<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑121/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0121</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:637">EU:C:2016:637</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20160907">7.9.2016</DATE> – Kawża C‑121/15</P><P>ANODE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20160907">7 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/73/KE</KEYWORD><KEYWORD>Enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Settur tal-gass</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tal-prezzijiet ta’ provvista ta’ gass naturali lill-klijenti finali</KEYWORD><KEYWORD>Tariffi rregolati</KEYWORD><KEYWORD>Ostakolu</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għanijiet ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ koeżjoni territorjali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑121/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20150310">10 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Premier ministre,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Économie, de l’Industrie et du Numérique,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Commission de régulation de l’énergie,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ENGIE</HT>, li kienet GDF Suez,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet (Relatur), E. Levits u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE), minn O. Fréget u R. Lazerges, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal ENGIE, minn C. Barthélemy, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u D. Colas kif ukoll minn J. Bousin, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Giolito u O. Beynet, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="211" PAGE.FIRST="94" DATE.PUB="2009">ĠU L 211, p. 94</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Association nationale des opérateurs détaillants en énergie (ANODE) (assoċjazzjoni nazzjonali tal-bejjiegħa bl-imnut tal-enerġija) u l-Premier ministre (Prim Ministru), il-ministre de l’Économie, de l’Industrie et du Numérique (ministru tal-ekonomija, tal-industrija u ta’ data diġitali), il-Commission de régulation de l’énergie (kummissjoni li tirregola l-enerġija, Franza) u ENGIE, li kienet GDF Suez, dwar it-tariffi rregolati ta’ bejgħ tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 44 u 47 tad-Direttiva 2009/73:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(44)</NO.P><TXT>Ir-rispett tar-rekwiziti tas-servizz pubbliku huwa rekwiżit fundamentali ta’ din id-Direttiva u huwa important li jiġu speċifikati hawn l-istandards komuni, rispettati mill-Istati Membri kollha, li jqisu l-għanijiet tal-ħarsiet tal-konsumatur, sigurtà tal-fornitura, protezzjoni tal-ambjent u livelli ta’ kompetizzjoni ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li l-kriterji tas-servizz pubbliku jkunu jistgħu jiġu interpretati fuq bażi nazzjonali, waqt li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi nazzjonali u suġġett għar-rispett lejn il-liġi tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards minimi komuni li jitnisslu minnhom jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha, speċjalment dawk vulnerabbli, jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet ġusti. Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku għandhom jiġu definiti fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali;il-liġi Komunitarja għandha, madanakollu, tiġi rispettata mill-Istati Membri. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, abbażi tal-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom u b’kont meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, li, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, impriżi tal-gass naturali jigu operati konformement mal-principji ta’ din id-Direttiva bi skop li jinkiseb suq tal-gass naturali li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli, u m’għandhomx jiddiskriminaw bejn dawn l-impriżi rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Tenut kont sħiħ tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikolu 106 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi operaturi fis-settur tal-gass, fl-interess ekonomiku ġenerali, obbligazzjonijiet dwar is-servizz pubbliku, li jistgħu jirrelataw għas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-fornitura, regolarità, kwalità u prezz tal-provvisti, u l-protezzjoni tal-ambjent, li jinkludi l-effiċjenza tal-enerġija, l-enerġija minn sorsi li jiġġeddu u protezzjoni tal-klima. Obbligi bħal dawn għandhom ikunu definiti b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji, verifikabbli u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza tal-aċċess lill-kumpaniji tal-gass tal-Kommunita’ għall-konsumaturi nazzjonali. Fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija/il-ġestjoni tad-domanda u għall-ksib tal-għanijiet ambjentali u għanijiet għall-enerġija minn sorsi li jiġġeddu, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta’ ppjanar għall-perijodu fit-tul, b’kont meħud tal-possibbiltà li terzi persuni jitolbu aċċess għas-sistema.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(28) tad-Direttiva 2009/73 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>klijent eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> bħala klijent li jkun liberu li jixtri l-gass mill-fornitur tal-għażla tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2009/73/KE jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti eliġibbli huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>sal-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE>, il-klijenti eliġibbli kif speċifikat fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19980622">22 ta’ Ġunju 1998</DATE> dwar regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 28]. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sal-31 ta’ Jannar kull sena il-kriterji għad-definizzjoni ta’ dawn il-klijenti eliġibbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>mill-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE>, il-klijenti mhux domestiċi kollha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>mill-<DATE ISO="20070701">1 ta’ Lulju 2007</DATE>, il-klijenti kollha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu L. 100‑1 tal‑kodiċi tal-enerġija (Code de l’énergie):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-politika tal-enerġija tiggarantixxi l-indipendenza strateġika tan-nazzjon u tippromwovi l-kompetittività ekonomika tagħha. Din il-politika għandha l-għan li:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiżgura s-sigurtà tal-provvista;</P></ITEM><ITEM><P>iżżomm prezz kompetittiv tal-enerġija; […]</P></ITEM><ITEM><P>tiggarantixxi l-koeżjoni soċjali u territorjali billi tiżgura l-aċċess għall-enerġija lil kulħadd.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 121‑32 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi li obbligi ta’ servizz pubbliku għandhom jiġu assenjati lill-fornituri ta’ gass naturali u jittrattaw, b’mod partikolari, is-sigurtà tal-provvista, il-kwalità u l-prezz tal-prodotti u tas-servizzi pprovduti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 121‑46 ta’ dan il-kodiċi jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>I -</NO.P><TXT>L-għanijiet u r-regoli li jippermettu li tiġi żgurata l-implementazzjoni tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku ddefiniti fit-taqsimiet 1 u 2 ta’ dan il-kapitolu huma s-suġġett ta’ kuntratti konklużi bejn l-Istat, minn naħa, u […] GDF-Suez […], min-naħa l-oħra, […] fir-rigward tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku assenjati lilha […]</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>II. -</NO.P><TXT>Il-kuntratti previsti fi I jirrigwardaw, b’mod partikolari, fuq:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>Ir-rekwiziti tas-servizz pubbliku fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista, tar-regolarità u tal-kwalità tas-servizz ipprovdut lill-konsumaturi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>Il-mezzi li jiżguraw l-aċċess għas-servizz pubbliku;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>4°</NO.P><TXT>L-evoluzzjoni pluriannwali tat-tariffi rregolati tal-bejgħ […] tal-gass;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></NP></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 410‑2 tal-kodiċi tal-kummerċ (Code de commerce) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ħlief fil-każijiet fejn il-liġi tiddisponi mod ieħor, il-prezzijiet tal-oġġetti, tal-prodotti u tas-servizzi […] huma ddeterminati liberament mill-kompetizzjoni.</P><P>Madankollu, fis-setturi jew fl-oqsma fejn il-kompetizzjoni tal-prezzijiet huwa limitat minħabba sitwazzjonijiet ta’ monopolju jew diffikultajiet fit-tul ta’ provvista, jew minħabba f’dispożizzjonijiet legali u regolatorji, digriet tal-Conseil d’État (kunsill tal-istat) jista’ jirregola l-prezzijiet wara konsultazzjoni mal-awtorità tal-kompetizzjoni (Autorité de la concurrence).<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikoli L. 445‑1 sa L. 445‑4 tal-kodiċi tal-enerġija, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>It-tariffi rregolati tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jippreċiżaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="445A"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Artikolu L. 445‑1</TI.ART><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 410‑2 tal-kodiċi tal-kummerċ japplikaw għat-tariffi rregolati għall-bejgħ tal-gass naturali msemmija fl-Artikolu L. 445‑3.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="445B"><TI.ART>Artikolu L. 445‑2</TI.ART><ALINEA>Id-deċiżjonijiet dwar it-tariffi msemmija fl-Artikolu L. 445‑3 jittieħdu b’mod konġunt mill-ministri responsabbli mill-ekonomija u mill-enerġija, fuq il-parir tal-kummissjoni li tirregola l-enerġija.</ALINEA><ALINEA>Il-kummissjoni li tirregola l-enerġija tagħmel il-proposti u tagħti l-pariri tagħha, li għandhom jiġu mmotivati, wara li tkun wettqet kull konsultazzjoni li hija tqis utli tal-partijiet ikkonċernati tas-suq tal-enerġija.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="445C"><TI.ART>Artikolu L. 445‑3</TI.ART><ALINEA>It-tariffi rregolati għall-bejgħ tal-gass naturali huma ddefiniti skont il-karatteristiċi intrinsiċi tal-provvisti u tal-ispejjeż relatati ma’ dawn il-provvisti. Huma jkopru dawn l-ispejjeż kollha bl-esklużjoni ta’ kull sussidju favur klijenti li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom previst fl-Artikolu L. 441‑1. […]</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="445D"><TI.ART>Artikolu L. 445‑4</TI.ART><ALINEA>Konsumatur finali tal-gass naturali ma jistax jibbenefika minn tariffi rregolati għal bejgħ tal-gass naturali msemmija fl-Artikolu L. 445‑3, ħlief għal sit ta’ konsum li għadu suġġett għal dawn it-tariffi.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Madankollu, konsumatur finali tal-gass naturali li jikkonsma inqas minn <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> kilowatt fis-siegħa f’sena jista’ jibbenefika, fuq kwalunkwe sit ta’ konsum, mit-tariffi rregolati tal-bejgħ tal-gass naturali msemmija fl-Artikolu L. 445‑3.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 441‑1 tal-kodiċi tal-enerġija jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kwalunkwe klijent li jikkonsma l-gass li jixtri jew li jixtri l-gass biex jerġa’ jbiegħu, għandu d-dritt, jekk ikun meħtieġ, permezz tal-aġent awtorizzat tiegħu, li jagħżel il-fornitur tiegħu ta’ gass naturali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-regoli li jiddeterminaw il-mod kif it-tariffi rregolati huma kkalkolati huma stabbiliti permezz tad-Digriet Nru 2009‑1603, tat-<DATE ISO="20091218">18 ta’ Diċembru 2009</DATE>, dwar it-tariffi rregolati ta’ bejgħ tal-gass naturali (JORF tat-<DATE ISO="20091222">22 ta’ Diċembru 2009</DATE>, p. 22082), kif emendat bid-Digriet Nru 2013‑400, tas-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE> (JORF tas-<DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, p. 8189) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Digriet Nru 2009‑1603<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Digriet Nru 2009‑1603 jipprevedi li l-prezzijiet irregolati għall-bejgħ tal-gass huma ffissati mill-ministri responsabbli mill-ekonomija u mill-enerġija, fuq il-parir tal-kummissjoni li tirregola l-enerġija. Fl-ewwel lok, deċiżjoni hija meħuda minn dawn iż-żewġ ministri, li jistabbilixxu l-formula tal-prezz għal kull fornitur, li jirrifletti l-ispiża sħiħa tal-provvista tal-gass naturali u l-metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-ispejjeż l-oħra barra l-provvista. Fit-tieni lok, digriet mogħti minn dawn il-ministri, wara analiżi u parir tal-kummissjoni li tirregola l-enerġija, jiffissa l-prezz irregolat għall-bejgħ tal-gass naturali. Dawn il-prezzijiet huma riveduti mill-inqas darba kull sena u mibdula jekk meħtieġ, skont l-iżvilupp tal-formula tal-prezzijiet. Fornitur li joffri prezzijiet inqas mill-prezz kif irregolat jista’ jipproponi bidla għall-prezzijiet irregolati mill-kummissjoni li tirregola l-enerġija, li għandha tiżgura li din il-bidla mixtieqa tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula tal-prezzijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew emendati mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, bi rwol ikbar mogħti lill-kummissjoni li tirregola l-enerġija, li tipproponi lill-ministri responsabbli mill-ekonomija u mill-enerġija prezzijiet irregolati. Dawn il-proposti huma kkunsidrati aċċettati jekk dawn ma joġġezzjonawx fi żmien tliet xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ispejjeż koperti mill-prezzijiet irregolati, id-Digriet Nru 2009‑1603 jirrikjedi li l-ispejjeż tal-fornitur ikunu kompletament koperti mill-prezzijiet irregolati. Għalhekk, l-Artikoli 3 u 4 ta’ dan id-digriet jiddisponu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Artikolu 3</TI.ART><ALINEA>It-tariffi rregolati għall-bejgħ tal-gass naturali jkopru l-ispejjeż ta’ provvista ta’ gass naturali u l-ispejjeż minbarra dawk ta’ provvista.</ALINEA><ALINEA>Huma jinkludu parti varjabbli marbuta mal-konsum effettiv u parti b’rata fissa kkalkolata abbażi tal-ispejjeż fissi ta’ provvista tal-gass naturali li tista’ wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-kwantità kkonsmata, mixtrija jew irriżervata mill-klijent u l-kundizzjonijiet għall-użu, b’mod partikolari d-distribuzzjoni tal-kwantitajiet mitluba matul is-sena.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART>Artikolu 4</TI.ART><ALINEA>Għal kull fornitur hija stabbilita formula tariffarja li tirrifletti l-ispejjeż kollha ta’ provvista ta’ gass naturali. Il-formula tariffarja u l-ispejjeż minbarra dawk ta’ provvista jippermettu li tiġi ddeterminata l-ispiża medja ta’ provvista tal-gass naturali, li abbażi tagħha jiġu ffissati t-tariffi rregolati għall-bejgħ tiegħu, skont il-modalitajiet ta’ provvista tas-servizz lill-klijenti kkonċernati.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA><P>L-ispejjeż minbarra dawk ta’ provvista jinkludu b’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ispejjeż marbuta mal-użu tan-netwerks tat-trasport tal-gass naturali u, skont il-każ, tan-netwerks ta’ distribuzzjoni pubblika tal-gass naturali, li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tariffi għall-użu tal-infrastrutturi tal-gass stabbiliti mill-kummissjoni li tirregola l-enerġija;</P></ITEM><ITEM><P>l-ispejjeż marbuta mal-użu tal-ħażna ta’ gass naturali, skont il-każ;</P></ITEM><ITEM><P>l-ispejjeż ta’ kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi pprovduti, inkluż marġni kummerċjali raġonevoli.</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ispejjeż minbarra dawk ta’ provvista jkopru l-elementi li jikkorrispondu mat-trażmissjoni, mal-ħażna, mad-distribuzzjoni, mat-taxxi u mal-profitt u l-ispejjeż ta’ provvista jirriflettu l-ispejjeż tal-provvista li huma bbażati fuq kuntratti fit-tul bejn il-fornitur u l-produtturi barranin, bi kważi l-konsum kollu fi Franza jkun ġej minn importazzjonijiet. Dawn il-kuntratti fit-tul huma ġeneralment marbuta mal-prezz taż-żejt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130717">17 ta’ Lulju 2013</DATE>, l-ANODE ppreżentat rikors quddiem il-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza) intiż għall-annullament tad-Digriet Nru 2013‑400 minħabba eċċess ta’ poter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, l-ANODE sostniet, b’mod partikolari, li l-Artikoli L. 445‑1 sa L. 445‑4 tal-kodiċi tal-enerġija, implementati b’dan id-digriet, jiksru l-għanijiet tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ANODE b’mod partikolari ssostni li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inkwistjoni ma humiex konformi mal-prinċipju ta’ applikazzjoni stabbilit fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Conseil d’État (Kunsill tal-Istat) jistaqsi, fl-ewwel lok, jekk intervent statali fuq il-prezzijiet kif previst mil-leġiżlazzjoni Franċiża għandux jitqies bħala li jwassal sabiex jiġi ddeterminat il-livell tal-prezz ta’ provvista ta’ gass naturali lill-konsumatur finali irrispettivament mill-funzjonament ħieles tas-suq u b’hekk jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv, bi ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Jekk dan ikun il-każ, il-Conseil d’État (Kunsill tal-Istat) jistaqsi, fit-tieni lok, dwar il-kriterji li fid-dawl tagħhom għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni mad-Direttiva 2009/73 u b’mod partikolari jekk l-Artikolu 106(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, jippermettix lill-Istati Membri jfittxu, bl-implementazzjoni ta’ prezzijiet irregolati, li jilħqu għanijiet bħalma huma s-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali. Il-Conseil d’État (Kunsill tal-Istat) jistaqsi wkoll fuq il-possibbiltà ta’ intervent statali fuq l-iffissar tal-prezz ibbażat fuq il-prinċipju ta’ kopertura tal-ispejjeż sħaħ tal-fornitur eżistenti u fuq il-komponenti ta’ spejjeż li jistgħu eventwalment jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tat-tariffi rregolati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1)</NO.P><TXT>L-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni fuq l-operatur eżistenti li joffri l-provvista ta’ gass naturali lill-konsumatur finali b’tariffi rregolati, iżda li ma jimpedixxix li jsiru offerti kompetituri, bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi, min-naħa tal-fornitur eżistenti jew tal-fornituri alternattivi, għandu jitqies li jwassal għal determinazzjoni tal-livell tal-prezz<?PAGE NO="7"?> tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali b’mod indipendenti mill-funzjonament ħieles tas-suq u jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73[…]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1, abbażi ta’ liema kriterji għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ tali intervent tal-Istat fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali mad-Direttiva 2009/73[…]?</TXT><P>B’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Sa fejn u taħt liema kundizzjonijiet l-Artikolu 106(2) [TFUE], moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73[…], jippermetti lill-Istati Membri, billi jintervjenu fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali, li jfittxu li jilħqu għanijiet differenti miż-żamma tal-prezz tal-provvista f’livell raġonevoli, bħalma huma s-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għanijiet ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ koeżjoni territorjali, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73[…] jippermetti intervent ta’ Stat Membru fl-iffissar tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali bbażat fuq il-prinċipju ta’ kopertura tal-ispejjeż sħaħ tal-fornitur eżistenti u l-ispejjeż intiżi li jiġu koperti bit-tariffi jistgħu jinkludu komponenti differenti mill-porzjon li tirrappreżenta l-provvista għal żmien twil?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk is-sistema tat-tariffi rregolati għall-bejgħ tal-gass naturali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hijiex kompatibbli mad-Direttiva 2009/73 u mal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha okkażjoni, fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tindika l-kuntest tal-analiżi li jippermetti lill-qorti nazzjonali li għandha ġurisdizzjoni tevalwa l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ intervent statali fuq il-prezzijiet, speċifikament fis-settur tal-gass naturali. F’din is-sentenza u fil-ġurisprudenza sussegwenti, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet diversi indikazzjonijiet rigward il-kriterji li fuqhom għandha tkun ibbażata tali evalwazzjoni u huwa konformement ma’ din il-ġurisprudenza li huwa xieraq li jiġu analizzati l-kwistjonijiet imqajma mill-qorti tar-rinviju (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enel Produzione</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:861">EU:C:2011:861</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑36/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:570">EU:C:2015:570</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni tal-obbligu fuq ċerti fornituri, fosthom il-fornitur eżistenti, li joffru lill-konsumatur finali l-provvista ta’ gass naturali b’tariffi rregolati, iżda li ma jimpedixxix li jsiru offerti kompetituri bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi mill-fornituri kollha fis-suq jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalkemm ma jirriżulta minn ebda dispożizzjoni tad-Direttiva 2009/73 li l-prezz ta’ provvista tal-gass naturali għandu jiġi ffissat esklużivament permezz tal-offerta u tat-talba, dan ir-rekwiżit jitnissel mill-għan innifsu u mill-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva li għandha l-għan li twettaq suq intern tal-gass naturali kompletament u effettivament miftuħ u kompetittiv fejn il-konsumaturi kollha jistgħu jagħżlu liberament il-fornituri tagħhom u fejn il-fornituri kollha jistgħu jipprovdu liberament il-prodotti tagħhom lill-klijenti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑36/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:570">EU:C:2015:570</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li miżura ta’ intervent pubbliku fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-gass naturali hija miżura li, min-natura tagħha stess, tikkostitwixxi ostakolu għat-twettiq ta’ suq intern tal-gass operattiv (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-leġiżlazzjoni Franċiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi intervent statali li jikkonsisti fl-obbligu impost fuq ċerti impriżi li joffru fis-suq, lil ċerti kategoriji ta’ klijenti, il-gass naturali bi prezzijiet li huma r-riżultat ta’ kalkolu mwettaq skont kriterji u bl-użu ta’ rati stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa t-tariffi stabbiliti skont din il-leġiżlazzjoni jikkostitwixxu prezzijiet rregolati li ċertament ma humiex ir-riżultat ta’ determinazzjoni libera riżultanti mill-offerta u mit-talba fis-suq. Għall-kuntrarju, dawn it-tariffi jirriżultaw minn determinazzjoni mwettqa fuq il-bażi ta’ kriterji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi u li għalhekk tinsab barra mid-dinamika tal-forzi tas-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, miżura li timponi li prodott jew servizz jiġi offert fis-suq bi prezz speċifiku neċessarjament tinfluwenza l-libertà tal-impriżi kkonċernati li jaġixxu fis-suq inkwistjoni u, għalhekk, il-proċess kompetittiv li jkun qed iseħħ f’dan is-suq. Tali miżura hija, min-natura tagħha stess, kuntrarja għall-għan li jinkiseb suq miftuħ u kompetittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li determinazzjoni ta’ tariffi li tirriżulta minn intervent tal-awtoritajiet pubbliċi neċessarjament taffettwa l-kompetizzjoni u li, għalhekk, leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija inkompatibbli mal-għan ta’ twettiq ta’ suq ta’ gass naturali miftuħ u kompetittiv previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-fatt li l-impriżi kkonċernati bit-tariffi rregolati jistgħu wkoll liberament jiddeterminaw l-offerti tagħhom fis-suq bl-ebda mod ma jista’ jpoġġi fid-dubju l-konstatazzjoni li l-intervent statali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq. Fil-fatt, l-eżistenza stess ta’ żewġ segmenti tas-suq, jiġifieri s-settur fejn il-prezzijiet huma stabbiliti barra mill-kompetizzjoni u dak fejn d-determinazzjoni tagħhom titħalla f’idejn il-forzi tas-suq, hija inkompatibbli mal-ħolqien ta’ suq intern tal-gass naturali miftuħ u kompetittiv. F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li l-argument tal-Gvern Franċiż li t-tariffi rregolati għandhom ir-rwol ta’ limitu massimu ta’ referenza għall-iffissar tal-prezzijiet tal-offerti magħmula mill-fornituri l-oħra li ma humiex koperti mir-regoli inkwistjoni fil-kawża prinċipali ssaħħaħ l-idea li dawn it-tariffi fil-fatt jaffettwaw konkretament id-determinazzjoni libera tal-prezzijiet fis-suq kollu tal-gass naturali Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni tal-obbligu fuq ċerti fornituri, fosthom il-fornitur eżistenti, li joffru lill-konsumatur finali l-provvista ta’ gass naturali b’tariffi rregolati, jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv previst f’din id-dispożizzjoni, u dan l-ostakolu jibqa’ anki jekk dan l-intervent ma jkunx ta’ ostakolu sabiex offerti kompetituri bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi jkunu offruti mill-fornituri kollha fis-suq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi li jiġu ċċarati l-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat, l-ewwel nett, li l-indikazzjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta’ intervent tal-Istat li jwassal sabiex jirregola l-prezzijiet, li huma espressi fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’dak li jikkonċerna l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230), huma wkoll validi fir-rigward tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73, peress li ma saret ebda modifika għal din l-aħħar dispożizzjoni sa fejn din tapplika għall-kawża prinċipali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑36/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:570">EU:C:2015:570</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, minkejja intervent statali fuq l-iffissar tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali jikkostitwixxi ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv, dan l-intervent jista’ madankollu jkun permess fil-kuntest tad-Direttiva 2009/73, jekk ikunu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet. L-ewwel nett, dan l-intervent għandu jfittex għan ta’ interess ekonomiku ġenerali, it-tieni nett, għandu josserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità u, it-tielet nett, għandu jistabbilixxi obbligi ta’ servizz pubbliku li jkunu kjarament iddefiniti, trasparenti, nondiskriminatorji u verifikabbli u jiggarantixxi aċċess ugwali għall-impriżi tal-gass tal-Unjoni lill-konsumaturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑36/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:570">EU:C:2015:570</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, dwar l-eżistenza ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi sa fejn u taħt liema kundizzjonijiet Stat Membru jista’ jfittex li jilħaq għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali oħra differenti miż-żamma tal-prezz tal-provvista fuq livell raġonevoli, rikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2003/55 ma tagħtix definizzjoni tal-kundizzjoni li jirrigwarda l-interess ekonomiku ġenerali, iżda r-referenza fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva kemm għal din il-kundizzjoni kif ukoll għall-Artikolu 106 TFUE, li jikkonċerna l-impriżi inkarigati mill-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, jimplika li l-imsemmi kunċett għandu jiġi interpretat fid-dawl ta’ din l-aħħar dispożizzjoni tat-Trattat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tfakkar li l-Artikolu 106(2) TFUE jipprevedi, minn naħa, li l-impriżi inkarigati mill-amministrazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huma suġġetti għar-regoli dwar il-kompetizzjoni sa fejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma tfixkilx it-twettiq, fil-liġi jew fil-fatt, tad-dmirijiet partikolari assenjati lilhom u, min-naħa l-oħra, l-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b’mod kuntrarju għall-interess tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Hekk kif l-Avukat Ġenerali kkonstata fil-punt 44 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-interpretazzjoni tal-kundizzjoni dwar l-interess ekonomiku ġenerali għandhom ikunu inkwadrati fil-kuntest il-ġdid li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li jinkludi, flimkien mal-Artikolu 106 TFUE, l-Artikolu 14 TFUE, il-Protokoll (Nru 26) dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, anness mat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ wara t-Trattat ta’ Lisbona, u t-Trattat FUE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Protokoll Nru 26<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li kisbet l-istess valur legali bħat-trattati, b’mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu li jikkonċerna l-aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Protokoll Nru 26 jirrikonoxxi b’mod espliċitu r-rwol essenzjali u s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-provvista, fl-eżekuzzjoni u fl-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda speċifikament is-settur tal-gass naturali, mit-tieni sentenza tal-premessa 47 tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li l-obbligi ta’ servizz pubbliku għandhom jiġu ddefiniti fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi nazzjonali, bid-dritt tal-Unjoni li għandu, madankollu, jiġi rrispettat mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Huwa f’din il-perspettiva li l-Artikolu 106(2) TFUE ifittex li jirrikonċilja l-interess tal-Istati Membri li jużaw ċerti impriżi bħala strument ta’ politika ekonomika jew soċjali mal-interess tal-Unjoni għall-osservanza tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u għall-ħarsien tal-unità tas-suq komuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Albany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:430">EU:C:1999:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-Istati Membri huma intitolati, filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni, li jiddefinixxu l-portata u l-organizzazzjoni tas-servizzi tagħhom ta’ interess ekonomiku ġenerali. B’mod partikolari huma għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni għanijiet attribwibbli għall-politika nazzjonali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Albany</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑67/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:430">EU:C:1999:430</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni li l-Istati Membri għandhom iwettqu, taħt id-Direttiva 2009/73, sabiex jiddeterminaw jekk, fl-interess ekonomiku ġenerali, għandhomx jiġu imposti fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-gass obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom ikunu l-Istati Membri li jwettqu konċiljazzjoni bejn l-għan ta’ liberalizzazzjoni u l-għanijiet l-oħra mfittxija minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tirreferi speċifikament għall-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista u tal-koeżjoni territorjali, kif invokati mill-Gvern Franċiż, bħala għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Dwar is-sigurtà tal-provvista, dan l-għan huwa espliċitament ikkontemplat fid-dritt primarju tal-Unjoni kif ukoll fid-Direttiva 2009/73.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 194(1)(b) TFUE jidentifika s-sigurtà tal-provvista enerġetika fl-Unjoni bħala wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija. F’dak li jikkonċerna, speċifikament, il-qasam tal-gass naturali, minn diversi premessi u artikoli tad-Direttiva 2009/73 jirriżulta li din tipprevedi espressament is-sigurtà tal-provvista enerġetika bħala wieħed mill-għanijiet fundamentali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-koeżjoni territorjali ma tissemmiex espliċitament mid-Direttiva 2009/73 bħala għan ta’ interess ekonomiku ġenerali li jista’ jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fil-qasam tal-gass naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat, minn naħa, hekk kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 52 sa 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73 jelenka, b’mod mhux eżawrjenti, it-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku u li l-Istati Membri, b’rispett tad-dritt tal-Unjoni, huma liberi li jiddefinixxu liema huma l-għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali li jridu jilħqu bl-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku. Dawn l-obbligi għandhom madankollu dejjem ikollhom bħala għan it-twettiq ta’ wieħed jew iktar mill-għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 14 TFUE jidentifika espliċitament ir-rwol li għandhom is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-promozzjoni tal-koeżjoni territorjali tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jsemmi espliċitament il-koeżjoni territorjali fil-kuntest tad-dritt ta’ aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73, moqri fid-dawl tal-Artikoli 14 u 106 TFUE, jippermetti lill-Istati Membri li jevalwaw jekk, fl-interess ekonomiku ġenerali, hemmx lok li jiġu imposti fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-gass obbligi ta’ servizz pubbliku li jirrigwardaw il-prezz tal-provvista tal-gass naturali sabiex, b’mod partikolari, jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha li din id-direttiva tipprevedi jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni elenkata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 106 TFUE li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73 jippermetti li jiġu imposti fuq l-impriżi għandhom josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità u li, għaldaqstant, wara l-<DATE ISO="20070701">1 ta’ Lulju 2007</DATE>, dawn l-obbligi jistgħu jippreġudikaw il-libertà li jiġi ffissat il-prezz tal-provvista tal-gass naturali biss sa fejn huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ interess ekonomiku ġenerali li huma jsegwu u, konsegwentement, għal perijodu neċessarjament limitat fiż-żmien (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Filwaqt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, jekk din il-ħtieġa ta’ proporzjonalità hijiex issodisfatta, madankollu, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti lil din il-qorti, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-indikazzjonijiet kollha neċessarji f’dan is-sens fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità jimplika, l-ewwel nett, li l-miżura inkwistjoni tkun suxxettibbli li tiggarantixxi t-twettiq tal-għan ta’ interess ekonomiku ġenerali previst (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enel Produzione</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:861">EU:C:2011:861</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tagħti ftit informazzjoni sabiex jiġu evalwati r-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni tal-prezz tal-gass ikun neċessarju fir-rigward tat-twettiq ta’ għanijiet ġenerali ħafna bħal dawk invokati mill-Gvern Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-għan tas-sigurtà tal-provvista, il-qorti tar-rinviju tirreferi, essenzjalment, għall-argument ta’ dan il-gvern li l-kuntratti ta’ provvista tal-fornitur eżistenti, marbuta mal-prezz tal-prodotti taż-żejt u fit-tul, tiżgura sigurtà ikbar tal-provvista meta mqabbla mal-kuntratti ta’ fornituri alternattivi, affettwati mill-instabbiltà tal-prezzijiet tal-gass fis-suq bl-ingrossa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalkemm ma huwiex eskluż li regolament li jinkludi l-obbligu li toffri u tipprovdi l-gass naturali bi prezz stabbilit jista’ jitqies bħala kapaċi li jiżgura s-sigurtà tal-provvista, hija l-qorti tar-rinviju, fl-assenza ta’ analiżi preċiża pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja, li għandha tiddetermina jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan tal-koeżjoni territorjali, għandu jiġi rrilevat li għalkemm ma jistax jiġi eskluż li tali għan jista’ jiġi mfittex bl-impożizzjoni fuq it-territorju nazzjonali kollu ta’ tariffi rregolati, ser tkun il-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fil-kuntest tal-analiżi sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex suxxettibbli li tiżgura dan l-għan, jekk jeżistux ukoll miżuri li jippermettu li jiġi żgurat dan l-għan, iżda li jkunu inqas ta’ ostakolu għat-twettiq ta’ suq intern miftuħ tal-gass naturali, bħall-impożizzjoni ta’ prezz applikabbli biss għal ċerti kategoriji ta’ klijenti li jinsabu f’żoni remoti u identifikati skont kriterji oġġettivi ġeografiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tul tal-intervent statali fuq il-prezzijiet għandu jkun limitat għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-informazzjoni li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja, li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tipprevedi ebda limitu għat-tul tal-obbligu li l-provvista ta’ gass naturali tiġi offerta lill-klijenti finali b’tariffi rregolati, liema fatt jattribwixxi lil dan l-obbligu natura permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>L-iffissar ta’ tul massimu għat-tariffi adottati ma jistax jikkostitwixxi tali limitazzjoni, sa fejn dan il-mekkaniżmu jikkonċerna biss reviżjoni perijodika tal-livell ta’ dawn it-tariffi u ma jikkonċernax in-neċessità u l-modalitajiet tal-intervent pubbliku fuq il-prezzijiet skont l-iżviluppi fis-settur tal-gass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti tar-rinviju, li fid-dawl tal-elementi preċiżi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, li trid tiddetermina jekk l-impożizzjoni ta’ obbligu, bħal dak stabbilit fl-Artikolu L. 410‑2 tal-kodiċi tal-kummerċ, li sostanzjalment huwa ta’ natura permanenti, jissodisfax ir-rekwiżit stabbilit fil-punt 55 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-metodu ta’ intervent implementat ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-interess ekomoniku ġenerali mfittex (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta mid-deciżjoni tar-rinviju li l-intervent inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-kopertura tal-ispejjeż kollha tal-fornitur eżistenti bl-applikazzjoni ta’ formula rappreżentattiva tal-ispejjeż tal-provvista tiegħu u ta’ metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-ispejjeż tiegħu minbarra dawk ta’ provvista żviluppati wara analiżi annwali tal-evoluzzjoni tal-ispejjeż li saru mill-awtorità regolatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-rekwiżit tan-neċessità jirrikjedi li jiġi identifikat, bħala prinċipju, il-komponent tal-prezz tal-gass li fir-rigward tiegħu huwa neċessarju li jsir intervent sabiex jinkiseb l-għan imsemmi mill-intervent statali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-metodu ta’ intervent fuq il-prezz implementat imurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali mfittex u jekk jeżistux miżuri adegwati inqas vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rekwiżit ta’ neċessità għandu wkoll jiġi evalwat fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni personali tal-miżura inkwistjoni u, iktar speċifikament, tal-benefiċjarji tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Federutility <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:205">EU:C:2010:205</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi eżaminat sa fejn l-intervent statali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jibbenefika rispettivament lill-individwi u lill-impriżi, bħala konsumaturi finali tal-gass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li, mill-<DATE ISO="20160101">1 ta’ Jannar 2016</DATE>, il-benefiċjarji tal-provvista bi prezzijiet irregolati għandhom ikunu d-djar u l-impriżi li jikkonsmaw inqas minn <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> kW fis-siegħa f’sena. Għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk tali sistema, li tidher tibbenefika b’mod identiku lill-klijenti domestiċi u lill-impriżi żgħar u medji, tosservax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità f’dak li jikkonċerna l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-miżura, fid-dawl tal-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista u tal-koeżjoni territorjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tielet kundizzjoni elenkata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, li l-intervent statali għandu jipprevedi għal obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar, trasparenti, mhux diskriminatorji u verifikabbli, u jiggarantixxi aċċess ugwali tal-impriżi tal-gass tal-Unjoni għall-konsumaturi, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju ma pprovdiet ebda element ta’ analiżi f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, in-natura mhux diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hekk kif josserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73 jippermetti l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku b’mod ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>fuq impriżi operaturi fis-settur tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u mhux fir-rigward ta’ xi impriżi partikolari. Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>m’għandhomx jiddiskriminaw bejn dawn l-impriżi rigward id-drittijiet u l-obbligi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-impriżi ta’ gass naturali. F’dan il-kuntest, is-sistema ta’ indikazzjoni tal-impriżi li fuqhom huma imposti obbligi ta’ servizz pubbliku ma għandhiex teskludi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> l-ebda waħda mill-impriżi li joperaw fis-settur tad-distribuzzjoni tal-gass (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080619">19 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑220/07</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:354">EU:C:2008:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk tali rekwiżit kif ukoll il-kundizzjonijiet l-oħra previsti fil-punt 66 ta’ din is-sentenza huma ssodisfatti bl-applikazzjoni tas-sistema tariffarja inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE, moqri fid-dawl tal-Artikoli 14 u 106 TFUE, kif ukoll tal-Protokoll Nru 26, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri li jevalwaw jekk, fl-interess ekonomiku ġenerali, hemmx lok li jiġu imposti fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-gass obbligi ta’ servizz pubbliku li jirrigwardaw il-prezz tal-provvista tal-gass naturali bl-għan, b’mod partikolari, li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali, bil-kundizzjoni li, minn naħa, il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, u speċifikament in-natura nondiskriminatorja ta’ tali obbligi, ikunu ssodisfatti u, min-naħa l-oħra, li l-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73 għandu għalhekk jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix metodu ta’ determinazzjoni tal-prezz li huwa bbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta’ tali metodu ma twassalx sabiex l-intervent statali jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali li huwa jfittex li jilħaq.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090713">13 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni tal-obbligu fuq ċerti fornituri, fosthom il-fornitur eżistenti, li joffru lill-konsumatur finali l-provvista ta’ gass naturali b’tariffi rregolati, jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv previst f’din id-dispożizzjoni, u dan l-ostakolu jibqa’ anki jekk dan l-intervent ma jkunx ta’ ostakolu sabiex offerti kompetituri bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi jkunu offruti mill-fornituri kollha fis-suq.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE, moqri fid-dawl tal-Artikoli 14 u 106 TFUE, kif ukoll tal-Protokoll Nru 26, dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali, anness mat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ wara t-Trattat ta’ Lisbona, u t-Trattat FUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri li jevalwaw jekk, fl-interess ekonomiku ġenerali, hemmx lok li jiġu imposti fuq l-impriżi li joperaw fis-settur tal-gass obbligi ta’ servizz pubbliku li jirrigwardaw il-prezz tal-provvista tal-gass naturali bl-għan, b’mod partikolari, li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali, bil-kundizzjoni li, minn naħa, il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, u speċifikament in-natura nondiskriminatorja ta’ tali obbligi, ikunu ssodisfatti u, min-naħa l-oħra, li l-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73 għandu għalhekk jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix metodu ta’ determinazzjoni tal-prezz li huwa bbażat fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni ta’ tali metodu ma twassalx sabiex l-intervent statali jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali li huwa jfittex li jilħaq.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>