|
12.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/88/PESK/ĠAI
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26-27 ta’ Frar 2009, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati għal Ftehin bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali. Dawk in-negozjati saru b’suċċess u tfassal Ftehim. |
|
(2) |
Fin-nuqqas ta’ trattati bilaterali dwar assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri u l-Ġappun, l-Unjoni Ewropea tfittex li tistabbilixxi koperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri tagħha u l-Ġappun fil-qasam tal-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali. |
|
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
B. ASK