REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1517
tas-27 ta’ Mejju 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1)
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
(2)
Abbażi ta’ rieżami ta’ dawk il-miżuri, jenħtieġ li l-entrati għal ħames persuni mejta, kif ukoll l-entrata għal individwu addizzjonali wieħed, jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu aġġornati u emendati l-entrati għal 96 persuna fiżika u entità waħda f’dik il-lista.
(3)
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
fit-Taqsima A “(Persuni)”:
(i)
jitħassru s-sitt entrati li ġejjin:
23.
Zoulhima CHALICHE;
41.
Ali DOUBA;
145.
Michel KASSOUHA;
227.
Ahmad AL-HAMU;
289.
Mahir Burhan Eddine AL-IMAM
337.
Mustafa AL-MASALMAH: u
(ii)
is-96 entrata li ġejjin huma sostitwiti b’dan li ġej:
Isem
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal-elenkar
“3.
Ali MAMLUK
(magħruf ukoll bħala Ali Mamlouk; Ali Al-Mamlouk; Abu Ayham)
(علي المملوك; أبو أيهم; علي مملوك)
Data tat-twelid: 19.2.1946;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Passaport diplomatiku Nru 983;
Sess: raġel
Konsulent Presidenzjali għall-affarijiet tas-sigurtà minn Jannar 2024. Eks Viċi President tar-Repubblika Għarbija Sirjana għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Eks Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Sirjana involut fi vjolenza kontra d-dimostranti.
9.5.2011
9.
Abd al-Fatah (
) QUDSIYAH (
)
Data tat-twelid: 4.2.1953;
Post tat-twelid: Hama, Syria;
Passaport diplomatiku Nru D0005788;
Sess: raġel
Uffiċjal fil-grad ta’ Maġġur Ġeneral fil-Forzi Armati Sirjani fil-kariga wara Mejju 2011.
Viċi Direttur tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Partit Ba’ath. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Militari Sirjana. Involut fir-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
9.5.2011
14.
Brigadier Ġeneral Mohammed BILAL
(magħruf ukoll bħala Logutenent Kurunell Muhammad Bilal)
Data tat-twelid: 25.5.1971;
Sess: raġel
Bħala uffiċjal għoli fis-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana, huwa jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili mir-reġim. Huwa assoċjat ukoll maċ-Ċentru ta’ Riċerka tal-Istudji Xjentifiċi (SSRC) elenkat.
21.10.2014
16.
Faruq (
) (magħruf ukoll bħala Farouq, Farouk) AL SHAR’ (
) (magħruf ukoll bħala Al Char’, Al Shara
Data tat-twelid: 1.1.1938;
Sess: raġel
Eks Viċi President tas-Sirja; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.
23.5.2011
20.
Bassam (
) AL HASSAN (
) (magħruf ukoll bħala Al Hasan)
Data tat-twelid: 6.3.1962;
Post tat-twelid: Sheen, Homs, Syria;
Grad: Maġġur Ġeneral;
Sess: raġel
Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; kap tas-Segretarjat Ġenerali tad-Difiża Nazzjonali. Involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili
23.5.2011
31.
Maġġur Ġeneral Tawfiq (
) (magħruf ukoll bħala Tawfik) YOUNES (
) (magħruf ukoll bħala Yunes)
Data tat-twelid: 5.1.1956;
Sess: raġel
Eks kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.
1.8.2011
33.
Ayman JABIR
(magħruf ukoll bħala Aiman Jaber)
(أيمن جابر)
Data tat-twelid: 17.1.1967;
Post tat-twelid: Latakia, Syria;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta’ konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f’dawk il-prodotti. Għandu interessi finanzjarji u/jew karigi eżekuttivi għoljin f’għadd ta’ kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b’mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV u Sama Satellite Channel.
Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jabir iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.
Ayman Jabir jibbenefika mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu. Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f’attivitajiet ta’ milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa. Huwa president onorarju ta’ ‘Wafa lil-Watan’ (lealtà lejn art twelidna), li hija assoċjazzjoni li tipprovdi għajnuna lill-familji ta’ suldati u milizzji Sirjani.
Soċju ta’ Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u soċju ta’ Maher al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f’milizzji affiljati mar-reġim.
27.1.2015
34.
Hayel () AL-ASSAD ()
(magħruf ukoll bħala Hael al-Asad (هاىلالأسد))
Data tat-twelid: 8.9.1968;
Sess: raġel
Assistent ta’ Maher al-Assad; Kap tal-unità tal-pulizija militari tar-Raba’ Diviżjoni tal-armata, involuta fir-repressjoni.
23.8.2011
37.
Brigadier Ġeneral Rafiq (
) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) SHAHADAH (
) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)
Data tat-twelid: 5.1.1956;
Post tat-twelid: Jablah, Latakia Province, Syria;
Sess: raġel
Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta’ Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Ex-Kap tal-Fergħa 293 (Affarijiet Interni) tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f’Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f’Damasku. Konsulent għall-President Bashar al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta’ intelligence militari.
23.8.2011
46.
Brigadier Ġeneral Ghassan (
) KHALIL (
) (magħruf ukoll bħala Khaleel)
Data tat-twelid: 3.5.1957;
Sess: raġel
Kap tal-Fergħa tal-Informazzjoni tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali. Involut direttament fir-repressjoni ta’ u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
23.8.2011
48.
Samir HASSAN
(سمير حسن)
Data tat-twelid: 10.8.1953;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u/jew attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f’Amir Group u Cham Holding, żewġ konglomerati b’interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. President tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja u għandu rwol sinifikanti fir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Federazzjoni Russa permezz tal-Kunsill tan-Negozju Sirja-Russja.
Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta’ gwerra tar-reġim Sirjan permezz ta’ donazzjonijiet ta’ flus.
Samir Hassan huwa assoċjat ma’ persuni li jibbenefikaw mir-reġim u jappoġġawh. B’mod partikolari, huwa assoċjat ma’ Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew deżinjati mill-Kunsill u jibbenefikaw mir-reġim Sirjan.
27.9.2014
49.
Fares () CHEHABI ()
(magħruf ukoll bħala Fares Shihabi; Fares Chihabi)
Iben Ahmad Chehabi;
Data tat-twelid: 7.9.1972;
Sess: raġel
President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Aleppo; President tal-Federazzjoni tal-Kmamar tal-Industrija mis-16.12.2018. Viċi President ta’ Cham Holding. Jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim Sirjan. Membru tal-Parlament Sirjan mill-2016.
2.9.2011
51.
Issam (
) ANBOUBA (
)
President ta’ Anbouba for Agricultural Industries Co.;
Data tat-twelid: 18.3.1952;
Post tat-twelid: Homs, Syria;
Sess: raġel
Negozjant prominenti attiv f’setturi differenti tal-ekonomija Sirjana, bħall-agrikoltura, il-proprjetà immobbli u s-settur bankarju. Għandu relazzjonijiet finanzjarji ma’ uffiċjali ta’ grad għoli Sirjani. Kofundatur ta’ Cham Holding.
2.9.2011
56.
Ali (
) Abdullah (
) (magħruf ukoll bħala Abdallah) AYYUB (
) (magħruf ukoll bħala Ayyoub, Ayub, Ayoub, Ayob)
Data tat-twelid: 28.4.1952;
Post tat-twelid: Lattakia, Syria;
Sess: raġel
Eks Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri u eks Ministru għad-Difiża.
Uffiċjal fil-grad ta’ Ġeneral fl-Armata Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati Sirjani. Persuna li tappoġġa r-reġim Sirjan u responsabbli għar-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja u tal-vjolenza kontriha.
14.11.2011
58.
Maġġur Ġeneral Aous (
) (magħruf ukoll bħala Aws, Aus) ‘Ali’ ASLAN (
)
Data tat-twelid: 9.12.1958;
Sess: raġel
Uffiċjal ta’ grad għoli. Persuna viċin Maher al-Assad u tal-President Bashar al-Assad. Karigi preċedenti: Kmandant tal-40 Brigata (ir-Raba’ Diviżjoni) bejn l-2011 u l-2014; viċi Kmandant tar-Raba’ Diviżjoni fl-2015; Kmandant tat-Tieni Korp fl-2016. Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja, inkluż arresti arbitrarji, qtil tal-massa u spostamenti furzati tal-popolazzjoni ċivili.
14.11.2011
59.
Ġeneral Ghassan (
) BELAL (
) (magħruf ukoll bħala Bilal)
Data tat-twelid: 19.9.1966;
Sess: raġel
Kap tar-Raba’ Diviżjoni tal-Uffiċċju tas-Sigurtà, kap tal-555 riġment tal-paraxutisti. Konsulent ta’ Maher al-Assad u koordinatur tal-operazzjonijiet ta’ sigurtà. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja u involut f’bosta ksur tal-waqfien mill-ġlied f’Ghouta.
14.11.2011
64.
Mujahed (
) ISMAIL (
) (magħruf ukoll bħala Ismael)
Data tat-twelid: 1.1.1977;
Sess: raġel
Membru tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta’ intelligence tal-armata territorjali). Involut fir-repressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar is-Sirja.
14.11.2011
66.
Maġġur Ġeneral Kifah (
) MOULHEM (
) (magħruf ukoll bħala Moulhim, Mulhem, Mulhim, Milhem)
Data tat-twelid: 28.11.1961;
Post tat-twelid: Junaynat Ruslan, Tartous province, Syria;
Sess: raġel
Kap tal-uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali minn Jannar 2024. Eks kap tad-Direttorat tal-Intelligence Militari li kien maħtur f’Marzu 2019. Eks Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà fir-reġjun tan-Nofsinhar u Eks Viċi Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Militari, fejn mexxa l-operazzjoni tar-reġim fir-reġjuni ta’ Homs u Aleppo. Responsabbli għar-repressjoni konta l-popolazzjoni ċivili f’Deir ez-Zor u l-individwu prinċipali responsabbli għar-repressjoni vjolenti mwettqa mid-Direttorat tal-Intelligence Militari (Fergħa 248) matul l-2011 u l-2012 kif ukoll għal tortura u ksur serju fuq id-detenuti.
Ta ordnijiet lit-truppi biex isawtu d-dimostranti bil-bsaten u mbagħad jarrestawhom. Responsabbli għar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi f’Douma.
23.1.2012
102.
Ahmed (
) (magħruf ukoll bħala Ahmad) DIBE (
) (magħruf ukoll bħala Dib, Deeb)
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta’ Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali);
Data tat-twelid: 15.11.1961;
Sess: raġel
Bħala Kap tal-Fergħa Reġjonali ta’ Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Ġenerali, responsabbli għal detenzjonijiet arbitrarji u tortura ta’ detenuti f’Deraa.
23.1.2012
108.
Mohammad (
) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) AL-JLEILATI (
)
Data tat-twelid: 13.6.1945;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Il-Ministru għall-Finanzi ta’ qabel, fil-kariga sad-9.2.2013. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
1.12.2011
112.
Hussein () (magħruf ukoll bħala Hussain) Mahmoud () FARZAT ()
(magħruf ukoll bħala: Hussein Mahmud Farzat)
Data tat-twelid: 6.9.1957;
Post tat-twelid: Hama, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru tal-Istat fil-kariga sa mill-inqas l-2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
23.3.2012
113.
Mansour () Fadlallah () AZZAM ()
(magħruf ukoll bħala: Mansur Fadl Allah Azzam)
Data tat-twelid: 15.3.1960;
Post tat-twelid: Sweida Province, Syria;
Sess: raġel
Ministru għall-Affarijiet tal-Presidenza. Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
27.2.2012
126.
Bouthaina () SHAABAN ()
(magħrufa wkoll bħala Buthaina Shaaban)
Data tat-twelid: 1.4.1953;
Post tat-twelid: Homs, Syria;
Sess: mara
Konsulent dwar il-Politika u l-Media għall-President minn Lulju 2008 ’l quddiem u bħala tali assoċjat mat-trażżin vjolenti tal-popolazzjoni ċivili.
26.6.2012
127.
Brigadier General Sha’afiq (
) (magħruf ukoll bħala Shafiq, Shafik) MASA (
) (magħruf ukoll bħala Massa)
Data tat-twelid: 5.7.1956;
Post tat-twelid: Al-Zara (Hama), Syria;
Sess: raġel
Direttur tal-fergħa 215 (Damasku) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti. Involut f’azzjonijiet ta’ repressjoni kontra ċ-ċittadini.
24.7.2012
130.
Brigadier Ġeneral Muhammad (
) (magħruf ukoll bħala Mohammed) KHALLOUF (
) (magħruf ukoll bħala Abou Ezzat)
Data tat-twelid: 2.11.1946;
Sess: raġel
Eks Kap tal-Fergħa 235 (2009-2014), imsejħa ‘Palestina’ (Damasku) tas-servizz tal-intelligence tal-armata, li tinsab fil-qalba tal-mezzi repressivi tal-armata. Involut direttament fir-repressjoni tal-avversarji. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.
24.7.2012
133.
Brigadier Ġeneral Jawdat (
) AL-AHMED (
) (magħruf ukoll bħala al-Ahmad)
Data tat-twelid: 8.2.1958;
Post tat-twelid: Qardaha, Lattakia province, Syria;
Sess: raġel
Kap tal-Fergħa ta’ Homs tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Responsabbli għat-tortura ta’ avversarji detenuti kif ukoll tal-qtil ta’ dimostranti paċifiċi.
24.7.2012
134.
Kurunell Qusay Ibrahim MIHOUB
(قصي إبراهيم ميهوب)
Data tat-twelid: 15.4.1961;
Post tat-twelid: Derghamo, Jableh, Lattakia, Syria;
Sess: raġel
Uffiċjal ta’ grad għoli tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Eks Kap tal-fergħa ta’ Deraa tas-servizz tal-intelligence tal-forza tal-ajru (mibgħut minn Damasku għal Deraa fil-bidu tad-dimostrazzjonijiet f’din il-belt). Responsabbli għat-tortura ta’ avversarji detenuti kif ukoll għar-repressjoni vjolenti ta’ protesti paċifiċi fir-reġjun tan-nofsinhar.
24.7.2012
139.
Maġġur Ġeneral Hussam LUQA
(magħruf ukoll bħala Husam, Housam, Houssam; Louqa, Louca, Louka, Luka)
(حسام لوقا)
Data tat-twelid: 20.9.1960;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Eks Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà tar-Reġjun tan-Nofsinhar mill-2018 sal-2020. Eks Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali. Maġġur Ġeneral. Minn April 2012 sat-2 ta’ Diċembru 2018, kien il-kap tal-fergħa ta’ Homs tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika (issuċċeda lill-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali). Mit-3 ta’ Diċembru 2018, kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Direttur tad-Dipartiment tal-Intelligence Ġenerali mill-2019. Responsabbli mit-tortura ta’ avversarji detenuti.
24.7.2012
146.
Ġeneral Ghassan Jaoudat ISMAIL
(magħruf ukoll bħala Ismael)
(غسان جودت اسماعيل)
Data tat-twelid: 3.1.1959;
Post tat-twelid: Junaynat Ruslan – Darkoush, Tartous region, Syria;
Sess: raġel
Eks Kap tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; Eks viċi direttur tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru u kien responsabbli mill-fergħa tal-missjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru, li f’kooperazzjoni mal-fergħa tal-operazzjonijiet speċjali, tmexxi t-truppi élite tas-Servizz tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru, li għandhom rwol importanti fir-repressjoni mwettqa mir-reġim Sirjan. Bħala tali, Ghassan Jaoudat Ismail huwa wieħed mill-mexxejja militari ewlenin li direttament iwettqu r-repressjoni mir-reġim Sirjan kontra l-oppożizzjoni, kif ukoll prattiki ta’ għajbien ta’ persuni ċivili.
24.7.2012
148.
Ġeneral Mohammed (
) (magħruf ukoll bħala Muhammad, Mohamed, Mohammad) Ali (
) NASR (
) (magħruf ukoll bħala Mohammed Ali Naser)
Data tat-twelid: 8.10.1964;
Sess: raġel
Qrib ta’ Maher al Assad, wieħed mill-aħwa ż-żgħar tal-President Bashar al-Assad. Għamel il-parti l-kbira tal-karriera tiegħu fil-Gwardja Repubblikana. Fl-2010 ingħaqad mal-Fergħa interna (il-Fergħa 251) tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, li huwa responsabbli għall-ġlieda kontra l-oppożizzjoni politika. Bħala wieħed mill-uffiċjali anzjani tiegħu, il-Ġeneral Mohammed Ali Nasr huwa involut direttament fir-repressjoni kontra l-avversarji.
24.7.2012
151.
Samir () (magħruf ukoll bħala Sameer) JOUMAA () (magħruf ukoll bħala Jumaa, Jum’a, Joum’a)
(magħruf ukoll bħala Abou Sami)
Data tat-twelid: 8.3.1962;
Sess: raġel
Ilu madwar 20 sena kap tal-uffiċċju ta’ Mohammad Nassif Kheir Bek, wieħed mill-kunsillieri tas-sigurtà ewlenin tal-President Bashar al-Assad (u uffiċjalment deputat għall-Viċi President Farouk Al-Sharaa). Il-fatt li huwa qrib tal-President’ Bashar al-Assad u Muhammad Nassif Kheir Bek ifisser li hu implikat fil-politika ta’ repressjoni mmexxija mir-reġim Sirjan kontra l-avversarji tiegħu.
24.7.2012
155.
Dr. Mohammad (
) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Abdul-Sattar (
) (magħruf ukoll bħala Abd al-Sattar) AL SAYED (
) (magħruf ukoll bħala Al Sayyed)
Data tat-twelid: 23.12.1958;
Post tat-twelid: Tartous, Syria;
Sess: raġel
Ministru għad-Doti Reliġjużi. Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
158.
Subhi (
) Ahmad (
) AL ABDALLAH (
) (magħruf ukoll bħala al-Abdullah)
Data tat-twelid: 17.8.1951;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
160.
Dr. Hazwan (
) AL WEZ (
) (magħruf ukoll bħala Al Wazz)
Data tat-twelid: 7.3.1962;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Edukazzjoni, maħtur f’Lulju 2016.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
162.
Dr. Mahmoud (
) Ibraheem (
) (magħruf ukoll bħala Ibrahim) SA’IID (
) (magħruf ukoll bħala Said, Sa’eed, Saeed)
Data tat-twelid: 30.5.1953;
Post tat-twelid: Lattakia, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għat-Trasport fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
163.
Dr. Safwan (
) AL ASSAF (
)
Data tat-twelid: 13.3.1959;
Sess: raġel
Eks Ministru għad-Djar u l-Iżvilupp Urban. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
164.
Yasser (
) (magħruf ukoll bħala Yaser) AL SIBA’II (
) (magħruf ukoll bħala al-Sibai, al-Siba’i, al Sibaei)
Data tat-twelid: 26.3.1951;
Sess: raġel
Eks Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
165.
Sa’iid (
) (magħruf ukoll bħala Sa’id, Sa’eed, Saeed) MA’THI (
) (magħruf ukoll bħala Mu’zi, Mu’dhi, Ma’dhi, Ma’zi, Maazi) Hneidi (
)
Data tat-twelid: 5.9.1954;
Sess: raġel
Eks Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
172.
Ali HADAR (magħruf ukoll bħala HAIDAR)
Data tat-twelid: 21.7.1962;
Sess: raġel
Kap tal-Aġenzija Nazzjonali għar-Rikonċiljazzjoni u eks Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Nazzjonali ta’ Rikonċiljazzjoni. President tal-fergħa Intifada tal-Partit Nazzjonalista Soċjali Sirjan. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2012
188.
Bishr Riyad YAZIGI
Data tat-twelid: 13.11.1972;
Sess: raġel
Konsulent tal-President Bashar al-Assad. Eks Ministru għat-Turiżmu. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
190.
Hussein ARNOUS (magħruf ukoll bħala Arnus) (حسين عرنوس)
Data tat-twelid: 1.1.1953;
Post tat-twelid: Idleb, Syria;
Sess: raġel
Prim Ministru. Maħtur f’Awwissu 2020.
Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
24.6.2014
193.
Suhayl (magħruf ukoll bħala Sohail, Suhail, Suheil) HASSAN (magħruf ukoll bħala Hasan, al-Hasan, al-Hassan) magħruf bħala ‘The Tiger’ (magħruf ukoll bħala al-Nimr)
Data tat-twelid: 10.6.1970;
Post tat-twelid: Jableh, Latakia Province, Syria;
Grad: Maġġur Ġeneral;
Kariga: Kmandant ta’ Qawat al-Nimr (Diviżjoni 25 tal-Forzi tal-Missjonijiet Speċjali, li qabel kienet magħrufa bħala Tiger Forces);
Sess: raġel
Uffiċjal fil-grad ta’ Maġġur Ġeneral fl-Armata Sirjana wara Mejju 2011. Kmandant tad-diviżjoni tal-armata magħrufa bħala ‘Tiger Forces’. Minn Awwissu 2019, it-‘Tiger Forces’ ingħataw l-isem ġdid ‘Division 25 Special Mission Forces’ (Diviżjoni 25 tal-Forzi tal-Missjonijiet Speċjali) u tqiegħdu taħt il-kmand ċentrali tal-armata. Responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.
23.7.2014
204.
Emad HAMSHO
(magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho, حميشو)
(حمشو عماد)
Data tat-twelid: 10.8. 1960;
Indirizz: Hamsho Building 31 Baghdad Street, Damascus, Syria;
Sess: raġel
Jokkupa kariga maniġerjali għolja f’Hamsho Trading. Bħala riżultat tal-kariga għolja tiegħu f’Hamsho Trading, sussidjarja ta’ Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa assoċjat ma’ dik l-entità.
Huwa Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma’ negozjanti tar-reġim iddeżinjati bħal Ayman Jabir. L-assi ta’ Hamsho jinkludu Syrian Metal Industries, impjant tal-azzar barra Damasku, li Hamsho forniet bi skrapp tal-metall misruq minn milizzji favur il-gvern matul il-gwerra. Huwa wkoll soċju tal-President Bashar al-Assad.
7.3.2015
206.
Ġeneral Maġġur Muhamad (
) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) MAHALLA (
) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)
Data tat-twelid: 4.6.1959;
Post tat-twelid: Jableh, Syria;
Sess: raġel
Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta’ Maġġur Ġeneral fil-kariga wara Mejju 2011. Eks Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), Fergħa 293 (Affarijiet Interni), minn April 2015. Responsabbli għar-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili u l-vjolenza kontriha f’Damasku/fil-Kampanja ta’ Damasku. Eks Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika. Eks Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.
29.5.2015
207.
Adib SALAMEH
(magħruf ukoll bħala Adib Salamah; Adib Salama; Adib Salame; Mohammed Adib Salameh; Adib Nimr Salameh)
Membru tas-servizzi Sirjani tas-sigurtà u l-intelligence fil-kariga wara Mejju 2011; Viċi Direttur tad-Direttorat tal-Intelligence tal-Forzi tal-Ajru f’Damasku; qabel kien il-Kap tal-Intelligence tal-Forzi tal-Ajru f’Aleppo.
Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta’ Kurunell u l-grad ekwivalenti jew ogħla fil-kariga wara Mejju 2011; għandu l-grad ta’ Maġġur Ġeneral.
Responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, permezz tal-ippjanar ta’ u l-involviment f’attakki militari f’Aleppo u l-awtorità tiegħu fuq l-arrest u d-detenzjoni ta’ persuni ċivili.
28.10.2016
209.
Jawdat Salbi MAWAS
(magħruf ukoll bħala Jawdat Salibi Mawwas; Jawdat Salibi Mawwaz)
()
Kariga: Maġġur Ġeneral;
Data tat-twelid: 4.6.1954;
Sess: raġel
Għandu l-grad ta’ Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli fid-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili tal-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011.
Bħala uffiċjal għoli tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu ta’ missili u armi kimiċi mill-Brigati taħt il-kmand tiegħu f’żoni ċivili b’densità għolja ta’ popolazzjoni f’Ghouta fl-2013.
28.10.2016
210.
Tahir (
) Hamid (
) KHALIL (
) (magħruf ukoll bħala Tahir Hamid Khali; Khalil Tahir Hamid)
Kariga: Maġġur Ġeneral;
Data tat-twelid: 3.7.1955;
Sess: raġel
Għandu l-grad ta’ Maġġur Ġeneral, Kap tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili tal-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Bħala uffiċjal għoli tad-Direttorat Sirjan tal-Artillerija u l-Missili, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu ta’ missili u armi kimiċi mill-Brigati taħt il-kmand tiegħu f’żoni ċivili b’densità għolja ta’ popolazzjoni f’Ghouta fl-2013.
28.10.2016
211.
Hilal HILAL (magħruf ukoll bħala Hilal al-Hilal) (
)
Data tat-twelid: 30.6.1966;
Sess: raġel
Membru tal-milizzji affiljati mar-reġim magħrufin bħala ‘Kataeb al-Baath’ (il-milizzja tal-Partit Baath). Viċi President tal-Partit Baath. Jappoġġa r-reġim Sirjan permezz tar-rwol tiegħu fir-reklutaġġ u l-organizzazzjoni tal-milizzja tal-Partit Baath.
28.10.2016
213.
Bishr AL-SABBAN
(magħruf ukoll bħala Mohammed Bishr al-Sabban; Bishr Mazin al-Sabban)
Data tat-twelid: 18.3.1966;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Eks Gvernatur ta’ Damasku, li nħatar mill-President Bashar al-Assad u hu assoċjat miegħul-. Jappoġġa lir-reġim Sirjan u huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż it-twettiq ta’ prattiki diskriminatorji kontra komunitajiet Sunniti fil-belt kapitali.
28.10.2016
218.
Hussein MAKHLOUF
(magħruf ukoll bħala Makhluf)
()
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Lattakia, Syria;
Sess: raġel
Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma minn Diċembru 2023. Eks Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali u l-Ambjent.
Eks Gvernatur tal-Gvernorat ta’ Damasku.
Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
Kuġin ta’ Rami Makhlouf.
14.11.2016
219.
Ali AL-ZAFIR
()
Data tat-twelid: 15.5.1962;
Post tat-twelid: Tartus, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
221.
Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez TOURJMAN (magħruf ukoll bħala Tourjuman)
()
Data tat-twelid: 19.4.1966;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Informazzjoni. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
223.
Ali HAMOUD
(magħruf ukoll bħala Hammoud)
()
Data tat-twelid: 15.9.1964;
Post tat-twelid: Tartus, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għat-Trasport.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
225.
Maamoun (magħruf ukoll bħala Ma’moun) HAMDAN
()
Data tat-twelid: 27.7.1958;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Finanzi.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
230.
Salwa ABDULLAH
()
Data tat-twelid: 1953;
Post tat-twelid: Quneitra, Syria;
Sess: mara
Eks Ministru għall-Affarijiet Soċjali u x-Xogħol.
Eks Ministru tal-Istat.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
14.11.2016
234.
Duraid DURGHAM
Data tat-twelid: 27.12.1964;
Sess: raġel
Eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.
Kien responsabbli għall-għoti ta’ appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat.
Għandu l-grad ta’ Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tat-63 Brigata tal-Forza tal-Ajru Għarbija Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.
Jopera fis-settur tal-proliferazzjoni ta’ armi kimiċi u, bħala Kmandant tat-63 Brigata matul il-perijodu investigat mill-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Konġunt, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili permezz tal-użu ta’ armi kimiċi mit-63 Brigata f’Talmenes (21.4.2014), Qmenas (16.3.2015) u Sarmin (16.3.2015).
21.3.2017
240.
Mohammad Samer Abdelrahman AL-KHALIL
Data tat-twelid: 31.12.1977;
Sess: raġel
Ministru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani. Inħatar f’Marzu 2017.
30.5.2017
246.
Malik HASAN
(magħruf ukoll bħala: Malek Hassan)
()
Grad: Maġġur Ġeneral;
Data tat-twelid: 1.1.1959;
Sess: raġel
Jokkupa l-grad ta’ Maġġur Ġeneral, uffiċjal għoli u Kmandant tat-22 Diviżjoni tal-Forza tal-Ajru Sirjana, fil-kariga wara Mejju 2011.
Bħala uffiċjal għoli tal-Forza tal-Ajru Sirjana u fil-katina tal-kmand tat-22 Diviżjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, inkluż l-użu ta’ armi kimiċi minn inġenji tal-ajru li joperaw minn bażijiet tal-ajru taħt il-kontroll tat-22 Diviżjoni, bħall-attakk fuq Talmenas li, kif irrapportat mill-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Konġunt stabbilit min-Nazzjonijiet Uniti twettaq minn ħelikopters tar-reġim ibbażati fil-mitjar ta’ Hama.
18.7.2017
268.
Ghassan Ahmed GHANNAM
(magħruf ukoll bħala Maġġur Ġeneral Ghassan Ghannan, Brigadier Ġeneral Ghassan Ahmad Ghanem)
Data tat-twelid: 2.2.1957;
Grad: Maġġur Ġeneral;
Kariga: Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili;
Sess: raġel
Membru tal-Forzi Armati Sirjani fil-grad ta’ Kurunell u l-grad ekwivalenti jew ogħla fil-kariga wara Mejju 2011. Maġġur Ġeneral u Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili. Assoċjat ma’ Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu fil-155 Brigata tal-Missili. Bħala Kmandant tal-155 Brigata tal-Missili, huwa qed jappoġġa lir-reġim Sirjan u hu responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili. Huwa responsabbli għall-isparar ta’ missili scud lejn diversi postijiet ċivili bejn Jannar u Marzu 2013.
21.10.2014
271.
Khaled AL-ZUBAIDI
(magħruf ukoll bħala (Mohammed) Khaled/Khalid (Bassam) (al-) Zubaidi/Zubedi
(خالد الزبيدي)
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: Koproprjetarju ta’ Zubaidi u Qalei LLC; Direttur ta’ Agar Investment Company; Maniġer Ġenerali ta’ Al Zubaidi Company u Al Zubaidi & Al Taweet Contracting Company; Direttur u Sid ta’ Zubaidi Development Company; koproprjetarju ta’ Enjaz Investment Company;
Data tat-twelid: 10.4.1976;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fl-industrija tal-kostruzzjoni, inkluż sehem ta’ 50 % f’Zubaidi and Qalei LLC, li qed tibni l-belt turistika lussuża Grand Town u li għaliha r-reġim ta ftehim ta’ 45 sena għal 19-21 % tad-dħul tagħha. Khaled al-Zubaidi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah permezz tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ dan is-sehem fl-iżvilupp ta’ Grand Town.
Khaled al-Zubaidi ffirma sponsorizzazzjoni (b’valur ta’ USD 350 000 ) ma’ klabb tal-futbol Sirjan ‘Wihda FC’ permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu ‘Hijaz Company’. Membru tal-Federation of Syrian Chambers of Tourism (Federazzjoni tal-Kmamar tat-Turiżmu Sirjani) mill-2019. President tas-Syrian-Algerian Business Council (Kunsill tan-Negozju Sirjan-Alġerin).
21.1.2019
275.
Il-Maġġur Ġeneral Mohammad Khaled AL-RAHMOUN
Data tat-twelid: 1.4.1957;
Post tat-twelid: Idleb, Syria;
Sess: raġel
Ministru għall-Intern.
Maħtur f’Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
276.
Mohammad Rami Radwan MARTINI
Data tat-twelid: 31.8.1970;
Post tat-twelid: Aleppo, Syria;
Sess: raġel
Ministru għat-Turiżmu.
Maħtur f’Novembru 2018.
Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
4.3.2019
282.
Anas TALAS
(magħruf ukoll bħala : Anas Talous/Tals/Tuls/Tlass)
Data tat-twelid: 25.3.1975;
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: President ta’ Talas Group;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’interessi u attivitajiet f’bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Permezz tal-attivitajiet ta’ negozju u l-investimenti tiegħu, Anas Talas jibbenefika wkoll mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. Fl-2018 it-Talas Group, ippresedut minn Anas Talas, daħal f’impriża konġunta ta’ SYP 23 biljun ma’ Damascus Cham Holding għall-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim.
21.1.2019
284.
Mazin AL-TARAZI
(magħruf ukoll bħala : Mazen al-Tarazi)
(مازن الترزي)
Data tat-twelid: 1.9.1962;
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: Negozjant;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b’investimenti sinifikanti fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-avjazzjoni. Permezz tal-investimenti u l-attivitajiet tiegħu, Mazin al-Tarazi jibbenefika mir-reġim Sirjan u/jew jappoġġah. B’mod partikolari, Mazin al-Tarazi kkonkluda ftehim ma’ Damascus Cham Holdings għal investiment ta’ USD 320 miljun fil-kostruzzjoni ta’ Marota City, żvilupp residenzjali u kummerċjali ta’ lussu appoġġat mir-reġim. Huwa ingħata wkoll liċenzja għal linja tal-ajru privata fis-Sirja. F’Settembru 2019, huwa ħoloq ‘al-Dana Group Investments LLC’, kumpanija ta’SYP 25 miljun involuta fl-esportazzjoni u l-importazzjoni u fl-investiment f’faċilitajiet turistiċi u kumplessi kummerċjali. Mazin Al-Tarazi huwa membru tas-Syrian-Iranian Business Council (SIBC) u serva bħala intermedjarju għar-reġim Iranjan biex jixtri proprjetà immobbli fis-Sirja.
21.1.2019
287.
Hussam AL QATARJI
(magħruf ukoll bħala Hussam/Hossam Ahmed/Mohammed/Muhammad al-Katerji)
(حسام القطرجي)
Data tat-twelid: 1.1.1982;
Post tat-twelid: Raqqa, Syria;
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: CEO ta’ Katerji Group (magħrufa wkoll bħala Al Qatarji, Al Qatarji Company/Qatirji Company/Khatirji Group/Katerji International Group);
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, li huwa wkoll Membru tal-Parlament Sirjan. Al Qatarji jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan billi jippermetti u japprofitta minn ftehimiet kummerċjali mar-reġim fir-rigward taż-żejt u tal-qamħ.
Hussam Al Qatarji, flimkien mal-familja tiegħu, kiseb liċenzja biex joħloq bank ġdid, in-National Islamic Bank. Huma akkwistaw ukoll impjant tas-siment ġdid mill-gvern, permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tagħhom, Nabd Contracting and Construction. Huma espandew ukoll fis-settur tat-turiżmu u ħolqu Arman Hotel and Tourist Management LLC. Huma daħlu wkoll f’impriża konġunta mal-ministeru tat-turiżmu ‘Bere Aleppo Private JSC’. Hussam Al Qatarjiu l-familja tiegħu jmexxu wkoll milizzja f’Aleppo. F’Ottubru 2021, il-BS Company for Oil Services ta’ Qaterji ffirmat ftehim mar-reġim għall-provvista ta’ fjuwil fl-istazzjonijiet tal-gass f’żoni miżmuma mir-reġim.
21.1.2019
290.
Waseem AL-KATTAN
(وسيم القطان)
(magħruf ukoll bħala Waseem, Wasseem, Wassim, Wasim; Anouar; al-Kattan, al-Katan, al-Qattan, al-Qatan; وسيم قطان, وسيم أنوار القطان)
Data tat-twelid: 20.6.1976;
Nazzjonalità: Sirjana;
Numru tal-Identità Nazzjonali Sirjan: 10090110187
Kariga: President tad-Damascus Countryside (Rural) Province Chamber of Commerce;
Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:
Larosa Furniture/Furnishing; Jasmine Fields Company Ltd.; Muruj Cham (Murooj al-Cham) Investment and Tourism Group; Adam and Investment LLC; Universal Market Company LLC; Teżorier tal-Federation of Syrian Chambers of Commerce;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja li jibbenefika mir-reġim u jappoġġah. Sid ta’ għadd ta’ negozji u kumpaniji azzjonarji b’interessi u attivitajiet f’diversi setturi ekonomiċi bħall-proprjetà immobbli, l-industrija tal-lukandi lussużi, u ċentri kummerċjali. Wasseem al-Kattan laħaq malajr negozjant prominenti billi impona taxxi fuq oġġetti li ddaħħlu b’kuntrabandu fil-Lvant ta’ Ghouta meta kien taħt assedju, u issa huwa involut f’forom aggressivi ta’ klijenteliżmu għall-benefiċċju tar-reġim. Wasseem al-Kattan jibbenefika finanzjarjament minn aċċess preferut għal offerti pubbliċi kif ukoll għal liċenzji u kuntratti mogħtija minn aġenziji tal-gvern minħabba r-rabtiet mill-qrib tiegħu mar-reġim.
Fl-2020, Al-Kattan ġie elett membru tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Damasku. F’Novembru 2021, Al-Kattan inħatar segretarju tal-Federation of Syrian chambers of commerce (Federazzjoni tal-kmamar tal-kummerċ Sirjani) mill-Gvern Sirjan, minkejja li tilef l-elezzjonijiet. Fl-2022, Al-Kattan inħatar President tas-Syrian-Omani Business Council (Kunsill tan-Negozju Sirjan-Omani).
17.2.2020
292.
Saqr RUSTOM
(magħruf ukoll bħala Saqr, Saqer; As’ad, Asaad, Asad; al-Rustom, al-Rostom; صقررستم, صقرأسعدالرستم)
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: Kap tal-Forza tad-Difiża Nazzjonali f’Homs;
Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet: Damas Real Estate Development and Investment LLC;
Data tat-twelid: 4.12.1947;
Sess: raġel
Kap tal-fergħa lokali tal-Forza tad-Difiża Nazzjonali f’Homs (milizzja tar-reġim – Shabiha). Responsabbli għall-parteċipazzjoni tagħha fir-ripressjoni brutali kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. Permezz tal-milizzja tiegħu, Saqr Rustom huwa responsabbli għal għadd ta’ skemi li jagħmlu profitt mill-gwerra u għalhekk qed jibbenefika mir-reġim Sirjan u qed jappoġġah. Assoċjat mal-persuna deżinjata Bassam Hassan, zijuh, li miegħu stabbilixxa d-Damas Real Estate Development and Investment LLC sabiex jinvesti fi proġetti ta’ proprjetà immobbli.
17.2.2020
294.
Khodr Ali TAHER
(magħruf ukoll bħala خضر علي طاهر)
Data tat-twelid: 15.5.1976;
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: Direttur u sid ta’ Ella Media Services; sieħeb fundatur ta’ Castle Security and Protection u ta’ Jasmine Contracting Company; President u sieħeb fundatur ta’ Syrian Hotel Management Company; Maniġer u sid ta’ Ematel;
Qraba/soċji kummerċjali/entitajiet jew sħab/konnessjonijiet:
Citadel for Protection; Guard and Security Services (Castle Security and Protection); Ematel LLC (Ematel Communications); Syrian Hotel Management Company; Jasmine Contracting Company;
Sess: raġel
Negozjant prominenti li jopera f’diversi setturi tal-ekonomija Sirjana, inkluż is-sigurtà privata, il-bejgħ bl-imnut tat-telefowns ċellulari, il-ġestjoni tal-lukandi, is-servizzi ta’ reklamar, it-trasferiment domestiku tal-flus, xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku.
Jappoġġa u jibbenefika mir-reġim Sirjan permezz ta’ kooperazzjoni fl-attivitajiet tiegħu ta’ negozju u l-involviment tiegħu f’attivitajiet ta’ kuntrabandu u ta’ profitti illegali. Khodr Ali Taher huwa s-sid ta’ għadd ta’ kumpaniji u huwa kofondatur ta’ oħrajn. L-involviment tiegħu f’negozjati kummerċjali mar-reġim jinkludi li daħal f’impriża konġunta mas-Syrian Transport and Tourism Company, li l-Ministeru għat-Turiżmu għandu sehem ta’ żewġ terzi minnha.
17.2.2020
295.
Adel Anwar AL-OLABI
(magħruf ukoll bħala Adel Anouar el-Oulabi, Adil Anwar al-Olabi)
(عادل أنور العلبي)
Data tat-twelid: 10.1.1976;
Nazzjonalità: Sirjana;
Kariga: President ta’ Damascus Cham Holding Company (DCHC); Gvernatur ta’ Damasku;
Sess: raġel
Negozjant ewlieni li jibbenefika mir-reġim Sirjan u jappoġġah. President ta’ Damascus Cham Holding Company (DCHC), il-fergħa tal-investiment tal-Provinċja ta’ Damasku li tiġġestixxi l-proprjetajiet tal-Provinċja ta’ Damasku u li timplimenta l-proġett tal-Belt ta’ Marota.
Adel Anwar al-Obiki huwa wkoll il-Gvernatur ta’ Damasku, maħtur mill-President Bashar Al-Assad f’Novembru 2018. Bħala Gvernatur ta’ Damasku u President ta’ DCHC, huwa responsabbli għal sforzi biex jiġu implimentati l-politiki tar-reġim ta’ żviluppar ta’ art esproprjata f’Damasku (inkluż id-Digriet Nru 66 u l-Liġi Nru 10), l-aktar permezz tal-proġett tal-Belt ta’ Marota.
17.2.2020
298.
Darem TABA’A
(دارم طباع)
Data tat-twelid: 7.4.1958;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Edukazzjoni. Maħtur f’Awwissu 2020.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2020
300.
Tammam RA’AD (magħruf ukoll bħala Tamam, Raad)
(تمام رعد)
Data tat-twelid: 1965;
Post tat-twelid: Al-Qusayr, Syria; jew Homs, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma/Idrawliċi.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
16.10.2020
303.
Bassam TOU’MA (magħruf ukoll bħala TU’MA)
(بسام طعمة)
Data tat-twelid: 1969
Post tat-twelid: Safita, Syria
Sess: raġel
Eks Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
6.11.2020
305.
Ziyad SABBAGH
(زياد صباغ)
Data tat-twelid: 1960
Post tat-twelid: Aleppo, Syria
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Industrija.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
6.11.2020
308.
Mohamad (magħruf ukoll bħala Mohammad) Fayez BARCHA (magħruf ukoll bħala BARSHA, AL-BARASHA)
(محمد فايز برشة)
Data tat-twelid: 1955
Post tat-twelid: Damascus, Syria
Sess: raġel
Eks Ministru tal-Istat.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
6.11.2020
310.
Mohammad Samir HADDAD
(محمد سمير حداد)
Data tat-twelid: 1956;
Post tat-twelid: Tartous, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru tal-Istat.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
6.11.2020
312.
Amr SALEM
(عمرو سالم)
Data tat-twelid: Jannar 1958.
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Sess: raġel
Eks Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.
15.11.2021
318.
Hala Tarif ALMAGHOUT
هلا طريف الماغوط
Data tat-twelid: 30.6.1980.
Sess: mara
Armla ta’ Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.
21.2.2022
322.
Sara Mohammed MAKHLOUF
ساره محمد مخلوف
Data tat-twelid: 2.9.1980;
Sess: mara
Bint Mohammed Makhlouf. Membru tal-familja Makhlouf.
21.2.2022
329.
Mudar Rifaat AL-ASSAD
magħruf ukoll bħala ‘Rifa’at’
مضر رفعت الأسد
Data tat-twelid: 12.2.1964;
Post tat-twelid: Syria;
Nazzjonalità: Sirjana;
Sess: raġel
Mudar Rifaat al-Assad huwa l-kuġin ta’ Bashar al-Assad; Huwa għalhekk membru tal-familja Assad.
24.4.2023
335.
Taher AL-KAYALI
طاهر الكيالي
Data tat-twelid: 11.7.1960;
Nazzjonalità: Sirjana;
Sess: raġel
Taher Al-Kayali huwa negozjant Sirjan li għandu diversi kumpaniji fosthom Neptunus LLC.
Permezz tal-kumpaniji tiegħu, huwa involut fil-produzzjoni u fit-traffikar ta’ Captagon, speċjalment f’termini ta’ trasport mill-port ta’ Latakia. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
336.
Imad Abu ZUREIQ
Emad Abu ZURAIQ
Imad Abu ZREIK
عماد أبو زريق
Data tat-twelid: 9.2.1979;
Post tat-twelid: Nasib, Daraa (Syria);
Nazzjonalità: Sirjana;
Post suspettat: Daraa, Syria;
Sess: raġel
Imad Abu Zureiq huwa membru ewlieni ta’ milizzja affiljata mar-reġim fil-Lbiċ tas-Sirja li tirrapporta direttament lill-fergħa tas-Sigurtà Militari tar-reġim Sirjan.
Bħalissa l-milizzja tiegħu tapprofitta mill-ekonomija tal-gwerra, inkluż it-traffikar ta’ Captagon. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
338.
Hassan Muhammad DAQQOU
حسن محمد دقو
Data tat-twelid: 17.1.1978;
Post tat-twelid: Tfail, Lebanon;
Nazzjonalità: Sirjana/Libaniża;
Sess: raġel
Hassan Muhammad Daqqou għandu rabtiet mill-qrib mar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Sirjana. Daqqou stabbilixxa network wiesa’ tat-traffikar tad-droga fil-Libanu u fis-Sirja u bena impjanti tal-manifattura ta’ Captagon qrib il-fruntiera Sirjana-Libaniża. Il-kummerċ ta’ Captagon sar mudell ta’ negozju mmexxi mir-reġim, li jarrikkixxi ċ-ċirku intern tar-reġim u jifforma l-ankra ta’ salvataġġ tiegħu. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
339.
Jihad BARAKAT
جهاد بركات
Data tat-twelid: 4.3.1964;
Post tat-twelid: Qardahah/Syria;
Nazzjonalità: Sirjana;
Sess: raġel
Jihad Barakat huwa, permezz taż-żwieġ, assoċjat mal-familja Assad.
Huwa wkoll mexxej ta’ milizzja affiljata mar-reġim u għad għandu funzjonijiet differenti militari u ta’ intelligence għar-reġim.
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Mohammad al-Maliki – محمد المالكي
Sess: raġel
Osama al-Maliki huwa sid maġġoritarju ta’ Al-Jabal Security and Protection LLC. Al-Jabal Security and Protection LLC taġixxi bħala kumpannija fittizja biex tippermetti li jitkomplew l-attivitajiet tal-milizzja Saraya al-Areen 313, milizzja affiljata mar-reġim. Għalhekk, Osama al-Maliki jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
348.
Ahmad Ali TAHER
احمد علي طاهر
Data tat-twelid: 1.1.1982;
Nazzjonalità: Sirjana;
Indirizz: Damascus, Mazze, Western Villas, Saraya 36 Building, 3rd Floor;
Individwi assoċjati: Ħuh: Khodr Taher;
Entitajiet assoċjati: Castle Security and Protection LLC;
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Ali Taher;
Sess: raġel
Ahmad Ali Taher għandu ishma f’Castle Security and Protection LLC, li topera bħala kumpannija fittizja għar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana, immexxija minn Maher al-Assad. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
350.
Osama RAMADAN
magħruf ukoll bħala Usama
أسامة رمضان
Data tat-twelid: 19.12.1973;
Nazzjonalità: Sirjana;
Indirizz: Damascus, Mazze, Western Villas, Saraya 36 Building, 3rd Floor;
Soċju tan-Negozju: Ahmad Ali Taher;
Entitajiet assoċjati: Castle Security and Protection LLC;
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Missier: Hassan Ramadan;
Sess: raġel
Osama Ramadan għandu ishma f’Castle Security and Protection LLC, li topera bħala kumpannija fittizja għar-Raba’ Diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana, immexxija mill-Maher al-Assad. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
351.
Ali Mhanna SULEIMAN
علي مهنا سليمان
Data tat-twelid: 2.3.1987;
Post tat-twelid: Al-Raml, Kherbet Maaza, Tartus, Syria;
Nazzjonalità: Sirjana;
Indirizz: Tartus, Khirbit Maaza, 36th Estate, Ghaya Estate Area;
Numru tal-Identità Nazzjonali: 10040018920;
Isem il-missier: Mhanna;
Isem l-omm: Insaf;
Sess: raġel
Ali Suleiman kien il-mexxej tas-Sahab Regiment, diviżjoni tal-Armata Għarbija Sirjana magħrufa bħala ‘Tiger Forces’. Huwa assoċjat mill-qrib ma’ Suhayl Hassan. Huwa kien involut fil-finanzjament tar-reġim, inkluż permezz tal-kuntrabandu tal-fjuwil. Huwa jibbenefika wkoll mill-assoċjazzjoni tiegħu mar-reġim, bħal pereżempju minn opportunitajiet fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Huwa għalhekk jibbenefika mir-reġim u jappoġġah.
24.4.2023
354.
Yasser Hussein Ibrahim
magħruf ukoll bħala Yassar Hussein Ibrahim
يسار حسين إبراهيم
Data tat-twelid: 9.4.1983;
Post tat-twelid: Damascus, Syria;
Nazzjonalità: Sirjana;
Sess: raġel
Yasser Ibrahim huwa konsulent ekonomiku ta’ Bashar al-Assad u jaġixxi fil-kunsill ekonomiku mmexxi minn Asma al-Assad. Flimkien ma’ Ali Najib Ibrahim huwa jopera għadd ta’ kumpaniji fittizji, u jaġixxi bħala faċċata għall-attivitajiet kummerċjali ta’ Bashar Al-Assad u Asma Al-Assad. Għalhekk, Yasser Ibrahim qed jibbenefika mir-reġim Sirjan u qed jappoġġah.
22.1.2024”
(2)
fit-Taqsima B “(Entitajiet)”, l-entrata 95 hija sostitwita b’dan li ġej:
Isem
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
Raġunijiet
Data tal-elenkar
“95.
Al-Aqila Company
(magħrufa wkoll bħala al-Akila/Al-Aqeela Insurance Company)
Post ta’ reġistrazzjoni: Damascus, Syria;
Data tar-reġistrazzjoni: 2007;
Post prinċipali tan-negozju: Syria
Al-Aqila hija kumpanija tal-assigurazzjoni fis-Sirja. Il-kumpanija hija proprjetà ta’ negozjanti assoċjati mar-reġim Sirjan, bħal Aji Najib Ibrahim, u hija operata minnhom.
Għaldaqstant, Al-Aqila Company qed tappoġġa lir-reġim Sirjan u tibbenefika minnu.