Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi) kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża COMP/F-1/38.121 – Attrezzaturi), huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-30 ta’ Lulju 1996 sal-31 ta’ Lulju 1997, bħala l-parteċipazzjoni ta’ Kaimer GmbH & Co. KG Holding u ta’ Sanha Kaimer GmbH & Co. KG, u l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1998 sal-14 ta’ Lulju 1999, bħala l-parteċipazzjoni ta’ Sanha Italia Srl.

2) L-ammont tal-multa imposta fuq Kaimer huwa stabbilit għal EUR 7.15 miljuni, li minnhom in solidum ma’ Sanha Kaimer għal ammont ta’ EUR 7.15 miljuni u ma’ Sanha Italia għall-ammont ta’ EUR 6.325 miljuni.

3) Il-kumplament tar-rikors huma miċħud.

4) Kaimer, Sanha Kaimer u Sanha Italia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 50 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

5) Il-Kummissjoni għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha.