu 62 tad-Direttiva dwar il-VAT, u, min-naħa l-oħra, dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ħlas<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tat-taxxa (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931020">20 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Balocchi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑10/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:846">EU:C:1993:846</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 87 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt taxxabbli, l-eżiġibbiltà u l-obbligu ta’ ħlas tal-VAT jikkostitwixxu għalhekk tliet stadji suċċessivi fil-proċess li jwassal għall-ġbir ta’ din it-taxxa, fis-sens li t-tnissil tal-obbligu ta’ ħlas tal-VAT jippreżumi li l-imsemmija taxxa tkun saret eżiġibbli, fejn din l-eżiġibbiltà tkun hija stess suġġetta għall-fatt li l-fatt taxxabbli jkun seħħ preċedentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ akkwisti intra‑Komunitarji, filwaqt li, konformement mal-Artikolu 68 tad-Direttiva dwar il-VAT, il-fatt taxxabbli tal-VAT iseħħ fid-data li fiha jsir l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ merkanzija, din it-taxxa ssir eżiġibbli biss, bis-saħħa tal-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 222 tagħha, f’data sussegwenti, jiġifieri fil-mument tal-ħruġ tal-fattura jew, l-iktar tard, fil-ħmistax‑il jum tax-xahar ta’ wara dak li fih seħħ il-fatt taxxabbli, fil-każ fejn l-ebda fattura ma tkun inħarġet qabel din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għalkemm huwa stabbilit li, fil-kuntest tas-sistema stabbilita fl-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT fil-qasam tal-akkwisti intra‑Komunitarji ta’ karburanti, il-fatt taxxabbli jseħħ, konformement mal-Artikolu 68 tad-Direttiva dwar il-VAT, qabel ma l-ħlas antiċipat tal-VAT ikun dovut, peress li dan l-obbligu ta’ ħlas jitnissel wara l-introduzzjoni ta’ din il-merkanzija fit-territorju nazzjonali, jidher, madankollu, li l-imsemmi obbligu ta’ ħlas huwa impost qabel ma l-VAT issir eżiġibbli bis-saħħa tal-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 222 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikolu 103(5a) tal-Liġi dwar il-VAT joħloq l-obbligu ta’ ħlas antiċipat tal-VAT, bi ksur ta’ dawn l-aħħar dispożizzjonijiet, indipendentement mill-ħruġ ta’ fattura jew mill-iskadenza tat-terminu msemmi fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, li fi tmiemu t-taxxa ssir neċessarjament eżiġibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tat-tieni sentenza tal-Artikolu 206 tad-Direttiva dwar il-VAT, jidderogaw mir-regola tal-ħlas meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni perjodika u jiġbru ħlasijiet interim, din il-fakultà tista’ tiġi eżerċitata biss sa fejn din tirrigwarda taxxa li saret eżiġibbli (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19931020">20 ta’ Ottubru 1993</DATE>, <NAME.CASE>Balocchi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑10/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:846">EU:C:1993:846</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 98 u 99 tal-konklużjonijiet tiegħu, għalkemm it-tieni sentenza tal-Artikolu 206 tad-Direttiva dwar il-VAT b’hekk tagħti tifsira lill-prinċipju stabbilit fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, li jistabbilixxi l-obbligu ta’ ħlas meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-VAT, li taqa’ taħt il-Kapitolu 1 tat-Titolu XI ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-obbligu ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, dan l-artikolu ma jistax jistabbilixxi deroga mill-Artikoli 62 u 69 tal-imsemmija direttiva, li jaqgħu taħt it-Titolu VI ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Avveniment li jagħti lok għal ħlas u imposizzjoni ta’ VAT<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, fid-dawl tal-fatt li l-possibbiltà li jinġabru ħlasijiet interim, bis-saħħa tat-tieni sentenza tal-Artikolu 206 tad-Direttiva dwar il-VAT, tippermetti lill-Istati Membri sabiex imexxu ’l quddiem mhux id-data li fiha t-taxxa ssir eżiġibbli, iżda biss id-data tal-ħlas ta’ taxxa li tkun diġà saret eżiġibbli, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt ta’ Stat Membru li timponi l-ħlas tal-VAT qabel ma din tal-aħħar issir eżiġibbli skont l-Artikolu 69 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, li jipprovdi li, bla ħsara għall-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu obbligi oħra li huma jqisu neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir eżatt tal-VAT u sabiex jiġu evitati l-frodi. Fil-fatt, għalkemm dawn tal-aħħar għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-mezzi intiżi sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, madankollu huma marbuta li jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’dan il-qasam filwaqt li josservaw id-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Grupa Warzywna</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑935/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:287">EU:C:2021:287</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tista’ titqies li hija kompatibbli ma’ dan l-Artikolu 273 biss sa fejn din tosserva, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikoli 69, 206 u 273 tad-Direttiva dwar il-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi obbligu ta’ ħlas tal-VAT fuq l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti qabel ma din it-taxxa ssir eżiġibbli, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 69.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din ir-risposta, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-partijiet l-oħra tad-domandi preliminari li jirrigwardaw, minn naħa, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 110 TFUE u, min-naħa l-oħra, aspetti oħra tal-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 69, 206 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat‑<DATE ISO="20100713">13 ta’ Lulju 2010</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-akkwist intra‑Komunitarju ta’ karburanti qabel ma din it-taxxa ssir eżiġibbli, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 69.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>