Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 4, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 3) - Dwar ilma domestiku mormi eliminat minn tankijiet settiċi - Skart mhux kopert minn leġiżlazzjoni oħra.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx, ħlief fil-kontea ta’ Cavan, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4 u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta’ Marzu 1991, f’dak li jirrigwarda ilma domestiku mormi eliminat minn tankijiet settiċi fil-kampanja u minn sistemi individwali oħra ta’ trattament tal-ilma, l-Irlanda naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2) L-Irlanda hija kkundannata għal tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.