European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/367

21.2.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/367

tal-25 ta’ Novembru 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għad-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/29

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, stabbilit fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2019/1700, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-Semestru Ewropew (2) u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (3), b’mod partikolari dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Jipprovdi wkoll informazzjoni għal diversi politiki oħra tal-Unjoni relatati mal-kundizzjonijiet tal-għajxien u mal-faqar.

(2)

Is-suġġett tad-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid għandu importanza ewlenija, speċjalment għat-tqabbil statistiku tad-data bejn id-dominju tal-introjtu u l-kundizzjoni tal-għajxien u d-dominju tal-konsum, u jipprovdi informazzjoni dwar il-benesseri materjali li ma tistax tinkiseb mill-ġbir tad-data biss, u jkunu jistgħu jimtlew il-lakuni għat-tfassil tal-politika. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika l-għadd u t-titlu tal-varjabbli għad-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid.

(3)

Biex ikun żgurat li tiġi ssodisfata t-talba ta’ politika għal statistika aħjar dwar il-faqar enerġetiku, hemm bżonn kbir li jinġabru varjabbli dwar l-enerġija (sorsi tal-enerġija użati mill-unitajiet domestiċi u l-kost tal-enerġija) u għalhekk jeħtieġ jiġi emendat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/29 (4).

(4)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2019/1700, l-għadd tal-varjabbli li jridu jinġabru ma għandux jaqbeż b’aktar minn 5% l-għadd tal-varjabbli miġbura għad-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-għadd u t-titlu tal-varjabbli fir-rigward ta’ “dejn eċċessiv, konsum u ġid” fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2022/29 hu emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1700/oj.

(2)  Is-Semestru Ewropew hu l-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi u soċjali.

(3)   ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/29 tat-28 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika n-numru u t-titlu tal-varjabbli fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien fis-Suq tax-xogħol u l-abitazzjoni, it-Trażmissjoni interġenerazzjonali tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi, id-Diffikultajiet ta’ abitazzjoni, u s-suġġett ad hoc tal-2023 dwar l-Effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi (ĠU L 7, 12.1.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/29/oj).


ANNESS I

Għadd u titli tal-varjabbli għall-modulu ta’ kull sitt snin dwar id-dejn eċċessiv, il-konsum u l-ġid fid-dominju tal-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien.

Sett tal-varjabbli

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Dejn eċċessiv, konsum u ġid

Dejn eċċessiv, inkluż ir-raġunijiet

(14-il varjabbli miġbura)

HI022

Arretrati fuq kontijiet li mhumiex tal-akkomodazzjoni

HI090

Għadd ta’ selfiet (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija)

HI101

Self fuq proprjetà (inkluż għamara tad-dar, apparati u tiżjin ta’ ġewwa, u għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija)

HI102

Karozza, mutur, karavan, vann, rota jew mezzi oħra tat-trasport

HI103

Self għall-kura tas-saħħa

HI104

Self għall-edukazzjoni

HI105

Self għall-ispejjeż ta’ kuljum

HI106

Self għal skopijiet oħra (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija)

HI120

Ammont dovut tal-aħħar xahar fuq self (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija)

HI111

Self (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija) mingħand bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra (bħal unjoni tal-kreditu, fornitur tal-mikrokreditu)

HI112

Self (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija) mingħand kumpanija tas-self payday jew sensar pawnbroker/sarraf tal-flus kontanti

HI113

Self (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija) mingħand sorsi privati (bħall-familja u l-ħbieb)

HI114

Self (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija) bi skema ta’ ħlas aktar tard jew ta’ kreditu mingħand tal-ħanut/xiri bin-nifs mingħand il-bejjiegħ

HI115

Self (għajr is-self ipotekarju għax-xiri tar-residenza ewlenija) mingħand sorsi oħra

Konsum

(5 varjabbli miġbura)

HC310

Ikel jew xorb fid-dar

HC320

Ikel jew xorb barra mid-dar

HC330

Trasport pubbliku

HC340

Trasport privat

HC350

Tfaddil (f’xahar tipiku)

Ġid, inkluż is-sjieda ta’ abitazzjoni

(4 varjabbli miġbura)

HV010

Valur tar-residenza ewlenija

HV070

Total pendenti mis-self ipotekarju għar-residenza ewlenija

HV020

Pussess ta’ proprjetà immobbli apparti r-residenza ewlenija

HV080

Ħila li żżomm l-istess livell ta’ għejxien bil-flus imfaddla

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persuna nnifisha

(varjabbli wieħed (1))

HS130

L-anqas introjtu fix-xahar biex tlaħħaq mal-ħajja


ANNESS II

Fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2022/29, is-sett tal-varjabbli dwar is-suq tax-xogħol u l-akkomodazzjoni huwa sostitwit bis-sett tal-varjabbli li ġej:

“Sett tal-varjabbli

Suġġett dettaljat

Identifikatur tal-varjabbli

Isem il-varjabbli

Suq tax-xogħol u akkomodazzjoni

Karatteristiċi tal-post tax-xogħol

(4 varjabbli miġbura)

PL230

Settur tal-impjiegi pubbliċi/privati

PW100

Sodisfazzjon tal-impjieg

PL260

Sigħat maħduma normalment fil-ġimgħa

PL130

Daqs tal-unità lokali għall-impjieg ewlieni

Status fl-impjieg

(2 varjabbli miġbura)

PL120

Raġuni biex taħdem inqas minn 30 siegħa

PL280

Tul tar-reġistrazzjoni tal-qgħad

Livell edukattiv milħuq - dettalji, inkluż edukazzjoni interrotta jew abbandunata

(2 varjabbli miġbura)

PE030

Sena meta nkiseb l-ogħla livell fl-edukazzjoni

PE050

Edukazzjoni interrotta jew abbandunata

Dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni, inkluż privazzjoni u kera imputata

(14-il varjabbli miġbura) 12-il varjabbli obbligatorji, 2 varjabbli fakultattivi)

HS160

Problemi bl-abitazzjoni: mudlama wisq, m’hemmx biżżejjed dawl

HS170

Storbju mill-ġirien jew mit-triq

HC020

Daqs tal-abitazzjoni f’metri kwadri

HC001

Sistema tat-tisħin użata

HC002

Sors ewlieni tal-enerġija

HC007

Kost totali tal-enerġija

HC080

Sodisfazzjon ġenerali bl-abitazzjoni

HY030

Kera imputata

HH040

Saqaf joqtor, il-ħitan/art/pedamenti umdi, jew oqfsa tat-twieqi jew pavimenti jitmermru

HS140

Piż finanzjarju tal-kost totali tal-akkomodazzjoni

HS180

Tniġġis, ħmieġ jew problemi ambjentali oħra

HS190

Kriminalità, vjolenza jew vandaliżmu fiż-żona

HH081

Banju jew doċċa fl-abitazzjoni (FAKULTATTIV)

HH091

Tojlit bil-flaxing fl-abitazzjoni għall-użu esklużiv tal-unità domestika (FAKULTATTIV)”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/367/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)