|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1857 |
28.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1857
tas-27 ta’ Lulju 2026
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ alkoħol benżiliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-alkoħol benżiliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż konċernat”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. |
|
(2) |
Dan seħħ wara ilment fl-10 ta’ Novembru 2025 ta’ Lanxess Deutschland GmbH, Lanxess Chemical B.V. u Vynova Advanced Organics Maastricht B.V. (“l-ilmentaturi”) f’isem l-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
Il-bidu tal-investigazzjoni kien ġustifikat mill-evidenza ta’ dumping kif ukoll mid-dannu materjali li rriżulta li tressqet fl-ilment, kif inhu spjegat fin-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-bidu”). |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(4) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/362 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”). |
1.3. Partijiet interessati
|
(5) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Għarrfet speċifikament lill-ilmentaturi, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lil partijiet ikkonċernati magħrufa oħrajn - fosthom lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti u stednithom jipparteċipaw. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw, u biex jitolbu li ssir seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti ta’ kummerċ. |
1.4. Kampjunar
|
(6) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(7) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni għarrfet lill-parijiet interessati li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-kampjun intgħażel abbażi tar-rappreżentattività f’termini tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ Ottubru 2024 u t-30 ta’ Settembru 2025. Dan il-kampjun kien magħmul minn żewġ produtturi tal-Unjoni, li kienu jirrappreżentaw aktar minn 95 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni ta’ prodott simili fl-Unjoni u aktar minn 95 % tal-bejgħ fl-Unjoni. Il-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma tressaq l-ebda kumment. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(8) |
Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx neċessarju, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(9) |
L-ebda importatur mhux relatat ma ta l-formoli tal-kampjunar mimlija kif xieraq sal-iskadenza stabbilita. Għaldaqstant il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. Madankollu, il-Kummissjoni stiednet importatur mhux relatat li kien ressaq formola tal-kampjunar mhux mimlija għalkollox, Fenchem Biochemie GmbH, biex jimla l-kwestjonarju maħsub għall-importaturi mhux relatati tal-prodott taħt investigazzjoni. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi
|
(10) |
Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx meħtieġ, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(11) |
Ħames produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, li jirrappreżenta madwar 90 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat, li jista’ jiġi investigat raġonevolment fil-perjodu ta’ żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun li ntgħażel. |
1.5. Eżami individwali
|
(12) |
Produttur esportatur fiċ-Ċina talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. F'dan l-stadju tal-investigazzjoni u fid-dawl tax-xogħol addizzjonali marbut mal-valutazzjoni ta’ talbiet għal eżami individwali, li jista’ jwassal biex l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni ma jitlestiex fil-ħin, il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni dwar it-talba għal eżami individwali. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi jekk tagħmilx eżami individwali fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(13) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-GTĊ”). |
|
(14) |
Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kif tħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni stiednet liż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-importaturi mhux relatat li għamel lilu nnifsu magħruf u liż-żewġ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li kienu kkonċernati mill-mili tal-kwestjonarji, li saru disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. Il-Kummissjoni ħejjiet kwestjonarju addizzjonali lill-applikant bil-għan li tiġbor data dwar il-makroindikaturi. |
|
(16) |
Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, importatur mhux relatat fl-Unjoni, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u r-rappreżentant legali tal-industrija tal-Unjoni bagħtu t-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. |
|
(17) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin jew fejn iżommu r-rekords kontabilistiċi:
|
|
(18) |
It-tweġiba għall-kwestjonarju dwar il-makroindikaturi ppreżentata f’isem l-industrija tal-Unjoni ġiet ivverifikata fil-bini tar-rappreżentant legali tagħha fi Brussell, il-Belġju. |
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(19) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Settembru 2025 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(20) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa l-alkoħol benżiliku (magħruf ukoll bħala fenilmetanol, benżenmetanol, fenilkarbinol u idrossitoluwen), alkoħol aromatiku, li normalment jaqa’ taħt in-numru tas-Servizzi tal-Astratt tas-Sustanzi Kimiċi (CAS) 100–51–6 u n-Numru tad-Dwana u l-Istatistika (CUS) 0011660–9, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2906 21 00 (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(21) |
L-alkoħol benżiliku jista’ jiġi prodott permezz ta’ żewġ proċessi ewlenin: permezz tal-klorinazzjoni mit-toluwen (il-metodu ewlieni) jew permezz tal-ossidazzjoni bl-arja tat-toluwen. |
|
(22) |
L-alkoħol benżiliku jintuża f’diversi modi. Dawk ewlenin huma bħala solvent u dilwent għar-reżini epossidiċi u l-kisjiet għall-applikazzjonijiet industrijali bażiċi għall-kostruzzjoni. Bħala solvent għat-tindif u għat-tneħħija tal-grass, l-alkoħol benżiliku jinstab ukoll fis-sapun, fid-deterġenti, fix-xampujiet u f’diversi prodotti tat-tindif. Fost l-oħrajn, jintuża wkoll bħala preżervattiv (jiġifieri fil-kożmetiċi, fil-kura personali, fin-nutrizzjoni tal-annimali u fil-prodotti agrokimiċi), bħala eċċipjent fil-mediċini, bħala trasportatur fil-produzzjoni tal-aromatizzanti tal-ikel, bħala addittiv tal-fjuwil fil-gażolina biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-magna u jitnaqqsu l-emissjonijiet, bħala għajnuna għaż-żbigħ tat-tessuti, u bħala prekursur fis-sinteżi kimika (b’mod partikolari fil-manifattura tal-esteri u tal-eteri tal-benżil). |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(23) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. |
2.3. Prodott simili
|
(24) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(25) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(26) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-PRC, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(27) |
Sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni potenzjali tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku, in-Notifika tal-Bidu tal-Kummissjoni talbet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha jipprovdu dettalji dwar l-inputs użati fil-produzzjoni tagħhom. Kien hemm ħames produtturi esportaturi li ssottomettew l-informazzjoni rilevanti. |
|
(28) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GOC. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(29) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ. U l-GTĊ lanqas ma ssottometta l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, fis-16 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li kellha l-ħsieb li tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Ma wasal l-ebda kumment mill-GTĊ wara din in-notifika. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 biex tiġi ddeterminata l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) hija kkonfermata. |
|
(30) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini li tiddetermina l-valur normali abbażi tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni f’dak l-istadju, il-pajjiżi terzi rappreżentattivi li jistgħu jkunu xierqa huma, fost l-oħrajn, il-Messiku jew it-Turkija. |
|
(31) |
Fid-9 ta’ Frar 2026, permezz ta’ nota (“l-Ewwel Nota”) il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kkomunikat ukoll li ma hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni fi kwalunkwe pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Il-Kummissjoni bbażat ir-riċerka ulterjuri tagħha fuq pajjiżi li jipproduċu prodotti kimiċi organiċi (ikklassifikati taħt NACE 2014). Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri t-Turkija, il-Messiku, l-Indoneżja, il-Malażja jew il-Brażil bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa u stiednet lill-partijiet kollha jikkummentaw u jressqu pajjiżi alternattivi li jissodisfaw il-kriterji bażiċi skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2 (6a) (a). |
|
(32) |
Fis-27 ta’ April 2026, il-Kummissjoni informat bit-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq ħdax-il produttur fit-Turkija attivi fis-settur tal-manifattura tal-kimiki organiċi, li jaqgħu taħt il-kodiċi NACE 2014 (5). |
|
(33) |
It-Tieni Nota indirizzat ukoll il-kummenti li waslu mill-partijiet interessati dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Il-kummenti pprovduti mill-partijiet huma indirizzati fit-taqsimiet li ġejjin ukoll. |
3.2. Valur normali
|
(34) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(35) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat … li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “kostijiet SG&A”). |
|
(36) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GOC u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(37) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, fost l-oħrajn, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(38) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(39) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(40) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
|
(41) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (6), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll setturi magħżula (bħas-settur kimiku). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport dwar iċ-Ċina tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(42) |
L-ilmentatur qagħad fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport dwar id-distorsjonijiet li hemm fl-industrija Ċiniża tal-alkoħol benżiliku. Dawn id-distorsjonijiet jirriżultaw mill-organizzazzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), li hija bbażata fuq il-kunċett ta’ ekonomija soċjali tas-suq li hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) u tkopri l-aspetti essenzjali kollha tal-Istat. Skont l-ilment, fil-livell ekonomiku, is-CCP jeżerċita kontroll partikolarment strett, li jissarraf fl-importanza kbira tal-Intrapriżi tal-Istat (SOE) fl-ekonomija u fl-ingranaġġ qawwi tas-CCP fuq is-settur privat. L-ilmentatur indika tliet mezzi ewlenin ta’ intervent mill-GTĊ fl-ekonomija Ċiniża: il-kontroll amministrattiv, finanzjarju u regolatorju tal-Istat (7). |
|
(43) |
L-ilmentatur irrefera wkoll għas-sejbiet tal-Kummissjoni f’diversi investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur kimiku fiċ-Ċina, li kkonfermaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward ta’ ċerti esteri tal-fosfat tal-alkil (8). |
|
(44) |
Barra minn hekk, l-ilment fakkar l-elementi li ġejjin li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(45) |
L-ewwel, is-settur tal-alkoħol benżiliku qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni ta’ politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-Istat. |
|
(46) |
L-ilmentatur jargumenta li l-GTĊ jiżgura influwenza qawwija kemm fuq l-SOEs kif ukoll fuq il-kumpaniji privati, speċjalment f’industriji mħeġġa bħas-settur kimiku li jinkludi l-alkoħol benżiliku. Il-GTĊ u s-CCP jeżerċitaw kontroll fuq l-SOEs u jsawru l-istruttura korporattiva u x-xenarju kompetittiv tagħhom sabiex jilħqu għanijiet ekonomiċi strateġiċi, b’mod partikolari, billi jaħtru u jikkontrollaw eżekuttivi ewlenin permezz tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni tas-CCP, u billi jipprovdu lill-SOEs b’aċċess preferenzjali għal inputs importanti (9). |
|
(47) |
Barra minn hekk, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak lokali, il-GTĊ stabbilixxa l-Kummissjonijiet għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (“SASAC”) bil-ħsieb li jirrappreżentaw l-interessi tal-Istat bħala azzjonist fl-SOEs. Barra minn hekk, il-GTĊ adotta l-Liġi dwar l-Assi tal-Istat ta’ Intrapriżi fost miżuri oħra li jagħtu mandat għall-kontroll u għas-sjieda ta’ industriji strateġiċi min-naħa tal-Istat. Barra minn hekk, l-ilment jiddikjara li s- “Sistema ta’ Kreditu Soċjali” ssaħħaħ l-influwenza tal-Partit fuq l-intrapriżi fiċ-Ċina u thedded li tagħmel pressjoni fuq kumpaniji barranin biex jikkonformaw mal-politiki industrijali Ċiniżi rilevanti. L-ilmentatur jargumenta wkoll li bl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”), il-GTĊ jimmira li jirrispetta l-politiki soċjalisti u li jsaħħaħ it-tkabbir ekonomiku. Fir-rigward tal-SOEs, l-FYP għandu l-għan li jibni konnessjoni aktar b’saħħitha bejn il-GTĊ u l-SOEs (10). |
|
(48) |
Skont l-ilment, b’mod partikolari fl-industrija tad-derivattivi tat-toluwen, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda tal-GTĊ. L-SOEs kellhom rwol ċentrali fl-iffaċilitar tal-intervent tal-GTĊ fis-settur kimiku tar-RPĊ. Dawn l-SOEs ikollhom pożizzjoni dominanti fil-katina tal-provvista tal-materja prima upstream, filwaqt li jibbenefikaw minn aċċess privileġġat għar-riżorsi allokati mill-gvern, inklużi l-finanzjament, is-sussidji, id-drittijiet tal-użu tal-art, u forom oħra ta’ appoġġ mill-Istat. Barra minn hekk, l-allinjament mill-qrib tagħhom mal-politika tal-istat u l-influwenza sinifikanti fuq il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gvern ikomplu jikkonsolidaw il-pożizzjoni strateġika tagħhom fl-industrija (11). |
|
(49) |
L-ilment jirreferi għal mill-inqas tliet produtturi tat-toluwen minn fost l-akbar fil-livell dinji, u li huma kollha SOEs Ċiniżi: China Petrochemical Corporation (Grupp SINOPEC), China National Petroleum Corporation (CNPC), u Sinochem Group. Il-GTĊ regolarment jalloka riżorsi finanzjarji lil dawn il-kumpaniji involuti f’distorsjoni tas-swieq tat-toluwen u tal-alkoħol benżiliku (12). |
|
(50) |
Il-kumpaniji privati huma wkoll taħt kontroll mill-qrib tal-GTĊ. L-ilmentatur jiddependi fuq l-eżempju ta’ kumpaniji privati li jipproduċu l-alkoħol benżiliku li ngħataw rati tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu preferenzjali, għotjiet jew sussidji tal-gvern. L-involviment tal-GTĊ fis-suq tal-alkoħol benżiliku jinkludi wkoll il-parteċipazzjoni tal-membri tas-CCP fl-istrutturi tal-governanza korporattiva (13). |
|
(51) |
Abbażi ta’ dan kollu, l-ilmentatur jikkonkludi li, sa ċertu punt sinifikanti, is-suq Ċiniż tal-alkoħol benżiliku huwa moqdi minn intrapriżi li huma soġġetti għas-sjieda tal-GTĊ, għall-appoġġ finanzjarju, għall-kontroll politiku, jew għas-superviżjoni u l-gwida politika. |
|
(52) |
It-tieni, il-preżenza tal-Istat kemm f’SOEs kif ukoll fil-kumpaniji tal-alkoħol benżiliku privati tagħti wkoll il-possibbiltà lill-awtoritajiet biex jinterferixxu fil-prezzijiet u/jew fil-kostijiet. |
|
(53) |
Skont l-ilment, il-GTĊ jippreżerva l-influwenza tiegħu fl-SOEs permezz tal-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs, li hija r-responsabbiltà ewlenija tal-SASAC. Dan jagħmel hekk ukoll billi jinfluwenza ħafna l-produzzjoni ta’ materja prima kritika għall-produzzjoni tal-alkoħol benżiliku, b’mod partikolari t-toluwen (14). |
|
(54) |
Waħda mill-istrateġiji ewlenin tal-GTĊ biex iżomm kontroll fuq l-SOEs hija l-ħatra tal-maniġment tal-persunal, spiss membri tas-CCP. Il-liġi Ċiniża dwar l-SOEs tistabbilixxi b’mod ċar li l-SASAC u l-SACs lokali għandhom is-setgħa li jaħtru l-maniġment tal-SOEs. Barra minn hekk, ir-Regolament SASAC jikkonferma li wieħed mid-dmirijiet tiegħu huwa li “jaħtar jew ineħħi l-persuni responsabbli” tal-SOEs. L-ilmentatur jibbaża fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni fir-Rapport, u jargumenta li dan huwa “sinjal ta’ influwenza sinifikanti mill-Istat meta wieħed iqis l-iskala tal-SOEs u r-rwol dominanti tal-ekonomija tal-Istat fiċ-Ċina”. Din l-influwenza qawwija hija msaħħa aktar mill-fatt li s-CCP huwa involut direttament fil-ħatra ta’ maniġers tal-SOEs u għandu d-dritt joħloq il-proċeduri rilevanti u jirrakkomanda kandidati speċifiċi għall-pożizzjonijiet (15). |
|
(55) |
Barra minn hekk, l-SOEs fiċ-Ċina jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għal varjetà wiesgħa ta’ inputs bħall-art u l-enerġija, iżda anke għal sistemi ta’ finanzjament. Għalhekk, l-intervent qawwi tal-Istat fil-kumpaniji jirriżulta f’allokazzjoni distorta tar-riżorsi, li mbagħad tiġi tradotta f’kostijiet distorti u fi prezzijiet distorti għall-prodotti mmanifatturati. Barra minn hekk, il-GTĊ jinfluwenza l-kostijiet u l-prezzijiet tal-prodotti kimiċi bħall-alkoħol benżiliku permezz tal-preżenza u l-intervent tiegħu fis-setturi upstream tal-materja prima u tal-inputs meħtieġa għall-produzzjoni tiegħu. Pereżempju, il-produzzjoni qawwija tat-toluwen fir-RPĊ hija prinċipalment dovuta għall-investiment u l-espansjoni rapidi fis-settur, kif ukoll għad-disponibbiltà kemm tal-finanzjament kif ukoll tal-materja prima. Il-kapaċitajiet żejda fil-produzzjoni tat-toluwen irriżultaw f’investimenti akbar fl-industriji downstream, u b’mod partikolari dik tal-alkoħol benżiliku. Barra minn hekk, il-GTĊ jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet tal-enerġija. Għalkemm il-GTĊ għamel xi sforzi biex joħloq kompetizzjoni fis-suq u jippermetti li l-prezzijiet jiġu stabbiliti mill-forzi tas-suq, jibqa’ li l-prezzijiet tal-enerġija għadhom ikkontrollati ħafna. Din iċ-ċirkostanza bla dubju tagħti lok lill-GTĊ jnaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-enerġija għall-benefiċċju tal-produtturi kimiċi, b’mod partikolari tat-toluwen u tal-alkoħol benżiliku (16). |
|
(56) |
It-tielet, il-GTĊ jintervjeni b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija u fis-suq tal-elettriku permezz tas-issussidjar tal-faħam bħala s-sors ewlieni tal-enerġija għall-produzzjoni tal-istim. Barra minn hekk, is-suq tal-elettriku huwa moqdi b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt l-awtoritajiet Ċiniżi. |
|
(57) |
Skont l-ilment, permezz ta’ sussidji diretti, finanzjament preferenzjali, u kontrolli tal-prezzijiet, il-GTĊ jiżgura li l-faħam jibqa’ artifiċjalment irħis, għall-benefiċċju tal-industriji li jiddependu fuqu bħala sors primarju tal-enerġija. Filwaqt li l-faħam jintuża b’mod predominanti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, huwa essenzjali wkoll għall-produzzjoni industrijali tal-istim, li huwa input kritiku fil-manifattura tas-sustanzi kimiċi u proċessi oħra intensivi fl-enerġija. L-influwenza tal-GTĊ testendi b’mod aktar mifrux permezz ta’ kontrolli tal-prezzijiet. Pereżempju, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (NDRC) stabbiliet “firxa raġonevoli” għall-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet tal-faħam fuq terminu medju u twil ta’ bejn CNY 570 u 770 għal kull tunnellata. Barra minn hekk, minaturi kbar tal-Istat bħal China Shenhua Energy Co. u China Coal Energy Co. ta’ sikwit ibigħu l-faħam b’limitu massimu tal-prezz, filwaqt li jiżguraw kostijiet stabbli iżda artifiċjalment baxxi għall-industriji downstream (17). |
|
(58) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur jargumenta li lil hinn mill-produzzjoni tal-istim, is-settur tal-istim issussidjat taċ-Ċina jagħti vantaġġ inġust lill-industriji domestiċi għaliex iħalli impatt fuq il-provvista u l-ipprezzar tal-elettriku. Mill-2022, l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam kienu jirrappreżentaw 60 % tal-ġenerazzjoni tal-elettriku taċ-Ċina. Ir-rwol tal-GTĊ fis-suq tal-elettriku jmur lil hinn mis-sussidji tal-fjuwil u l-kontrolli diretti tas-sjieda u tal-ipprezzar, u joħloq sistema fejn il-kostijiet tal-elettriku jiġu mrażżna b’mod artifiċjali. Is-settur tal-elettriku huwa ddominat mill-SOEs. Il-kontroll estensiv tal-istat fuq l-ipprezzar u d-distribuzzjoni tal-elettriku jirriżulta f’distorsjonijiet sostanzjali tas-suq. Il-mudell tar-RPĊ iwassal għal kostijiet tal-elettriku artifiċjalment baxxi għall-utenti industrijali. Dan l-intervent huwa ta’ benefiċċju għas-setturi intensivi fl-enerġija, b’mod partikolari l-industrija tal-kimika, fejn l-elettriku huwa komponent sinifikanti tal-kostijiet tal-produzzjoni (18). |
|
(59) |
Ir-raba’, il-GTĊ jwettaq politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur il-fornituri domestiċi jew inkella li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(60) |
L-iżvilupp tal-ekonomija Ċiniża huwa ddeterminat minn sistema ta’ ppjanar elaborata li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffukaw fuqhom u jagħmlu ħilithom biex jimplimentawhom. Dawn il-pjanijiet, li jkopru prattikament is-setturi ekonomiċi kollha, jistabbilixxu objettivi obbligatorji speċifiċi li huma mmonitorjati mill-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv. Il-mekkaniżmu tal-ippjanar jiggwida l-allokazzjoni tar-riżorsi, li hija mmirata lejn setturi li l-gvern jiddeżinjahom bħala strateġiċi jew politikament importanti, u ma jiġux allokati skont il-forzi tas-suq (19). |
|
(61) |
Il-GTĊ konsistentement xeħet enfasi qawwija fuq l-industrija tas-sustanzi kimiċi fid-dokumenti ta’ politika differenti tiegħu u fassal b’mod ċar il-miżuri tiegħu biex jiffavorixxi lill-produtturi domestiċi tas-sustanzi kimiċi. Pereżempju, l-14-il FYP ċentrali jistabbilixxi l-viżjonijiet strateġiċi tal-GTĊ għat-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali u l-assi tal-iżvilupp għall-industriji emerġenti strateġiċi, bħall-industriji tal-kimika, tal-materjali tal-bini, tal-materjali ġodda, u tal-fibri kimiċi. Barra minn hekk, fil-verżjoni tal-2024 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali, l-industrija kimika u petrokimika tidher bħala waħda bir-riħ fil-qala. Dan l-istatus ifisser li din l-industrija ġeneralment tibbenefika minn bosta sussidji u appoġġ finanzjarju f’finanzi pubbliċi, tassazzjoni, kreditu, importazzjoni u esportazzjoni, kif ukoll art. L-ilmentatur jikkonkludi li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-katina tal-valur kollha tal-kimika tal-alkoħol benżiliku huma kkontrollati u rregolati b’mod attiv fil-livelli nazzjonali u provinċjali mill-GTĊ (20). |
|
(62) |
Il-ħames, bħal fi kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, is-settur tal-alkoħol benżiliku huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, dawk korporattivi u tal-proprjetà. |
|
(63) |
Skont l-ilment, is-sistema Ċiniża tal-fallimenti twassal b’mod inadegwat għall-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju li ssalda b’mod ġust il-pretensjonijiet u d-djun, u li tipproteġi d-drittijiet tal-kredituri u tad-debituri. Il-Liġi dwar il-Falliment Ċiniża ma tiġix infurzata b’mod sistematiku biżżejjed u hija mmirata prinċipalment lejn kumpaniji żgħar. L-ilmentatur juża r-Rapport tal-Kummissjoni biex jagħti prova tal-infurzar baxx tal-Liġi dwar il-Falliment, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza fil-kriterji biex jinfetħu l-proċedimenti u l-eżitu tagħhom, u minħabba l-influwenza qawwija tal-awtoritajiet tal-Istat fil-proċeduri ta’ falliment. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ infurzar tal-liġijiet dwar il-falliment għandu impatt fuq is-suq finanzjarju u tas-self Ċiniż, lil jfisser li dawn il-kumpaniji jingħataw garanziji impliċiti tal-Istat, li min-naħa tagħhom huma ta’ distorsjoni tal-kostijiet tal-krediti u l-aċċess għall-finanzjament (21). Mhux hekk biss, f'dak li għandu x’jaqsam mal-liġijiet dwar il-proprjetà, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ. L-allokazzjoni tal-art tiddependi esklussivament fuq l-Istat, li jista’ jsegwi għanijiet politiċi aktar milli prinċipji tas-suq ħieles. Filwaqt li hemm għadd ta’ liġijiet bil-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bil-prezzijiet tas-suq, l-ilmentatur jargumenta li dawn id-dispożizzjonijiet spiss ma jiġux irrispettati (22). L-ilmentatur jikkonkludi li bħal kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-alkoħol benżiliku huma soġġetti għar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà, u għalhekk huma soġġetti wkoll għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta’ dawn il-liġijiet. |
|
(64) |
Is-sitta, il-kostijiet tal-pagi huma distorti fis-settur tal-alkoħol benżiliku wkoll. |
|
(65) |
Skont l-ilment, peress li l-formazzjoni tal-pagi fir-RPĊ ma tirriżultax minn forzi normali tas-suq jew minn negozjar kollettiv ħieles ġenwin, il-kostijiet tal-pagi huma soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti. Ir-RPĊ ma tistax tifforma sistema tal-pagi bbażata tassew fuq is-suq minħabba impedimenti strutturali fuq d-drittijiet tal-ħaddiema u tal-impjegaturi li jorganizzaw ruħhom liberament. Fil-prattika, trade union waħda biss hija legalment rikonoxxuta, il-Federazzjoni tat-Trade Unions taċ-Ċina kollha (“ACFTU”). Madankollu, l-ACFTU ma hijiex indipendenti mill-Istat. Barra minn hekk, l-evidenza turi li l-pożizzjonijiet għolja fi ħdan l-ACFTU spiss jimtlew minn uffiċjali għolja tal-partit fl-SOEs jew minn maniġers f’kumpaniji privati (23). |
|
(66) |
Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta b’mod sinifikanti mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi (hukou), li tirrestrinġi l-aċċess għal benefiċċji komprensivi tas-sigurtà soċjali u tal-benesseri pubbliku għal individwi rreġistrati uffiċjalment bħala residenti ta’ żona amministrattiva partikolari. Minħabba f’hekk, ħafna ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet għadhom esklużi mis-servizzi pubbliċi essenzjali u jinsabu f’pożizzjoni ta’ impjieg prekarju, ta’ sikwit jiġu mġiegħla jaċċettaw pagi aktar baxxi u kundizzjonijiet tax-xogħol inferjuri meta mqabbla mal-kontropartijiet tagħhom irreġistrati lokalment. Skont l-ilment, din id-differenza fit-trattament inevitabbilment tirriżulta f’distorsjoni tal-kost tal-pagi fis-suq tax-xogħol Ċiniż (24). |
|
(67) |
Bħal kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, l-industrija tal-alkoħol benżiliku hija soġġetta wkoll għal-liġijiet tax-xogħol Ċiniżi u konsegwentement hija affettwata wkoll minn dawn id-distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi. Id-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi jikbru bis-sussidji tax-xogħol li jagħti l-Istat Ċiniż, b’mod partikolari, lill-produtturi tal-alkoħol benżiliku (25). |
|
(68) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li fis-settur tal-alkoħol benżiliku hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl inkludiet l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. |
|
(70) |
Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina
|
(71) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu” (26). |
|
(72) |
L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat li jiżgura “l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (27). Tabilħaqq, meta mqabbla mat-13-il FYP, l-SASAC ikkonfermat li l-assi totali tal-intrapriżi ċentrali żdiedu b’ 44,6 % matul l-14-il FYP, “li effettivament xprunaw l-iżvilupp integrat tal-intrapriżi upstream u downstream fil-katina industrijali u pprovdew appoġġ qawwi għall-kisba b’suċċess tal-għanijiet u l-kompiti ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżi” (28). |
|
(73) |
Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. |
|
(74) |
Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (29). |
|
(75) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. |
|
(76) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(77) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (30) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(78) |
Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles. |
|
(79) |
L-istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (31). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(80) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(81) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(82) |
Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (aġġornament industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). |
|
(83) |
L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom kif xieraq, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (32). |
|
(84) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (33). |
|
(85) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti b’mod istituzzjonali u operazzjonali b’mod li ma jkunx immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-awtorizzazzjoni ta’ intervent mill-Istat u mis-CCP (34). |
|
(86) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (35). |
|
(87) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll mill-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (36). |
|
(88) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (37). |
3.2.2.1. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa moqdi b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(89) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew taħt il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(90) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa moqdi prinċipalment minn kumpaniji privati, bħal Hubei Greenhome Materials Technology (38) jew Wuhan Youji (39). Madankollu, fis-settur tat-toluwen upstream, l-aktar input uniku l-aktar importanti li jintuża fil-produzzjoni tal-alkoħol benżiliku, filwaqt li xi produtturi huma kumpaniji privati bħal Hengli Petrochemicals (40), il-grad ta’ sjieda tal-Istat għadu sinifikanti, b’għadd ta’ produtturi kkontrollati mill-Istat, bħal Sinopec (41) jew Sinochem (42), it-tnejn intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) ikkontrollati mis-SASAC (43). |
|
(91) |
Barra minn hekk, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs iżda wkoll f’kumpaniji privati (44), u s-CCP jasserixxi li jmexxi virtwalment kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tfisser li l-operaturi ekonomiċi jinsabu taħt il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-gvern, meta wieħed iqis kemm l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit fiċ-Ċina kibru flimkien. Barra minn hekk, is-settur kollu tal-prodott ikkonċernat, huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern bħat-14-il FYP dwar il-materja prima (45) li jindirizza direttament is-setturi petrokimiċi u kimiċi billi jiddikjara li “[f]’setturi li jinkludu l-petrokimiċi u s-sustanzi kimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, għandna nrawmu għadd ta’ intrapriżi pijunieri tal-katina tal-industrija li jeżerċitaw tmexxija fuq l-ekosistema u kkaratterizzati minn kompetittività ewlenija, (...). Ir-rwol ta’ gwida tal-intrapriżi ewlenin fis-setturi tas-sustanzi kimiċi u tal-materjali tal-bini għandu jiġi ingranat biex jippromwovi r-riforma u r-ristrutturar korporattivi.” |
|
(92) |
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma għat-tkabbir kostanti tal-industrija petrokimika u kimika (46)huwa fformulat sabiex “jippromwovi l-operat stabbli u l-ottimizzazzjoni u t-titjib strutturali tal-industrija petrokimika” u biex “jespandi l-investiment effettiv u jippromwovi t-trasformazzjoni u t-titjib”. |
|
(93) |
Bl-istess mod, fil-livell provinċjali, l-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-kimika (47) irid “jippromwovi l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-kimika fil-provinċja” u li “jippromwovi b’mod komprensiv it-titjib tal-bażi tal-industrija u l-modernizzazzjoni tal-katina tal-industrija, [...] jaċċellera l-irtirar ta’ kapaċità tal-produzzjoni b’lura u ineffiċjenti, [...] jiggwida lill-intrapriżi biex jingħaqdu u jorganizzaw mill-ġdid, jottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-istruttura tal-katina tal-industrija u jtejjeb l-effiċjenza u l-profittabbiltà tal-produzzjoni”. |
|
(94) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi tal-2035 (48) jistipula li l-awtoritajiet governattivi “se jottimizzaw l-iżvilupp taż-żjut ta’ speċjalità u l-industriji tal-etilen downstream, jaġġornaw l-industriji tradizzjonali bħas-sustanzi kimiċi tal-fosfru, is-sustanzi kimiċi tal-melħ, u s-sustanzi kimiċi tal-faħam, jiżviluppaw b’mod vigoruż sustanzi kimiċi fini ta’ livell għoli u materjali kimiċi ġodda, jottimizzaw it-tqassim tal-industrija kimika tul ix-Xmara Yangtze, u jiffukaw fuq il-bini ta’ għadd ta’ parks industrijali kimiċi speċjalizzati ekoloġiċi u intelliġenti f’Wuhan, Yichang, Jingmen, Xiangyang, Jingzhou, Xiaogan, Huanggang, Qianjiang, u Xiantao biex jinħoloq raggruppament modern tal-industrija kimika fil-livell ta’ triljun yuan”. |
|
(95) |
Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (49). |
|
(96) |
Pereżempju, il-Federazzjoni tal-Industrija Petrokimika u Kimika taċ-Ċina (China Petrochemical and Chemical Industry Federation, “CPCIF”) hija l-assoċjazzjoni tal-industrija għas-settur tal-prodott ikkonċernat. Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-organizzazzjoni “taderixxi mat-tmexxija komprensiva tas-CCP [u]taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni professjonali mill-entitajiet responsabbli mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-industrija” (50). |
|
(97) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 36 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF jistipula li l-president, il-viċi presidenti u s-segretarju ġenerali tal-Assoċjazzjoni jridu “jaderixxu mat-tmexxija tas-CCP, jappoġġaw is-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, [u] jimplimentaw b’mod riżolut il-linja, il-prinċipji u l-politiki (51) tal-Partit”. |
|
(98) |
Barra minn hekk, is-CPCIF waqqfet Kumitat Speċjali għall-Idrokarburi Ħfief u l-Aromatika li jkopri l-idrokarburi aromatiċi bħat-toluwen u l-alkoħol aromatiku bħall-alkoħol benżiliku (52). |
|
(99) |
Hengli Petrochemicals (53), Sinopec (54) u Sinochem (55) huma membri tas-CPCIF. |
|
(100) |
Konsegwentement, il-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat huma pprevenuti milli joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. |
3.2.2.2. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet.
|
(101) |
Il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni fejn jista’ jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. B’mod partikolari, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(102) |
Skont id-dritt soċjetarju taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (56)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. |
|
(103) |
Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-asserzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (57), inkluż billi jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-Partit (58). |
|
(104) |
Fl-2017, diġà ġie rrappurtat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1.86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (59). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(105) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020, inħareġ dokument bit-titolu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (“il-Linji Gwida”) (60), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(106) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nkomplu nżidu l-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (61). |
|
(107) |
L-investigazzjoni kkonfermat li jeżisti wkoll trikkib bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP/il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tal-alkoħol benżiliku. |
|
(108) |
Bħala eżempju, il-Maniġer Ġenerali ta’ Wuhan Youji huwa wkoll is-Segretarju tal-Partit u ġie ppremjat bħala ħaddiem eċċellenti tal-affarijiet tas-CCP mill-Kumitat tas-CCP tal-Muniċipalità ta’ Wuhan (62). |
|
(109) |
Barra minn hekk, ir-rapport annwali tal-2022 tal-Grupp Sinopec jindika li “il-kumpanija kontinwament ittejjeb il-kwalità tax-xogħol tal-bini tal-partit, tagħti spinta lill-ispirtu tal-impjegati, issaħħaħ l-ispezzjoni tad-dixxiplina u x-xogħol ta’ superviżjoni, tgħin lill-bord tad-diretturi jimplimenta b’mod effettiv diversi deċiżjonijiet u arranġamenti, u tippromwovi l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-kumpanija” (63). Barra minn hekk, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Sinopec Group huwa s-segretarju tal-kumitat tal-Partit u diversi membri tal-bord iservu bħala viċi segretarji tal-kumitat tal-Partit (64). Il-Grupp Sinopec iddikjara li beħsiebu “jiffoka fuq il-missjoni l-ġdida tal-kumpanija u kompiti ġodda fuq il-vjaġġ il-ġdid, imexxi ’ l quddiem l-ispirtu awtorivoluzzjonarju tal-partit, isaħħaħ it-tmexxija tal-partit u l-bini tal-partit b’mod komprensiv u integrat, u jippromwovi b’mod sistematiku governanza komprensiva u stretta tal-partit, sabiex jipprovdi garanzija b’saħħitha biex jinkiteb kapitolu ġdid tal-industrija tal-petrokimiċi moderna taċ-Ċina (65). |
|
(110) |
Barra minn hekk, il-president tal-bord tad-diretturi u l-maniġer ġenerali ta’ Sinochem huma rispettivament is-segretarju u l-viċi segretarju tal-kumitat tal-Partit (66). |
|
(111) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (67). Għalhekk, il-preżenza tal-istat fid-ditti, fis-settur tal-alkoħol benżiliku u f’setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.2.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(112) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. |
|
(113) |
B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (68). |
|
(114) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat. |
|
(115) |
L-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi tal-2035 (69)għandu l-għan “jaġġorna l-industriji tradizzjonali, jippromwovi l-ottimizzazzjoni u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima bħall-petrokimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, jespandi l-provvista ta’ prodotti ta’ kwalità għolja f’setturi bħall-industrija ħafifa u t-tessuti, iħaffef it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi f’industriji ewlenin bħall-industrija tas-sustanzi kimiċi u l-produzzjoni tal-karta u jtejjeb is-sistema tal-manifattura ekoloġika (70) .” |
|
(116) |
Skont l-14-il FYP dwar l-industrija tal-materja prima (71), iċ-Ċina “se tiżviluppa lott ta’ raggruppamenti industrijali fil-petrokimiċi. [...]F’setturi li jinkludu l-petrokimiċi u s-sustanzi kimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, [iċ-Ċina] ser trawwem għadd ta’ intrapriżi pijunieri li jistgħu jmexxu l-ekosistema tal-katina industrijali b’kompetittività ewlenija” (72). Barra minn hekk, l-Opinjoni Gwida dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija petrokimika u kimika (73) tirrikjedi li “jissaħħu l-politiki settorjali u tiġi rregolata xjentifikament l-iskala tal-industrija: tissaħħaħ il-kapaċità tal-provvista ta’ polimeri ta’ livell għoli, sustanzi kimiċi ta’ speċjalità u prodotti oħra”[…] kif ukoll“jittejbu l-politiki ta’ appoġġ: tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politiki fiskali, finanzjarji, reġjonali, tal-investiment, tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, tal-enerġija, ekoloġiċi, ambjentali, tal-prezzijiet u politiki oħra mal-politiki industrijali [u] jsir użu sħiħ mir-rwol tal-pjattaforma nazzjonali ta’ kooperazzjoni bejn l-industrija u l-finanza […]”. |
|
(117) |
Barra minn hekk,l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-materjali l-ġodda għandu l-għan li jiżviluppa l-industrija downstream tal-prodott ikkonċernat: “il-bażijiet Industrijali ta’ Xiantao u Qianjiang New Materials, primarjament iffukati fuq materjali ta’ appoġġ għal komponenti bażiċi, se jisfruttaw il-Park Industrijali ta’ Xiantao New Materials biex jiżviluppaw b’mod vigoruż materjali ġodda tal-polimeri avvanzati bħall-benżoat tal-benżil (74).” |
|
(118) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Hubei dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja ta’ industrija kimika moderna (75) jirrikjedi “l-implimentazzjoni tal-aġġornament u t-trasformazzjoni ta’ prodotti taż-żejt ta’ speċjalità, jiġi promoss l-aġġornament tal-prodott u l-iżvilupp tal-marka primjum, tiġi estiża l-iskala totali ta’ prodotti ta’ livell għoli, jissaħħu aktar l-iskala u l-effiċjenza tal-bażijiet tal-manifattura ta’ prodotti ta’ speċjalità b’kapaċità ta’ miljun tunnellata, u tiġi aċċellerata l-kostruzzjoni ta’ bażijiet tal-manifattura ta’ prodotti kimiċi b’kapaċità ta’ miljun tunnellata; l-integrazzjoni u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi aromatiċi, il-konnessjoni attiva mal-industriji bħal dawk tal-plastik u tal-gomma, u tinħoloq katina industrijali tal-ipproċessar tal-prodotti petrokimiċi inkluż l-aromatiċi C2, C3, C4, C5, toluwen, C8, u C9, li tippromwovi l-iżvilupp ta’ prodotti tar-raffinar, prodotti kimiċi u speċjalizzati integrati.” B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-Proġett ta’ Qianjiang tat-Tisħiħ u l-Ipproċessar Fond taż-Żejt, il-pjan għandu l-għan li “jiżviluppa l-kimiki aromatiċi b’mod dirett, […] u jtejjeb u jestendi l-katina petrokimika industrijali (76)”. |
|
(119) |
Hubei Greenhome Materials Technology (77) jew Wuhan Youji (78), it-tnejn li huma jinsabu f’Hubei, u Wuhan Youji għandha unità tal-produzzjoni tal-alkoħol benżiliku li tinsab fi Qianjiang (79). |
|
(120) |
Barra minn hekk, Hubei Greenhome Materials Technology hija intrapriża nazzjonali “ġganta ċkejkna (80)”. Il-GTĊ jiddefinixxi kumpaniji “ġganti żgħar” bħala “l-eliti ġodda ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju taċ-Ċina li huma involuti fil-manifattura, jispeċjalizzaw f’suq niċċa u li għandhom teknoloġiji mill-aktar avvanzati” u għandu l-ħsieb li “jżid l-appoġġ għall-‘ġganti żgħar’ matul il-perjodu mill-2024 sal-2026, b’enfasi fuq ktajjen industrijali ewlenin, industriji emerġenti strateġiċi u setturi oħrajn. Dawn il-fondi se jintużaw biex iħeġġu lil dawn id-ditti jindirizzaw l-isfidi teknoloġiċi, jiżviluppaw prodotti ġodda, jibnu l-kapaċitajiet ta’ appoġġ tal-katina industrijali, u jappoġġaw lill-gvernijiet lokali fit-trawwim ta’ ‘ġganti żgħar’” (81). Barra minn hekk, l-14-il FYP ta’ Shandong dwar l-iżvilupp tal-industrija tas-sustanzi kimiċi (82) jitlob lill-awtoritajiet lokali sabiex “[i]żidu t-trasformazzjoni teknoloġika tal-intrapriżi eżistenti, itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, u jsaħħu l-kompetittività ċentrali tal-intrapriżi [u] jistabbilixxu mekkaniżmu għall-intrapriżi sabiex jirtiraw mill-parks, jeliminaw b’mod riżolut il-kapaċità tal-produzzjoni obsoleta, jikkontrollaw b’mod strett il-kapaċità tal-produzzjoni ristretta, u jimplimentaw politiki u miżuri differenzjati għall-allokazzjoni ta’ fatturi ta’ riżorsi bħall-art, l-elettriku u l-ilma sabiex l-intrapriżi jiġu mġegħlin jittrasformaw u jiżviluppaw”. Jappella wkoll sabiex “jiżdied l-appoġġ finanzjarju. It-tisħiħ tal-inċentivi tal-politika fiskali, il-koordinazzjoni u l-involviment ta’ fondi speċjali, l-appoġġ lill-kumpaniji kimiċi fl-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni teknoloġika, it-trasformazzjoni intelliġenti, it-trasferimenti industrijali, ir-rilokazzjoni f’parks, l-eliminazzjoni ta’ tagħmir obsolet, eċċ., u l-implimentazzjoni ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir tekniku ewlieni, ir-rifużjonijiet tal-VAT, il-politiki ta’ riċerka u żvilupp bħat-tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż u l-kumpens tal-assigurazzjoni għall-ewwel sett ta’ tagħmir tekniku. L-iggwidar b’mod attiv ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kapital soċjali għall-investiment fl-industrija tal-kimika, l-isfruttar tal-vantaġġi tal-finanzjament tal-politika, tal-finanzjament tal-iżvilupp u tal-finanzjament kummerċjali, u ż-żieda tal-appoġġ finanzjarju għall-oqsma ewlenin tat-teknoloġija kimika”. |
|
(121) |
Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream u l-prodotti downstream. |
|
(122) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.2.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà
|
(123) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża b’mod formali fuq prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(124) |
In-numru ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (83). |
|
(125) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina. (84) L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ dipendenti biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq. (85) Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art. (86) |
|
(126) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-alkoħol benżiliku. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(127) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.2.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi
|
(128) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (87). |
|
(129) |
Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali. (88) Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-medda sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(130) |
Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (89). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina. |
|
(131) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-alkoħol benżiliku ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.2.2.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(132) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(133) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (90), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (91) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(134) |
Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (92). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(135) |
Żviluppi reċenti jkomplu juru l-firxa tal-influwenza tal-gvern fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina. F’Marzu 2025, il-GTĊ ħabbar ħruġ ta’ CNY 500 biljun f’bonds tat-teżor biex jipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-banek ewlenin, inkluż il-Bank of China, iċ-China Construction Bank, il-Bank of Communications, u l-Postal Savings Bank of China. Dan l-intervent kellu l-għan li jistabbilizza dawn l-istituzzjonijiet fost tnaqqis fil-profittabbiltà u rekord ta’ marġnijiet baxxi tal-imgħax nett, filwaqt li jenfasizza l-miżuri proattivi meħuda mill-Istat biex tinżamm l-istabbiltà ekonomika (93). |
|
(136) |
Barra minn hekk, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (94). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (95). |
|
(137) |
Barra minn hekk, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, b’Diversi Miżuri għall-Promozzjoni Ulterjuri tal-Iżvilupp tal-Investiment Privat (96), il-GTĊ ifittex li “jżid ir-riżorsi baġitarji ċentrali biex jappoġġa proġetti ta’ investiment privat kwalifikati u biex ikollu rwol ta’ gwida u ewlieni b’mod attiv”. Il-GTĊ biħsiebu wkoll “jagħmel użu tajjeb minn strumenti finanzjarji ta’ politika ġodda [u] jappoġġa għadd ta’ proġetti ta’ investiment privat kwalifikati f’industriji importanti u oqsma ewlenin” (97). |
|
(138) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (98). Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (99). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(139) |
It-tieni, il-kostijiet tat-teħid b’self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(140) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu fl-aħħar tal-2018 (100). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li titbaxxa r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self” (101). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(141) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GOC jagħżel diversi drabi li jew jevita l-inadempjenzi, biex b’hekk joħloq l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, inkella jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż., permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(142) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu sabiex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(143) |
Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
3.2.3. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(144) |
Il-Kummissjoni nnutat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport aġġornat huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport aġġornat japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport aġġornat. |
|
(145) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt rieżami jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessi (71) - (143). Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija applikabbli b’mod ġenerali, peress li l-produtturi tal-alkoħol benżiliku huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(146) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat. |
|
(147) |
Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien immanifatturat fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ medda ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(148) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma preżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
3.2.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.4.1. Kummenti ġenerali
|
(149) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(150) |
Kif spjegat fil-premessi (31) u (32), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.4.2. Għażla tal-pajjiż rappreżentattiv
|
(151) |
Wara l-Ewwel Nota, il-produttur esportatur Qianjiang Xinyihong ippropona lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, abbażi tal-eżistenza ta’ rapporti finanzjarji faċilment disponibbli li juru profittabbiltà raġonevoli. Qianjiang Xinyihong żiedet li l-prezzijiet tal-materja prima u tal-enerġija fil-Brażil kienu inqas volatili minn dawk fit-Turkija. |
|
(152) |
Wara l-Ewwel u t-Tieni Nota, il-produttur esportatur Hubei Greenhome qajjem dubji dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba li l-prezzijiet tal-importazzjoni tat-toluwen kienu għoljin minħabba l-eżistenza ta’ skema ta’ liċenzjar għall-importazzjonijiet tat-toluwen u minħabba li t-toluwen kien kważi esklussivament importat mill-pajjiżi tal-UE, li kull wieħed minnhom kien ekonomija b’introjtu għoli. Hubei Greenhome żiedet li l-prezzijiet tal-importazzjoni għat-toluwen kienu għoljin iżżejjed meta mqabbla ma’ swieq oħra (inklużi l-pajjiżi rappreżentattivi proposti mill-Kummissjoni) u għalhekk mhux xierqa bħala fattur ta’ produzzjoni fil-bini tal-valur normali għall-alkoħol benżiliku. |
|
(153) |
L-ilmentaturi nnutaw li l-prezzijiet tal-importazzjoni tat-toluwen u tal-karbonat tas-sodju fl-Indoneżja u fil-Malażja jirriflettu mill-qrib il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet Ċiniżi, minħabba l-fatt li sehem kbir joriġina fl-RPĊ. L-ilmentaturi ddeskrivew dak li diġà ssemma mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota, jiġifieri li, matul il-PI, is-sehem Ċiniż fl-importazzjonijiet totali tat-toluwen kien ta’ 27 % fl-Indoneżja u ta’ 59 % fil-Malażja u s-sehem Ċiniż fl-importazzjonijiet totali tal-karbonat tas-sodju kien ta’ 24,8 % fl-Indoneżja u ta’ 24,9 % fil-Malażja. |
|
(154) |
L-ilmentaturi enfasizzaw ukoll li, matul il-PI, it-Turkija importat 58 288 tunnellata ta’ toluwen, filwaqt li l-Brażil importa biss 7 438 tunnellata. L-ilmentaturi nnutaw li tali volumi sostanzjali ta’ importazzjoni fit-Turkija jiżguraw bażi aktar rappreżentattiva u affidabbli għall-istabbiliment ta’ prezzijiet tat-toluwen mingħajr distorsjoni, li jammontaw għall-akbar sehem tal-kost tal-prodott ikkonċernat. |
|
(155) |
Bi tweġiba għall-kummenti tal-ilmentaturi, Hubei Greenhome invokat li jenħtieġ li l-Indoneżja ma tiġix miċħuda bħala pajjiż rappreżentattiv sempliċiment minħabba li 27 % tal-importazzjonijiet kollha tat-toluwen u 24,8 % tal-importazzjonijiet kollha tal-karbonat tas-sodju joriġinaw miċ-Ċina. Hubei Greenhome fakkret li l-Kummissjoni tipikament kienet tiddependi fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fejn il-pajjiż rappreżentattiv importa inqas minn 50 % ta’ materja prima partikolari miċ-Ċina. |
|
(156) |
Barra minn hekk, Hubei Greenhome ma qablitx mal-argument tal-ilmentaturi dwar l-għażla tat-Turkija fuq il-Brażil, li jiddependi biss fuq id-differenza fil-volum tal-importazzjoni bejn it-Turkija u l-Brażil matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Hubei Greenhome indikat li l-volum kbir ta’ importazzjonijiet fit-Turkija kien il-konsegwenza ta’ produzzjoni domestika dgħajfa tat-toluwen. Skont Hubei Greenhome, livell baxx ta’ kwantitajiet ta’ importazzjoni (bħalma ġie nnotat fil-Brażil) ma jfissirx awtomatikament li l-prezzijiet mhumiex rappreżentattivi, jew li ma humiex prezzijiet tas-suq. |
|
(157) |
Fir-rigward tad-differenzi fil-volatilità u l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni tat-toluwen fit-Turkija minn naħa waħda u l-erba’ pajjiżi proposti l-oħra min-naħa l-oħra, kif iddikjarat minn Qianjiang Xinyihong u Hubei Greenhome (ara l-premessi (151) u (152)), il-Kummissjoni osservat li, fil-fatt, fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-prezzijiet rispettivi tal-importazzjoni tat-toluwen għal kull kilogramma tal-ħames pajjiżi proposti kienu f’firxa mill-qrib bejn CNY 5,64 u 7,00 C. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ Hubei Greenhome dwar l-allegazzjoni li l-prezzijiet tal-importazzjoni tat-toluwen għat-Turkija kienu straordinarjament għoljin meta mqabbla ma’ swieq oħra. Barra minn hekk, id-differenza fil-prezz bejn it-Turkija u l-Brażil (CNY 7,00/kg mqabbel ma’ CNY 6,57/kg, li hija biss madwar 6 %) tidher li ma tappoġġax is-suppożizzjoni ta’ Hubei Greenhome li l-iskema ta’ liċenzja tal-importazzjoni applikabbli jew l-allegat sehem qawwi ta’ oriġini tal-UE fl-importazzjonijiet tat-toluwen tat-Turkija żiedu l-prezzijiet. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Brażil għandu wkoll skema ta’ liċenzjar għat-toluwen fir-rigward tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fis-seħħ. Għalhekk, l-asserzjoni ta’ Hubei Greenhome ġiet miċħuda. |
|
(158) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li 99,5 % tal-importazzjonijiet tat-toluwen fil-Brażil jiġu minn pajjiż wieħed biss, l-Arġentina, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet fit-Turkija. Barra minn hekk, l-Arġentina imponiet taxxa ta’ 4,5 % fuq l-esportazzjonijiet tat-toluwen lejn pajjiżi oħra, inkluż il-Brażil. |
|
(159) |
Fir-rigward tas-sehem tal-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi (ara l-asserzjoni ta’ Hubei Greenhome fil-premessa (156)), il-Kummissjoni tiċċara li anki jekk f’xi każijiet sehem ta’ tali importazzjonijiet ta’ madwar 25 % seta’ ma kienx ta’ xkiel għall-aċċettazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv ikkonċernat, jenħtieġ li ġeneralment tingħata prijorità lill-pajjiżi rappreżentattivi b’importazzjonijiet ta’ materja prima li jinstabu li ma humiex distorti mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Bħal f’dan il-każ, billi t-Turkija ma rrapportat l-ebda importazzjoni Ċiniża ta’ toluwen, it-Turkija jenħtieġ li tingħata prijorità fuq il-pajjiżi li jirrapportaw l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
3.2.4.3. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(160) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott taħt investigazzjoni jidher li jiġi prodott biss fl-Istati Uniti u fl-Indja, li l-ebda wieħed minnhom ma huwa pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (149) hawn fuq. Il-Kummissjoni bbażat ir-riċerka ulterjuri tagħha fuq pajjiżi li jipproduċu prodotti kimiċi organiċi (ikklassifikati taħt NACE 2014). Abbażi ta’ dan, il-Brażil, l-Indoneżja, il-Malażja, il-Messiku u t-Turkija ġew identifikati bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju għoli” fuq il-bażi tal-introjtu gross nazzjonali fejn kien magħruf li ssir il-produzzjoni tal-prodotti kimiċi organiċi. |
|
(161) |
Hubei Greenhome qablet mal-Kummissjoni li pajjiż b’introjtu medju superjuri b’importazzjonijiet ta’ toluwen u karbonat tas-sodju jenħtieġ li jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv, u l-ħames pajjiżi proposti ssodisfaw dawk il-kriterji. Madankollu, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esprimew preferenza li l-Brażil jintgħażel bħala pajjiż rappreżentattiv, prinċipalment fid-dawl tal-klassifikazzjoni aħjar tal-Brażil fil-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali meta mqabbel ma’, pereżempju, it-Turkija. |
|
(162) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott taħt investigazzjoni jidher li jiġi prodott biss f’pajjiżi li l-ebda wieħed minnhom ma huwa pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (149). |
|
(163) |
Għalhekk, il-Kummissjoni indikat li se tuża l-prodotti kimiċi taħt il-kodiċi NACE 2014, li jkopri prodotti attivi fl-industrija tal-prodotti kimiċi organiċi, biex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.4.4. Eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(164) |
Kif indikat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja relatata mas-sena 2024 ta’ xi produttur Messikan, attiv fl-industrija tal-kimika organika, li jimmanifattura prodotti kimiċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NACE 2014. B’kuntrast ma’ dan, il-Kummissjoni sabet tali data ta’ 2 produtturi fl-Indoneżja, produttur wieħed fil-Malażja, 6 produtturi fil-Brażil u 7 produtturi fit-Turkija. |
|
(165) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq flimkien mal-fatt li l-Turkija kienet irrapportat l-akbar volum, b’ħafna, ta’ importazzjonijiet ta’ toluwem, li barra minn hekk instab li ma kinux ġew distorti mill-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota kellha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(166) |
B’mod speċifiku, il-Kummissjoni sabet data finanzjarja għal 38-il produttur fl-istess kategorija ta’ manifattura bħall-alkoħol benżiliku, jiġifieri l-Kodiċi C2014 tan-NACE (“Manifattura ta’ sustanzi kimiċi bażiċi organiċi oħra”) (103) fit-Turkija. |
|
(167) |
Il-Kummissjoni analizzat id-data finanzjarja faċilment disponibbli tat-38 kumpanija Torka u sabet li 26 minnhom kellhom data mhux kompluta u waħda kienet f’sitwazzjoni ta’ telf. Għalhekk, hija qieset biss il-ħdax-il kumpanija b’marġni ta’ profitt pożittiv. Id-data finanzjarja li tappartjeni għal dawn il-ħdax-il produttur ġiet elenkata fl-Anness III tat-Tieni Nota (104). |
|
(168) |
Abbażi tad-data finanzjarja tal-ħdax-il kumpanija msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet rata medja ponderata tal-kostijiet SG & A ta’ 25,56 % u marġni ta’ profitt ta’ 11,22 %. |
|
(169) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u l-ħdax-il kumpanija elenkati fl-Anness III tat-Tieni Nota, bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv kif ukoll fuq elementi oħra tan-Nota. |
|
(170) |
Wara t-Tieni Nota, Hubei Greenhome asseriet li l-Kummissjoni għandha tiddependi fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ Aksa Akrilik Kimya Sanayii A.Ş. (Aksa Akrilik), produttur Tork tal-fibri akrilika, jew ta’ Türkiye Petrol Rafinerileri A.Ş. (Tüpraş,), produttur tal-petrokimiċi Tork, minflok tiddependi fuq id-data ta’ Orbis li ngħatat fl-Anness III tat-Tieni Nota. Id-data ta’ Orbis relatata mal-ħdax-il kumpanija Torka ma tipprovdi l-ebda dettall dwar il-kumpaniji magħżula mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, Hubei Greenhome rreferiet għal każ anti-dumping preċedenti, li fih il-Kummissjoni għażlet kumpanija barra mill-kodiċi NACE applikabbli għall-produttur esportatur meta dan irriżulta f’għażla aktar xierqa. (105) |
|
(171) |
Il-Kummissjoni ċaħdet din l-asserzjoni. Il-fatti sottostanti tal-każ ikkwotati minn Hubei Greenhome kienu differenti mill-każ attwali u l-approċċ meħud huwa konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament bażiku. Bħala regola prattika, il-Kummissjoni għażlet kumpaniji xierqa biex tiddetermina l-kostijiet SG & A u l-profitti sabiex tibni valuri normali bbażati fuq kodiċi NACE partikolari. Ma kien hemm l-ebda raġuni ovvja għaliex il-Kummissjoni ma ssegwix din il-prattika ġenerali f’dan il-każ, billi tibbaża fuq il-ħdax-il kumpanija xierqa li jinsabu fit-Turkija taħt il-kodiċi NACE 2014. |
|
(172) |
Barra minn hekk, Hubei Greenhome affermat li jenħtieġ li l-Kummissjoni tneħħi lill-kumpaniji mill-għażla taħt il-kodiċi NACE 2014, li għalihom ġew inklużi kostijiet mhux xierqa fl-entrata f’linja għall-ispejjeż operatorji, jiġifieri l-kostijiet SG & A. F’dak ir-rigward, Hubei Greenhome rreferiet għall-Ewwel Nota, fejn il-Kummissjoni kienet injorat kumpaniji b’kostijiet SG & A għoljin b’mod anormali. Fit-Tieni Nota, TARIMSAL Kimya Teknolojileri Sanayi ve Ticaret Anonim Sirketi (“Tarkim”) reġgħet żdiedet mal-lista ta’ produtturi rappreżentattivi wara li l-Kummissjoni sabet li “r-rati kollha rrapportati tal-SG & A u tal-profitt tqiesu raġonevoli”. Minħabba li l-kostijiet SG & A ta’ Tarkim huwa aktar minn nofs il-kost tagħha tal-oġġetti mibjugħa, li huwa kważi d-doppju ta’ kull produttur ieħor inkluż fid-data ta’ Orbis ħlief wieħed, jenħtieġ li l-Kummissjoni teskludi lil Tarkim mil-lista ta’ produtturi li jintużaw għall-valutazzjoni tal-kostijiet SG & A. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel l-istess għal Hurkimsa Kimya Sanayi ve Ticaret Anonim Sirketi, it-tieni kumpanija miżjuda mill-ġdid mal-grupp ta’ produtturi rappreżentattivi. Hubei Greenhome speċifikat li Tarkim żammet il-flotta tat-trasport tagħha stess u preżumibbilment ipprovdiet servizzi ta’ trasport speċjalizzati lill-klijenti bħala parti mill-ispejjeż operatorji tagħha. Jenħtieġ li dawn l-ispejjeż ma jiġux riflessi fil-kostijiet SG & A minħabba li l-valur normali maħdum jenħtieġ li jirrifletti l-kostijiet f’livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, jiġifieri mingħajr il-kostijiet tat-trasport. |
|
(173) |
Bi tweġiba għall-asserzjoni fil-premessa (172), il-Kummissjoni, qalet li din tinsab fin-natura tal-proċedimenti anti-dumping li l-kunsiderazzjonijiet u l-konklużjonijiet li jirriżultaw jistgħu jinbidlu minn pass għal pass. Wara li rrevediet l-għażla tal-kumpaniji fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul, il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex jiġu rrifjutati ż-żewġ kumpaniji miżjuda mill-ġdid fid-dawl tal-livell tal-kostijiet SG & A tagħhom. Barra minn hekk, fost il-ħdax-il kumpanija elenkati fin-nota f’qiegħ il-paġna tal-premessa (32), hemm kumpaniji b’SG & A u rati tal-profitt relattivament baxxi, li juru li l-Kummissjoni kkalkolat il-medja ponderata tal-SG & A u tal-profitt abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħall-klassifikazzjoni taħt NACE 2014. Barra minn hekk, meta rrevediet l-għażla tal-kumpaniji fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul, il-Kummissjoni sabet li r-rati komposti tal-kostijiet SG & A u tal-profitt ta’ kull waħda mill-ħdax-il kumpanija kienu f’firxiet normali. Fl-aħħar nett, f’din l-asserzjoni, Hubei Greenhome bbażat ruħha fost l-oħrajn fuq is-suppożizzjoni li servizzi ta’ trasport speċjalizzati lill-klijenti bħala parti mill-ispejjeż operatorji ta’ Tarkim. Din il-parti tal-asserzjoni ma kinitx sostanzjata. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda. |
|
(174) |
Wara t-Tieni Nota, Hubei Greenhome tenniet in-nuqqas ta’ qbil tagħha dwar l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, u minflok ipproponiet lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv. Hubei Greenhome rrikonoxxiet li t-Turkija rrapportat volumi akbar ta’ importazzjonijiet tat-toluwen mill-Brażil iżda ħasset li fatturi oħra, b’mod partikolari prestazzjoni aħjar tal-Brażil fil-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali, ħadmu favur il-Brażil. F’dak ir-rigward, Hubei Greenhome rrefera għall-Artikolu 2 (6a) (a),it-2ni subparagrafu, l-1el inċiż tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li f’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed, għandha tingħata preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni qieset li r-raġunament ta’ Hubei Greenhome kien żbaljat. Fuq il-bażi tar-raġunijiet kollha li ssemmew hawn fuq minn premessa (149) ’il quddiem, u peress li t-toluwen huwa l-materja prima ewlenija meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni tqis il-volum tal-importazzjonijiet f’kull pajjiż rappreżentattiv bħala fattur addizzjonali biex tikkonkludi dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv. Tabilħaqq, l-importazzjonijiet rilevanti tat-toluwen mit-Turkija, li l-ebda waħda minnhom ma oriġinat miċ-Ċina, mir-Russja jew minn pajjiż mhux membru tad-WTO, kienu aktar minn seba’ darbiet akbar minn dawk mill-Brażil. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonfermat l-għażla tat-Turkija fuq il-Brażil. |
3.2.4.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(176) |
Kif spjegat hawn fuq, għall-ewwel il-Kummissjoni qieset ħames pajjiżi rappreżentattivi potenzjali: il-Brażil, l-Indoneżja, il-Malażja, il-Messiku u t-Turkija. Kif issemma fil-premessa (153), instab li l-Indoneżja u l-Malażja ma kinux pajjiżi rappreżentattivi xierqa f’dan il-każ minħabba li ż-żewġ volumi sinifikanti importati ta’ toluwen u karbonat tas-sodju miċ-Ċina. Għalhekk, instab li l-importazzjonijiet totali ta’ dawn iż-żewġ materji primi ewlenin instabu kienu distorti kif jidher mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni, li kienu qrib il-prezz tal-importazzjoni korrispondenti miċ-Ċina. Kif ġie spjegat fil-premessa (164), instab li l-Messiku ma kienx pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ minħabba li l-ebda produttur Messikan li jagħmel prodotti kimiċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NACE 2014 ma nstab li kellu data rilevanti faċilment disponibbli. Kif spjegat fil-premessa (175), il-Brażil ma tqiesx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq fid-dawl tal-volumi relattivament baxxi tal-importazzjoni tat-toluwen. Minn dan isegwi li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(177) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
3.2.4.6. Konklużjoni
|
(178) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija biss kienet tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.5. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(179) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott li qiegħed jiġi investigat mill-produttur esportatur u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(180) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża data ppubblikata mill-Istitut tal-Istatistika Tork u mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija Torka biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera u tal-enerġija. |
3.2.5.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(181) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(182) |
Wara l-kummenti tal-ilmentaturi dwar it-Tieni Nota, Hubei Greenhome talbet li l-Kummissjoni tuża l-parametru referenzjarju mingħajr distorsjoni għall-faħam mhux tal-kokk (faħam termali) kif użat minn Hubei Greenhome fil-proċess tal-produzzjoni tagħha, u mhux il-faħam bituminuż li jinkludi l-faħam tal-kokk li jintuża għall-produzzjoni tal-azzar (għalhekk, huwa aktar għali). Il-Kummissjoni aċċettat l-asserzjoni ta’ Hubei Greenhome, peress li dan it-tip ta’ faħam instab li jintuża b’mod komuni għall-proċessi tat-tisħin fil-manifattura ta’ prodotti kimiċi. |
|
(183) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Biex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni użat id-data vverifikata rrapportata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u żiedet il-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp kif iġġarrbu u tqiesu mill-produtturi esportaturi. |
|
(184) |
Minbarra t-Tieni Nota, Hubei Greenhome affermat li l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp jenħtieġ li jiġu raggruppati taħt il-kostijiet SG & A minħabba li skont il-Liġi Kontabilistika Torka huma b’mod ġenerali kklassifikati taħt tali kostijiet SG & A. Jekk il-Kummissjoni qagħdet fuq il-kostijiet SG & A ta’ ħdax-il manifattur kimiku Tork biex tibni l-valur normali użat fil-kalkoli tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, il-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp jistgħu potenzjalment jingħaddu darbtejn meta jiġu raggruppati taħt il-kostijiet ġenerali tal-manifattura. |
|
(185) |
Il-Kummissjoni rrifjutat il-pretensjoni għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, ir-regoli tal-liġi kontabilistika Torka ppreżentati minn Hubei Greenhome ma jipprovdux b’mod ċar li l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp jiġu bbukkjati biss taħt il-kostijiet SG & A. It-tieni, id-data tal-ħdax-il kumpanija kkunsidrati ma tqassamx il-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp taħt il-kostijiet SG & A fir-rapporti finanzjarji disponibbli. Fi kliem ieħor, Hubei Greenhome ma wrietx li l-kostijiet tar-R & Ż ġew inklużi fil-kostijiet SG & A użati mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi r-rati SG & A biex tasal għal ammonti raġonevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (6a) (a) tar-Regolament bażiku. |
Materja prima
|
(186) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. |
|
(187) |
Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (112) |
|
(188) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2.4 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(189) |
Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(190) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun għall-provvista ta’ materja prima bħala persentaġġ tal-kost attwali ta’ tali materja prima, u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
Manodopera
|
(191) |
Il-manodopera hija fattur ta’ produzzjoni li jirrappreżenta bejn 1 sa 2 % tal-kost totali tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni beħsiebha tuża l-istatistika ppubblikata mit-TurkStat, l-istatistika Torka dwar il-kostijiet lavorattivi (113) biex tiddetermina l-pagi fit-Turkija bl-użu tal-informazzjoni dettaljata dwar il-pagi fis-settur tal-produzzjoni għall-2022, għall-attività ekonomika għall-kodiċi NACE 2014 — il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi organiċi bażiċi, li fihom taqa’ l-produzzjoni tal-alkoħol benżiliku, skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. |
|
(192) |
Il-valur medju ta’ kull xahar ġie aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (114) biex jadatta għall-perjodu ta’ investigazzjoni, mill-1 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Settembru 2025. Ir-rata fis-siegħa għall-perjodu ta’ investigazzjoni miksuba wara l-indiċjar tammonta għal CNY 89,64/siegħa. |
Elettriku
|
(193) |
Il-Kummissjoni użat l-istatistiki tal-prezzijiet tal-elettriku ppubblikati mill-EMRA, l-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija tat-Turkija (115) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-elettriku industrijali medji fil-livell ta’ konsum korrispondenti f’kWh li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet il-kost għall-elettriku għall-perjodu ta’ investigazzjoni għal CNY 0,66/kWh. |
Gass naturali
|
(194) |
Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet medji tal-gass naturali f’m 3 mill-istitut tal-istatistika Tork. Dawn il-prezzijiet aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi ppubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (116) biex jadatta għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezz ġie aġġustat biex titneħħa l-VAT ta’ 18 %, peress li l-prezz ikkwotat jinkludi l-VAT. Il-Kummissjoni stabbiliet il-kost għall-elettriku għall-perjodu ta’ investigazzjoni għal CNY 4,63/m3. |
Stim
|
(195) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju għall-istim abbażi tal-parametru referenzjarju kkalkolat għall-gass naturali, meta jitqies li l-unità għall-fwar hija GigaJoule (GJ). GJ waħda tiġi kkonvertita f’m3 ta’ gass abbażi tal-kontenut ġenerali aċċettat ta’ mmbtu (miljun unità termali metrika Brittanika) f’ 1 GJ (117), u l-kontenut ġenerali aċċettat tal-gass naturali f’ 1 mmbtu (118). Il-konsum tal-istim mill-produtturi esportaturi huwa espress f’tunnellati, għalhekk il-Kummissjoni kkonvertiet l-ekwivalenti ta’ 1 GJ f’tunnellati (119). Il-Kummissjoni nnotat ukoll żball klerikali fil-formula ta’ konverżjoni minn GJ f’tunnellati li kien irriżulta fi prezz referenzjarju skorrett tal-fwar fit-Tieni Nota tal-FOP u għalhekk poġġiet fil-fajl matul id-divulgazzjoni minn qabel, verżjoni riveduta tal-Anness V tat-tieni Nota tal-FOP, li tikkoreġi l-iżball. Bl-applikazzjoni tal-parametru referenzjarju għall-gass naturali, il-Kummissjoni stabbiliet parametru referenzjarju ta’ CNY 501,61/tunnellata għall-fwar, kif ippreżentat fit-Tabella 1 hawn fuq. |
|
(196) |
L-ilmentaturi identifikaw l-iżball klerikali fil-kalkolu tal-istim u talbu lill-Kummissjoni tirrevedi l-parametru referenzjarju tal-fwar fit-Turkija skont il-prattika stabbilita tagħha fl-investigazzjonijiet anti-dumping, bħad-dipendenza fuq il-metodoloġija deskritta mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti. |
|
(197) |
Wara l-kummenti tal-ilmentaturi, Hubei Greenhome wieġbet li, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-kalkoli tagħha għall-parametru referenzjarju tal-fwar fit-Turkija, ikun jenħtieġ li tikkalkula parametru referenzjarju għall-istim prodott mill-faħam, filwaqt li sostniet li l-fornitur tal-istim tagħha jipproduċi l-istim bil-faħam minflok bil-gass naturali. Bħala appoġġ għal din l-asserzjoni, Hubei Greenhome pprovdiet kuntratt għax-xiri tal-faħam mill-fornitur tal-istim tagħha li jintuża biex jiġġenera l-istim. Il-Kummissjoni qieset li l-ftehim tal-bejgħ ipprovdut ma weriex l-użu finali tal-faħam mixtri skont dan il-ftehim, u lanqas li l-fornitur tal-fwar juża esklużivament il-faħam għall-produzzjoni tal-fwar mibjugħa. Għalhekk, f’dan l-istadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjoni. |
Faħam
|
(198) |
Fl-ewwel Nota, il-Kummissjoni stabbiliet parametru referenzjarju ta’ CNY 1,01/kg għall-faħam, kif ikklassifikat taħt il-kodiċi tal-Komodità 2701 12 . |
|
(199) |
Minbarra t-Tieni Nota, Hubei Greenhome asseriet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-kodiċi li huwa l-aktar speċifiku għall-faħam li fil-fatt jinxtara u jintuża minn Hubei Greenhome biex tivvaluta l-fattur tal-produzzjoni tal-faħam — li, f’dan il-każ, huwa faħam mhux tal-kokk. Il-faħam tal-kokk (jew “faħam metallurġiku”) għandu kost ogħla mill-faħam mhux tal-kokk u jintuża kważi biss għall-produzzjoni tal-azzar. Il-faħam mixtri minn Hubei Greenhome huwa għall-produzzjoni tal-enerġija, mhux għall-produzzjoni tal-azzar, u għalhekk huwa ċar li jenħtieġ li japplika l-kodiċi HS 2701 12 90 li jkopri l-faħam mhux tal-kokk. Il-Kummissjoni qablet mar-raġunament ta’ Hubei Greenhome u aċċettat l-asserzjoni. |
|
(200) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet tal-faħam mir-Russja lejn il-pajjiż rappreżentattiv minħabba distorsjonijiet sinifikanti. Il-faħam li joriġina mir-Russja huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet, bħal politiki ta’ pprezzar doppju, restrizzjonijiet fuq materja prima kritika u prezzijiet tal-bejgħ tal-esportazzjoni skontati bħala riżultat ta’ sanzjonijiet internazzjonali mmirati lejn l-esportazzjonijiet tal-faħam Russi (120). Dan joħroġ ukoll mill-fatt li 80 % tal-importazzjonijiet totali tal-faħam tat-Turkija joriġinaw mir-Russja bi prezzijiet baxxi, li jagħti lill-importazzjonijiet Russi pożizzjoni dominanti fuq fornituri oħra fit-Turkija u li jnaqqas il-prezzijiet. |
Materjal konsumabbli
|
(201) |
Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni taħt rieżami. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fil-materjal konsumabbli. |
|
(202) |
Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-materjal konsumabbli fil-kost totali tal-produzzjoni u applikat dan il-perċentwal għall-kost tal-produzzjoni kkalkulat mill-ġdid abbażi ta’ parametri referenzjarji. |
Prodott inċidentali
|
(203) |
Fl-ewwel nota, il-Kummissjoni identifikat ħames prodotti sekondarji, jiġifieri l-melħ industrijali, l-epikloroidrin grezz, l-ipoklorit tas-sodju, l-aċidu idrokloriku u d-dibenżil etere. Abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u minħabba s-sehem baxx ta’ xi wħud mill-prodotti sekondarji identifikati bħall-melħ industrijali, l-epikloroidrin grezz, l-ipoklorit tas-sodju u l-aċidu idrokloriku fil-kost totali tal-produzzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal ta’ dawn il-prodotti sekondarji fil-kost totali tal-produzzjoni u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-produzzjoni abbażi ta’ parametri referenzjarji. |
|
(204) |
Il-Kummissjoni identifikat d-dibenżil etere bħala prodott sekondarju miksub mill-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni li jista’ jinbiegħ mingħajr ipproċessar ulterjuri. Il-Kummissjoni użat l-istatistika dwar l-importazzjoni mill-bażi tad-data tal-GTA bħala parametru referenzjarju tad-dibenżil etere. Il-Kummissjoni stabbiliet prezz tal-importazzjoni tad-dibenżil etere mingħajr distorsjoni li jammonta għal CNY 12,62/Kg. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A u profitti |
|
(205) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(206) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun ġew espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba minn dawn il-produtturi. Kif issemma fil-premessa (182), fl-ispejjeż ġenerali tal-manifattura l-Kummissjoni inkludiet il-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp allokati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-persentaġġ li rriżulta ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(207) |
Biex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data finanzjarja għas-sena 2024 għall-ħdax-il kumpanija Torka attivi fil-Kodiċi NACE 2014 u elenkata fin-nota f'qiegħ il-paġna tal-premessa (32), kif ġie estratt minn Orbis. |
Kalkolu
|
(208) |
Abbażi ta’ dak ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(209) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum reali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifiki fuq il-post. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu mal-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif elenkati fit-Tabella 1 hawn fuq. |
|
(210) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt kif innutat fil-premessi minn (206) u (207). Dawn ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji tal-ħdax-il kumpanija elenkati fil-paragrafu (203) hawn fuq. |
|
(211) |
Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, kif hemm spjegat fil-premessa (210) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(212) |
Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet SG&A u l-persentaġġi tal-profitt medji ponderati tal-ħdax-il kumpanija elenkati fil-premessa (203). Il-kostijiet SG&A espressi bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni, ammontaw għal 25,56 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 11,22 %. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(213) |
Billi l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun kienu jesportaw lejn l-Unjoni direttament lil konsumaturi indipendenti, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li fil-fatt tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Tqabbil
|
(214) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
|
(215) |
Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment aktar ’il quddiem, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jerġa’ jinġieb nett fil-livell kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew asseriti, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti li saru fil-valur normali
|
(216) |
Kif spjegat fit-Taqsima 3.2 hawn fuq, il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, l-ebda aġġustament ma kien neċessarju biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel kwalunkwe konċessjoni għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ġew asseriti minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
3.4.2. Aġġustamenti li saru fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(218) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: spejjeż ta’ merkanzija, assigurazzjoni, tqandil tat-tagħbija u spejjeż anċillari. |
|
(219) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu, l-imposti bankarji u l-kummissjonijiet. |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(220) |
Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fil-kampjun li jesportaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(221) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(222) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dak il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(223) |
Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma humiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 66,8 %. |
|
(224) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(225) |
Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi għall-Unjoni li kkooperaw espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-RPĊ lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-istatistiki dwar l-importazzjoni mill-Eurostat fir-rigward tal-kodiċi NM imniżżel fil-premessa (23). |
|
(226) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 90 % tal-importazzjonijiet totali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġini tad-dumping. |
|
(227) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(228) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tliet produtturi li jaqgħu taħt żewġ gruppi distinti fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(229) |
Peress li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’żewġ gruppi ta’ kumpaniji, iċ-ċifri f’din it-taqsima u fit-taqsima li jmiss jingħataw f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. |
|
(230) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal [31 000 - 33 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarji taż-żewġ produtturi inklużi fil-kampjun tal-Unjoni u tat-tweġiba għall-kwestjonarju dwar il-mikroindikaturi. Kif indikat fil-premessa (7), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 95 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.1.1. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(231) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt. |
|
(232) |
Il-Kummissjoni sabet li parti minuri mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet maħsuba għal użu kaptiv. Dan kien jikkonċerna madwar [1–2,5]% tal-produzzjoni tal-Unjoni u produttur wieħed biss. Il-prodott kien sempliċiment ittrasferit (mingħajr fattura), u/jew ikkonsenjati bil-prezzijiet tat-trasferiment, fi ħdan l-istess kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream. |
|
(233) |
Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(234) |
Biex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. |
|
(235) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(236) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità; investimenti; l-ishma; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu mill-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(237) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq is-somma tas-suq ħieles u tas-suq kaptiv. Is-suq inħoloq abbażi tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha kif irreġistrati fil-Eurostat. Is-suq kaptiv jirrifletti t-tranżazzjonijiet kaptivi kif irrapportat mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(238) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(239) |
B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni baqa’ f’livelli stabbli. Irkupra wara t-tnaqqis tal-2023. Fi tmiem il-perjodu kkunsidrat kien 2 % ogħla milli fl-2022. |
|
(240) |
Is-suq kaptiv kien jikkonċerna l-użu kaptiv għall-produzzjoni ta’ taħlitiet għal applikazzjonijiet ta’ kura personali. Dan kien jirrappreżenta sehem żgħir mill-produzzjoni tal-Unjoni u kien stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(241) |
F’dak li għandu x’jaqsam mas-suq ħieles, fl-2023 ċ-ċifri kienu aktar baxx mis-soltu minħabba kwistjonijiet ta’ provvista ta’ forza maġġuri esperjenzati minn produttur wieħed tal-Unjoni, kif ukoll domanda temporanjament aktar dgħajfa tal-Unjoni minħabba tnaqqis ġenerali fl-istokk mill-klijenti li seħħ dik is-sena (121). Altrimenti, il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni kien relattivament stabbli. Kien hemm tkabbir żgħir fit-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat biex laħaq [30 500–32 500] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
1.1.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(242) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volumi importata mqabbla mal-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles skont it-tabella 2. |
|
(243) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità ta’ importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq (%)
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(244) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’manjiera sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat, u żdiedu minn 5 059 tunnellata fl-2022 għal 13 067 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 158 %. |
|
(245) |
Bl-istess mod, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b’aktar mid-doppju, minn madwar [15–20]% fl-2022 għal [39–53]% fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(246) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi ta’ data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data mogħtija mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(247) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(248) |
Il-prezz tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat naqas fil-perjodu kkunsidrat, minn EUR 2 737 tunnellata fl-2022 għal EUR 1 444/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tnaqqis bi kważi EUR 900/tunnellata bejn l-2022 u l-2023 jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-waqgħa fl-ogħla prezzijiet tat-trasport bil-baħar fl-2022 għal livelli aktar normalizzati fl-2023. Madankollu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi issoktaw jonqsu fl-2024 (minkejja ż-żieda fil-kostijiet globali tat-trasport marittimu dik is-sena (122)) u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(250) |
It-tqabbel tal-prezz sar wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskonti. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ aktar minn 18 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Instab li madwar 100 % tal-volumi importanti kienu qed iwaqqgħu l-prezz. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(251) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(252) |
Kif imsemmi fil-premessa (7), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(253) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba tal-kwestjonarju dwar il-makrodata. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(254) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(255) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(256) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(257) |
Bejn l-2022 u l-2023, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’ [20–30]%, minn [37 500–39 500] tunnellata għal [31 000–33 000] tunnellata. Fil-perjodu kkunsidrat, fl-2023 il-produzzjoni laħqet l-aktar punt baxx tagħha. Dan seħħ l-aktar minħabba avveniment ta’ forza maġġuri dik is-sena fir-rigward tal-provvista tal-kloru lil produttur wieħed tal-Unjoni, li ġiegħel lill-kumpanija tnaqqas il-produzzjoni tagħha. |
|
(258) |
Matul il-perjodu l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli. L-għadd ta’ jiem ta’ rotazzjoni rriżulta f’xi fluttwazzjonijiet fil-kapaċità effettiva tal-produzzjoni. Madankollu, il-kapaċità nominali ma nbidlet xejn matul il-perjodu. |
|
(259) |
L-użu tal-kapaċità huwa indikatur importanti tad-dannu għal produttur tal-komoditajiet. Sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat minn [75–85]% fl-2022 għal [65–75]%. Għalkemm l-użu tal-kapaċità jidher li tjieb bejn l-2023 u l-2024, dan kien fil-fatt riflessjoni tat-tmiem tal-inċident ta’ forza maġġuri fl-2023 imsemmi fil-premessa (257) hawn fuq. |
4.5.2.2. Kwantità ta’ bejgħ u sehem mis-suq
|
(260) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(261) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 20 %, minn [20 000–25 000] tunnellata fl-2022 għal [17 000–22 000] tunnellata, minkejja t-tkabbir żgħir fil-konsum tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-bejgħ fl-2023 seħħ parzjalment minħabba avveniment ta’ forza maġġuri dik is-sena fir-rigward tal-provvista tal-kloru lill-produttur ewlieni tal-Unjoni, li ġiegħel lill-kumpanija tnaqqas il-produzzjoni tagħha. |
|
(262) |
Konsegwentement, fil-perjodu ta’ investigazzjoni s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni niżel minn b’madwar 17-il punt perċentwali. |
4.5.2.3. Tkabbir
|
(263) |
L-industrija tal-Unjoni ma wriet l-ebda tkabbir matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, minkejja żieda żgħira fil-konsum tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, naqqset il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħha u tilfet is-saħħa ta’ negozjar, u b’hekk kellha pożizzjoni agħar milli fl-2022. |
4.5.2.4. Impjiegi u produttività
|
(264) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(265) |
Il-livelli ta’ impjieg baqgħu relattivament stabbli, għalkemm minn tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni intilfu għadd żgħir ta’ impjiegi (- 8 %). |
|
(266) |
Minħabba li t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni kien ogħla mit-tnaqqis fil-livelli tal-impjiegi, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-produttività naqset minn [300–400] tunnellata/impjegat fl-2022 għal [250–350] tunnellata/impjegat. |
4.5.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(267) |
Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(268) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(269) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-Kost unitarju tal-produzzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(270) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni naqsu b’aktar minn 30 %, minn EUR [2 500–3 000]/tunnellata fl-2022 għal EUR [1 600–2 000]/tunnellata, f’tentattiv biex ma jintilfux klijenti f’kuntest ta’ żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet dejjem anqas. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità kienu taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni. Mill-2023, id-distakk bejn il-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien sinifikanti, l-ogħla diskrepanza li seħħet matul l-investigazzjoni. |
|
(271) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b’16 %, minn EUR [2 400–2 900]/tunnellata fl-2022 għal EUR [2 100–2 600]/tunnellata. Dan irriżulta min-normalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija (l-ogħla livell fl-2022) u programmi ta’ tnaqqis tal-kostijiet, jiġifieri fi produttur wieħed tal-Unjoni li kien qed jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji. |
4.5.3.2. Spejjeż lavorattivi
|
(272) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(273) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, kien hemm varjazzjoni bejn il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, anki minħabba bidliet fil-bażi tax-xogħol li rriżultaw minn reklutaġġi ġodda u t-twettiq tal-impenji ta’ indiċjar tas-salarji. Fl-2022 il-kostijiet lavorattivi għal kull impjegat kienu relattivament għoljin minħabba l-bonus li tħallas lill-impjegati minn wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun dik is-sena. |
4.5.3.3. Inventarji
|
(274) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Stokks
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(275) |
L-istokks tal-għeluq naqsu b’39 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fir-rigward tal-istokk bħala perċentwal tal-produzzjoni, dan varja bejn 7 % fl-2023, meta d-distakk bejn il-prezzijiet tal-Unjoni u dawk Ċiniżi beda jikber, għal 4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sitwazzjoni sejra għall-agħar tal-produtturi tal-Unjoni wasslet għal azzjonijiet naqqsu l-kapital operatorju fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(276) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(277) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. L-2022 kienet sena mhux tas-soltu meta l-materja prima u l-enerġija kienu għoljin u minħabba t-tfixkil ikkawżat mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna dik is-sena. Madankollu, l-2022 kienet l-unika sena fil-perjodu kkunsidrat li fiha l-produtturi tal-Unjoni għamlu profitti bħala riżultat tal-volumi u l-prezzijiet ikkuntrattati tagħhom u l-preżenza aktar baxxa tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet aktar ġusti. Il-profittabbiltà nbidlet minn pożittiva fl-2022 għal waħda negattiva s-sena ta’ wara u kienet qed tagħmel telf kbir minħabba l-iżviluppi fil-prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni deskritti fil-premessi (270) — (271), użu anqas tal-kapaċità u produzzjoni aktar baxxa biex jiġu assorbiti l-kostijiet fissi. |
|
(278) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-xejra tal-fluss tal-flus nett żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u segwa mill-qrib ix-xejra tal-profittabbiltà u fluttwazzjonijiet fil-livelli tal-istokk. Mill-2023, il-fluss tal-flus nett disponibbli sar qasir wisq anke għall-manutenzjoni u s-sostituzzjoni tal-makkinarju fl-impjanti. |
|
(279) |
Minbarra investiment aktar sinifikanti wieħed li ġej minn deċiżjoni li kienet saret lura fl-2018, l-investimenti tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu kkunsidrat kienu limitati, anki jekk l-investiment kontinwu f’impjant kimiku huwa essenzjali għas-sopravivenza fit-tul u biex ilaħħaq mar-rekwiżiti regolatorji. Dawn il-ftit investimenti ffukaw fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, ir-razzjonalizzazzjoni u t-titjib fl-effiċjenza. |
|
(280) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’hekk jirrifletti x-xejriet deskritti qabel għall-profittabbiltà u l-fluss tal-flus. |
|
(281) |
Il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jżidu l-kapital kienet imxekkla mit-tnaqqis fil-profittabbiltà u fil-fluss tal-flus. Wieħed minnhom kien f’diffikultajiet finanzjarji serji (123). |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(282) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ (34 %) li flimkien mal-kost għoli tal-produzzjoni wasslu biex livell ta’ profitt żgħir tal-2022 inbidel f’telf fl-2023, fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn ix-xejriet irriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fil-fluss tal-flus, fir-redditu fuq l-investiment u fil-livelli ta’ investiment. Minkejja konsum tal-Unjoni b’saħħtu u stabbli, il-perjodu ta’ investigazzjoni ġew osservati wkoll xejriet negattivi sinifikanti fl-indikaturi tal-volum bħall-produzzjoni, li naqsu bi 18 %, il-volum tal-bejgħ, li naqas b’ 21 %, u s-sehem mis-suq, li żdied minn [65–75]% fl-2022 għal [50–60]%. Barra minn hekk, il-livelli tal-użu tal-kapaċità naqsu għal livelli mhux sostenibbli, peress li huma baxxi wisq għal produttur ta’ prodotti kimiċi bażiċi biex jirkupra l-kostijiet rilevanti. Dawn l-iżviluppi ħallew lill-industrija tal-Unjoni f’qagħda dannuża. L-impjiegi fl-Unjoni għebu. L-ebda indikatur eżaminat ma wera żvilupp pożittiv. |
|
(283) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(284) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-fatturi materjali tal-produzzjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(285) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi importati Ċiniżi qabżu b’mod ċar u kostanti lis-suq tal-UE li qed jikber, kif jidher fit-tabella 3. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni tilfet volumi ta’ bejgħ u sehem mis-suq sinifikanti u sorsi oħra ta’ provvista (jiġifieri importazzjonijiet mhux Ċiniżi) sfaxxaw fix-xejn. |
|
(286) |
Fl-2022, l-importazzjonijiet Ċiniżi waslu għal prezzijiet qrib dawk tal-industrija tal-Unjoni. Mill-2023’il quddiem, l-esportaturi Ċiniżi biegħu b’mod permanenti bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu taħt il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(287) |
L-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni eżerċitaw pressjoni kbira fuq il-prezzijiet u l-volum fis-suq tal-UE, li jispjega t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (taħt il-kost tal-produzzjoni). Tabilħaqq, bħala komodità, il-kompetizzjoni fis-suq tal-alkoħol benżiliku hija estremament sensittiva għall-prezzijiet u l-klijenti x’aktarx li jaqilbu għal fornituri alternattivi b’reazzjoni għal bidliet żgħar fil-prezzijiet. |
|
(288) |
It-twaqqigħ tal-prezz huwa sinifikanti meta titqies in-natura sensittiva għall-prezz ta’ komodità omoġenja interkambjabbli bħall-alkoħol benżiliku. Dan irriżulta f’soppressjoni qawwija tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
|
(289) |
It-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ bejgħ dgħajjef il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li joperaw b’mod effiċjenti. L-utilizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-produtturi tal-Unjoni għadha ’l bogħod milli tkun ottimali. In-nuqqas ta’ użu tal-kapaċità tal-produzzjoni fl-2023, fl-2024 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni intensifika t-telf finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni. B’kostijiet tal-produzzjoni importanti mifruxa fuq output iżgħar, il-kostijiet unitarji żdiedu b’mod sinifikanti, u dan aggrava d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(290) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(291) |
Iċ-Ċina kienet konsistentement responsabbli għall-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet fl-Unjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem tagħha tal-importazzjonijiet kien żdied għal 91 % tal-importazzjonijiet kollha. Importazzjonijiet oħra minn pajjiżi terzi kienu limitati fil-volum u oriġinaw prinċipalment mill-Indja, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni sabet li l-importazzjonijiet minn ċerti oriġini kienu bejgħ mill-ġdid sal-punt li tali importazzjonijiet oriġinaw f’pajjiżi mingħajr produzzjoni kummerċjali tal-alkoħol benżiliku (pereż. mir-Renju Unit jew min-Norveġja). |
|
(292) |
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha minn pajjiżi terzi (minbarra ċ-Ċina) kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 12,3 % fl-2022 u bilkemm kienu jirrappreżentaw 4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(293) |
B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu aktar għaljin mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. L-Indja, l-importatur ewlieni tal-pajjiż terz fl-Unjoni wara ċ-Ċina, kellha prezzijiet tal-importazzjoni ogħla fl-Unjoni meta mqabbel maċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat (bl-eċċezzjoni tal-2022). Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani kienu taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum u s-sehem mis-suq tagħhom kienu baxxi. |
|
(294) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b’mod ġenerali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2 Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni
|
(295) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(296) |
Il-produtturi tal-Unjoni u ħafna mill-klijenti tagħhom huma attivi globalment, u għalhekk l-esportazzjonijiet jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(297) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz medju tal-bejgħ għall-esportazzjoni naqas. Il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni varjaw fid-dawl tal-provvista u d-domanda u l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti fid-destinazzjoni u t-taħlita tal-prodotti, filwaqt li ffaċċjaw kompetizzjoni ħarxa mill-prodotti Ċiniżi. |
|
(298) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kkontribwiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni iżda ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li rriżulta mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni rikonoxxut fit-Taqsima 5.1. |
5.2.3 Fluttwazzjoni fil-prezzijiet tal-fatturi materjali tal-produzzjoni
|
(299) |
Il-kost tal-produzzjoni tal-alkoħol benżiliku huwa primarjament xprunat mill-prezz tal-materja prima ewlenija, it-toluwen. Il-kostijiet tal-enerġija, filwaqt li jirrappreżentaw sehem iżgħar mit-toluwen, xorta jikkostitwixxu sehem sinifikanti mill-kost ġenerali tal-produzzjoni. Wara l-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-prezzijiet tal-enerġija żdiedu b’mod konsiderevoli u dan irriżulta f’żieda fil-kost tal-produzzjoni fl-ewwel parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(300) |
L-evoluzzjoni tal-prezzijiet u tal-inputs tal-gass/tal-enerġija fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma setgħetx tispjega t-tnaqqis tant kbir fil-profitti f’dan il-każ, bħal fl-2022, meta l-prezzijiet u l-inputs tal-gass/tal-enerġija laħqu l-ogħla livell. L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf fi żmien meta l-prezzijiet tal-gass/tal-enerġija ġew normalizzati u ġew implimentati inizjattivi ta’ ffrankar tal-kostijiet. |
|
(301) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-fluttwazzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima ewlenija u tal-prezzijiet tal-enerġija ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. F’kundizzjonijiet ekwi, il-produtturi tal-Unjoni kellhom ikunu jistgħu jżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom għal livell sostenibbli/profittabbli, li ma kienx il-każ. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(302) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni setgħet ikkontribwiet għaliha, dan il-fattur ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu. Fatturi oħra, ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(303) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(304) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(305) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (RuŻ) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(306) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet kollha f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni abbażi tal-Profittabilità miksuba mill-produttur tal-Unjoni li kien hemm data fir-rigward tiegħu. Il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 15,8 %. Dan kien il-livell ta’ profittabbiltà li l-produttur tal-Unjoni kiseb fl-2018, l-aktar sena reċenti li fiha l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx affettwata minn importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiż taħt investigazzjoni. |
|
(307) |
Produttur tal-Unjoni wieħed ressaq evidenza li l-livell ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u innovazzjoni tiegħu matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat ir-raġunijiet għaliex kien beda investiment upstream u mbagħad ġir abbandunat. Instab li l-asserzjonijiet kienu ġustifikati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-kost tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni (‘‘IRI’’) taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-Industrija tal-UE u vverifikati mill-Kummissjoni b’kostijiet reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Din id-differenza, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet ta’ anqas minn 1 %. |
|
(308) |
Fir-rigward tal-parti rilevanti, tali perċentwal żdied mal-profitt bażiku ta’ 15,8 % imsemmi fil-premessa (306), li wassal għal profitt fil-mira ta’ [15,9-16,5] %. |
|
(309) |
Abbażi ta’ dan, il-prezz mhux dannuż għal kull tunnellata huwa bejn [EUR 2 350 - EUR 2 950], li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ [15,9-16,5] % għall-kost tal-produzzjoni tal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(310) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza li tressqet flimkien mat-tweġiba għall-kwestjonarju, għal kumpanija waħda l-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ [EUR 25 — EUR 80] għal kull tunnellata għall-kostijiet indiretti tas-CO2. Din id-differenza żdiedet mal-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (309). |
|
(311) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż ta’ [EUR 2 375 - EUR 2 995] kull tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-profitt bażiku ta’ 15,8 % għal produttur wieħed tal-Unjoni inkluż fil-kampjun u l-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (308)) għall-kost tal-produzzjoni tat-tieni produttur tal-Unjoni inkluż fil-lista li kkoopera matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-aġġustamenti skont l-Artikolu 7 (2d) imsemmija fil-premessa preċedenti jikkonċernaw it-tieni produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun biss. |
|
(312) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(313) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi (222) sa (227).
|
|
(314) |
F’dan il-każ, l-ilmentatur asserixxa l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom. |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(315) |
Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
|
(316) |
Madankollu, billi l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu huma ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx neċessarju li dan l-aspett jiġi indirizzat. |
|
(317) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(318) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti u tal-fornituri. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(319) |
Hemm tliet kumpaniji taħt żewġ gruppi li jipproduċu l-alkoħol benżiliku fl-Unjoni li jimpjegaw direttament [100–120] persuna. L-impjanti jinsabu fil-Ġermanja u fin-Netherlands. Il-produtturi kollha tal-Unjoni kkooperaw fl-investigazzjoni u appoġġaw l-impożizzjoni ta’ miżuri. |
|
(320) |
Meta wieħed iqis is-sejba ta’ dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni deskritta fit-taqsima 4.6 ta’ dan ir-Regolament, l-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni ttejjeb il-profittabbiltà tagħha lejn livelli sostenibbli, iżżid l-investiment, u b’hekk terġa’ tikseb pożizzjoni kompetittiva fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni tkun tista’ wkoll terġa’ tikseb is-sehem mis-suq mitluf billi żżid il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni dannuża tal-produtturi tal-Unjoni thedded il-kapaċità tagħhom li jkomplu jipproduċu alkoħol benżiliku fl-Unjoni kemm għall-użu ristrett (volumi limitati) kif ukoll għall-użu fis-suq ħieles. |
|
(321) |
In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jkollu aktar effetti negattivi u sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Id-dipendenza fuq il-prodott tvarja skont is-sit, iżda, minħabba l-livell ta’ integrazzjoni u l-interkonnessjonijiet fost l-istadji tal-produzzjoni, il-problemi f’parti waħda tal-produzzjoni jistgħu jfixklu l-vijabbiltà ta’ impjant sħiħ. L-eżistenza ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun diġà hija mhedda serjament (124), u l-produzzjoni kontinwa tal-alkoħol benżiliku fl-Unjoni hija fil-periklu jekk il-miżuri ma jiġux imposti u t-tnaqqis tal-vijabbiltà tal-industrija ma jitwaqqafx. Dan jirrappreżenta telf irriversibbli ta’ kapaċità industrijali, għarfien u impjiegi kwalifikati. |
|
(322) |
Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-alkoħol benżiliku mill-pajjiżi kkonċernati hija b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(323) |
Il-prodott ikkonċernat jiġi importat lejn l-Unjoni prinċipalment mill-utenti iżda wkoll minn xi distributuri. Ftit distributuri ppreżentaw ruħhom għalkemm l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta tweġibiet għall-kwestjonarju. Gadot Belgium B.V., li toffri soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-katina tal-valur kimiku, laqgħet l-investigazzjoni. |
|
(324) |
Importatur mhux relatat (Fenchem Biochemie GmbH issottometta tweġiba mhux kompluta għall-kwestjonarju u waqqaf il-kooperazzjoni minn hemm’ il quddiem. In-nuqqasijiet fit-tweġiba ma ppermettewx li tintlaħaq konklużjoni dwar l-effetti (jekk kien hemm) tal-miżuri fuq in-negozju tagħha. |
|
(325) |
L-investigazzjoni ma identifikat l-ebda konsegwenza negattiva fuq l-importaturi mhux relatati fl-Unjoni li tista’ tisboq l-impatt pożittiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importaturi fl-Unjoni jenħtieġ li jkomplu jkunu jistgħu jimportaw l-alkoħol benżiliku miċ-Ċina peress li l-objettiv tal-investigazzjoni ma kienx li timblokka l-importazzjonijiet miċ-Ċina iżda li żżid il-prezzijiet tagħhom għal livelli mhux oġġett ta’ dumping. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(326) |
Utent wieħed issottometta tweġiba għall-kwestjonarju u oppona l-miżuri. Il-parti nnutat li l-affiljat Awstrijak tagħha juża l-alkoħol benżiliku bħala materja prima essenzjali fil-produzzjoni ta’ diversi reżini. Il-parti antiċipat żieda sinifikanti fil-kost tal-alkoħol benżiliku minħabba miżuri anti-dumping u tal-fornituri tal-Unjoni tal-alkoħol benżiliku li sussegwentement aġġustaw’ il fuq il-prezzijiet tagħhom hekk kif il-pressjoni kompetittiva mill-importazzjonijiet tonqos. Dan jirriżulta f’bidla lejn reżini importati prodotti b’alkoħol benżiliku bi prezz aktar baxx barra mill-Unjoni. Il-produtturi tar-reżina fl-Unjoni għalhekk isofru minn impatt doppju: kostijiet tal-input ogħla u żieda fil-kompetizzjoni minn importazzjonijiet aktar vantaġġati mill-kostijiet, jiġifieri minn trasferiment tal-iżbilanċ kompetittiv pass ieħor ’l isfel fil-katina tal-valur. Il-parti allegat li kwalunkwe żieda ulterjuri fil-kostijiet tal-materja prima ddgħajjef il-kompetittività tagħha u thedded il-profittabbiltà u f’xi każijiet il-vijabbiltà tal-prodotti downstream tagħha. |
|
(327) |
It-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ dan l-utent żgħir, li jammonta għal inqas minn 1 % tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, ma tissuġġerix li żieda fil-prezz tax-xiri tal-alkoħol benżiliku jkollha impatt materjali fuq l-operazzjonijiet tiegħu. Għal porzjon tal-prodotti tiegħu, il-kostijiet tal-alkoħol benżiliku jirrappreżentaw sehem varjabbli tal-kostijiet tal-prodotti finali (jiġifieri bejn 1 % u 20 %, skont il-prodotti). L-implikazzjonijiet tal-ispejjeż (potenzjali) għal prodotti speċifiċi tal-utent li kkoopera ma nstabux li jiġġustifikaw li wieħed joqgħod lura minn dazji li se jipproteġu lill-manifatturi tal-alkoħol benżiliku tal-Unjoni, li b’mod ċar qed ibatu minn kompetizzjoni inġusta. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-miżuri anti-dumping mhumiex maħsuba biex jagħtu vantaġġ lill-produtturi tal-UE. Il-miżuri anti-dumping għandhom l-għan li jwaqqfu ċerti prattiki kummerċjali inġusti illegali li fixklu l-kundizzjonijiet tas-suq u kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(328) |
B’mod ġenerali, l-investigazzjoni ma identifikatx konsegwenzi negattivi fuq l-utenti mhux relatati fl-Unjoni li tista’ tisboq l-impatt pożittiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, il-miżuri jiżguraw il-provvista lokali u jevitaw id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi. Tali dipendenza jista’ jkollha effetti devastanti fil-każ, pereżempju, ta’ bidliet f’miżuri strateġiċi jew problemi loġistiċi li jaffettwaw l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
7.4. Interess tal-fornituri
|
(329) |
L-ebda assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-fornituri ma ppreżentat tweġibiet għall-kwestjonarju. |
|
(330) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri jkunu ta’ benefiċċju għall-fornituri fl-Unjoni peress li se tiġi żgurata d-domanda lokali għal materja prima bħat-toluwen u l-kloru. Il-kontinwazzjoni tal-impjanti tal-alkoħol benżiliku fl-Unjoni se tappoġġa lill-kumpaniji lokali li jipprovdu servizzi (lill-produtturi tal-Unjoni) bħall-manutenzjoni, l-ispare parts u l-makkinarju. |
7.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(331) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-alkoħol benżiliku li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(332) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(333) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħol benżiliku li joriġinaw mir-RPĊ, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(334) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(335) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operazzjonali ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli “għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(336) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”. |
|
(337) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jistgħu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(338) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Fit-tali ċirkostanzi u sakemm il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti tista’ tibda investigazzjoni kontra l-evażjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(339) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(340) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex. |
|
(341) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(342) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni saret disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web tad-DĠ Kummerċ U Sigurtà Ekonomika. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(343) |
Qianjiang Xinyihong sostniet li l-kalkolu tal-parametru referenzjarju għall-prodotti sekondarji kien qed iżid b’mod żbaljat il-kost tal-produzzjoni, u b’hekk irriżulta f’valur normali ogħla. Il-Kummissjoni aċċettat l-asserzjoni u rrevediet il-kalkoli kif xieraq. |
|
(344) |
Hubei Greenhome nnotat żball klerikali wieħed relatat mal-kostijiet tal-immaniġġjar u dawk awżiljarji, kif irrapportat fl-elenkar tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi tal-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni aċċettat l-asserzjoni u rrevediet il-kalkoli kif xieraq. |
|
(345) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-importazzjonijiet tal-prodott upstream dirett tal-alkoħol benżiliku, jiġifieri l-klorur tal-benżil li bħalissa qiegħed jonqos, fost prodotti oħra, taħt il-kodiċi NM 2903 99 80 , il-Kummissjoni tqis xieraq li tintroduċi kodiċi TARIC speċifiku għall-finijiet ta’ monitoraġġ. Din il-miżura se tippermetti lill-Kummissjoni tiġbor statistika preċiża u dettaljata dwar il-flussi kummerċjali, tivvaluta x-xejriet tas-suq, u tidentifika kwalunkwe ċirkomvenzjoni potenzjali tal-miżuri għad-difiża tal-kummerċ. L-introduzzjoni ta’ dan il-kodiċi TARIC hija għal skopijiet ta’ monitoraġġ biss u ma timponi l-ebda dazju jew restrizzjoni addizzjonali fuq l-importazzjonijiet f’dan l-istadju. |
|
(346) |
Il-kodiċi TARIC speċifiku jenħtieġ li jkun strutturat b’mod li jiddistingwi l-klorur tal-benżil minn prodotti oħra taħt l-istess intestatura NM, filwaqt li jiżgura l-ġbir preċiż tad-data. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment id-data miġbura taħt dan il-kodiċi biex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata azzjoni ulterjuri, bħall-bidu ta’ investigazzjoni anti-dumping jew antisussidji. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(347) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(348) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħol benżiliku (magħruf ukoll bħala fenilmetanol, benżenmetanol, fenilkarbinol u idrossitoluwen), alkoħol aromatiku, li bħalissa jaqa’ taħt in-numru tal-kodiċi NM 2906 21 00 , li normalment jaqa’ taħt is-CUS 0011660-9, CAS RN 100-51-6, u joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Dazju anti-dumping provviżorju (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Hubei Greenhome Materials Technology, Inc. |
71,2 |
88FF |
|
Qianjiang Xinyihong Organic Chemical Co., Ltd. |
52,6 |
88FG |
|
Chongqing Zoteq Aroma Chemical Co., Ltd, |
66,8 |
88FH |
|
Hubei Kelin Bolun New Materials Co., Ltd, |
66,8 |
88FI |
|
Tianjin Dacals Chemical Co., Ltd. |
66,8 |
88FJ |
|
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
71,2 |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-volum ta’ alkoħol benżiliku mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Għall-fini tal-monitoraġġ tal-importazzjonijiet tal-prodott upstream dirett tal-alkoħol benżiliku, jiġifieri l-klorur tal-benżil, qed jiġi introdott il-kodiċi TARIC li ġej:
|
2903 |
- Derivattivi aloġenati ta’ idrokarburi aromatiċi: |
|
2903 99 |
- - Oħrajn: |
|
2903 99 80 81 |
- - - Klorur tal-benżil |
2. L-importazzjonijiet taħt il-kodiċi TARIC 2903 99 80 81 għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza biex il-Kummissjoni tkun tista’ ssegwi x-xejriet statistiċi tal-importazzjonijiet tal-prodott upstream dirett tal-alkoħol benżiliku li huwa soġġett għad-dazju anti-dumping proviżorju tal-Artikolu 1, f’konformità mal-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (125).
3. Il-miżuri ta’ sorveljanza introdotti mill-paragrafu 1 għandhom jieqfu meta d-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-alkoħol benżiliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jintemm jew jiskadi.
Artikolu 3
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/362.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2025/6741, 19.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6741/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/362 tas-17 ta’ Frar 2026 li jagħmel l-importazzjonijiet tal-alkoħol benżiliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni bil-ħsieb li jippermetti l-imposta ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2026/362, 18.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/362/oj).
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2835.
(5) Koruma Temizlik Anonim Sirketi, Polen Un Ve Gida Katki Maddeleri Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, Tarimsal Kimya Teknolojileri Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, Sora Kozmetik Sanayi Ticaret Anonim Sirketi, Kimsan Petrokimya Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi, Hurkimsa Kimya Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi, Biolab Endustriyel Kimya Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, Verateks Boya Kimya Tekstil Sanayi Ticaret Limited Sirketi, Befchem Kimyevi Maddeler Sanayi Ticaret Anonim Sirketi, Nc Istanbul Kimyevi Urunler Sanayi Ticaret Limited Sirketi u Merko Kimya Gida Sanayi ve ticaret limited Sirketi (Orbis).
(6) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final.
(7) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 57 sa 64.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1064 tad-9 ta’ April 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti esteri tal-fosfat tal-alkil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(9) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 79.
(10) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 92 sa 94.
(11) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 95.
(12) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 96 sa 98.
(13) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 99 sa 102.
(14) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 106.
(15) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 107 sa 109.
(16) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 112 sa 116.
(17) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 117 sa 121.
(18) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 122 sa 125.
(19) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 126.
(20) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 126 sa 130.
(21) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 131.
(22) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 132.
(23) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 135 sa 137.
(24) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafu 138.
(25) L-ilment (il-verżjoni miftuħa), il-paragrafi 139 sa 140.
(26) Rapport — Kapitolu 2, p. 7.
(27) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 7–8.
(28) Ara fuq: http://finance.people.com.cn/n1/2026/0128/c1004-40654753.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(29) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10, 18.
(30) Disponibbli fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026 ).
(31) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 29–30.
(32) Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 57, 92.
(33) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 149–150.
(34) Ir-Rapport – Il-Kapitolu 6, p. 153 -171.
(35) Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 204–205.
(36) Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 207–208, 242–243.
(37) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 19–24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99–100, il-Kapitolu 5, p. 130–131.
(38) Ara fuq: http://www.greenhomechem.com/ (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(39) Ara fuq: https://www.chinaorganic.com/ (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(40) Ara ir-rapport annwali 2025 ta’ Hengli Petrochemicals, p.67, li jinsab hawn: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2026/2026-4/2026-04-15/12087185.PDF, (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(41) Ara fuq: http://www.sinopec.com/listco/en/000/000/042/42474.shtml (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(42) Ara fuq: http://www.sinochemhx.com/shxsen/ywgl/zycp/hcszb/jyxpe/A076003001005002Gone1.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(43) Ara fuq: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(44) L-Art. 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 47-50.
(45) L-14-il FYP dwar il-materja prima, it-Taqsimiet IV.3 u IV.1, disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(46) Ara hawn: https://gxt.fujian.gov.cn/jdhy/zxzcfg/gjzcfg/202510/P020251015562784139701.pdf, (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(47) Ara hawn: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211201/1191133.shtml , (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(48) Ara hawn: https://www.ndrc.gov.cn/fggz/fzzlgh/dffzgh/202104/P020210427315108290779.pdf (aċċessat fid-19 ta’ Mejju 2026).
(49) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 24–27.
(50) Ara hawn: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(51) Ibid.
(52) Ara hawn: http://www.cpcif.org.cn/detail/d69629a0-ada2-44b4-86be-4505e97b0ace (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(53) Ara hawn: http://www.cpcif.org.cn/list/40288043661dc14701661de263df0018 (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(54) Ara hawn: http://www.cpcif.org.cn/list/40288043661dc14701661ddbe0980010 (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(55) Ibid.
(56) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 40.
(57) Għal eżempju ara: Blanchette, J. - Xi's Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, Nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.
(58) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41.
(59) Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(60) Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(61) Financial Times (2020) — Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://www.ft.com/content/582411f6-fc3b-4e4d-9916-c30a29ad010e?syn-25a6b1a6=1 (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(62) Ara hawn: https://www.wuhan.gov.cn/sy/whyw/202106/t20210630_1729512.shtml (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(63) Ara hawn: http://www.sinopec.com/u/cms/gfyw/202411/27092756kosx.pdf p. 26 (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(64) Ara hawn: http://www.sinopecgroup.com/group/000/000/067/67517.shtml, (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(65) Ara hawn: http://www.sinopecgroup.com/group/000/000/041/41878.shtml (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(66) Ara hawn: https://www.sinochem.com/sinochem/guwm/zlzz/ds/A031002002002Gone1.html (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(67) Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, it-Taqsimiet 14.1 sa 14.3.
(68) Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 56–57, 99–100-, .
(69) Ara hawn: https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(70) Ibid. It-Taqsima III.8.
(71) Ara hawn: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(72) Ibid. Ara t-Taqsimiet IV.2 u IV.3.
(73) Ara hawn: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2022/art_4ef438217a4548cb98c2d7f4f091d72e.html (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(74) Ara hawn: https://jxt.hubei.gov.cn/fbjd/xxgkml/jhgh/202203/t20220325_4056642.shtml (aċċessat fit-19 ta’ Mejju 2026).
(75) Ara hawn: https://jxt.hubei.gov.cn/fbjd/xxgkml/jhgh/202209/t20220906_4295137.shtml (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(76) Ibid.
(77) Ara hawn: http://www.greenhomechem.com/ (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(78) Ara hawn: https://www.chinaorganic.com/ (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(79) Ara hawn: https://en.chinaorganic.com/base/3.html (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(80) Ara hawn: https://jxt.hubei.gov.cn/bmdt/szgz/202103/t20210329_3426767.shtml, (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(81) Ara fuq: https://english.www.gov.cn/news/202406/19/content_WS6672c84ac6d0868f4e8e8531.html#:~:text=China%20will%20scale%20up%20support,of%20Industry%20and%20Information%20Technology (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(82) Ara hawn: http://gxt.shandong.gov.cn/module/download/downfile.jsp?classid=0&filename=17e54531cb74483596b5cca1a40ec8d8.pdf (aċċessat fit-23 ta’ Marzu 2026).
(83) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 171–179.
(84) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 260–261.
(85) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 257–260.
(86) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 252–254.
(87) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.
(88) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 366.
(89) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 370–373.
(90) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 137–140.
(91) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 146–149.
(92) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 149.
(93) GOC Ad hoc Support to Banks," Official announcement, Ministry of Finance, China, 29 ta’ Marzu 2025 https://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202503/t20250329_3961036.htm (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(94) Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni tat-28 ta’ Awwissu 2020: Pjan ta’ azzjoni ta’ tliet snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020–2022): http://www.hunan.gov.cn/zqt/zcsd/202009/t20200914_13727273.html
(aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-Taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin iridu jkunu ġew diskussi mill-Kumitat tal-Partit qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew il-maniġment superjuri”.
(95) Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020: https://www.beijing.gov.cn/zhengce/zhengcefagui/qtwj/202204/t20220407_2656358.html (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(96) Ara hawn: https://www.gov.cn/zhengce/content/202511/content_7047643.htm (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(97) Ibid, it-Taqsima 11.
(98) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 157–158.
(99) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 150–152, 156–160, 165–171.
(100) OECD (2019), Stħarriġ Ekonomiku tal-OECD: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:
https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(101) http://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202006/t20200618_3534446.htm
(aċċessat fl-20 ta’ Mejju 2026).
(102) Data Miftuħa tal-Bank Dinji, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(103) EUROPA - Kompetizzjoni - Lista’ ta’ kodiċijiet NACE.
(104) Il-lista ta’ produtturi ġiet aġġornata bejn l-Ewwel Nota u t-Tieni Nota minħabba r-riklassifikazzjoni tal-attivitajiet mill-Orbis, is-sors tal-intelligence finanzjarja.
(105) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/114 tal-15 ta’ Jannar 2026 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-alumina fuża li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2026/114, 16.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/114/oj), fil-premessa (70) fejn huwa ddikjarat li “il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid l-għażla tagħha li tidentifika kumpaniji b’attivitajiet aktar teknikament u ekonomikament komparabbli mal-produzzjoni tal-alumina fuża, anke jekk ikklassifikati taħt il-kodiċi NACE 24.1 li huwa differenti iżda relatat”.
(106) Il-Kummissjoni identifikat xi diskrepanzi bejn it-Tieni Nota u l-annessi tagħha. Il-valuri korretti ġew ipprovduti oriġinarjament fl-annessi tat-Tieni Nota u fit-tabella 1 ta’ hawn fuq.
(107) https://connect.spglobal.com/
(108) Fit-Tieni Nota, il-kloru likwidu ssemma bi żball kemm fl-oġġetti tal-konsum kif ukoll fl-Anness I bil-fatturi tal-produzzjoni. Il-Kloru Likwidu jiġi ttrattat bħala konsumabbli.
(109) http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrija għall-istampa => agħżel l-Indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi
(110) epdk.gov.tr = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel id-deċiżjonijiet tal-bord tas-Suq tal-Elettriku
(111) Kien hemm żball klerikali fil-kalkolu tal-parametru referenzjarju tal-istim fit-Tieni Nota. Il-parametru referenzjarju tal-istim ġie stabbilit għal CNY 501,61/tunnellata.
(112) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(113) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2022-49571.
(114) TurkStat, Indiċijiet tal-Input tax-Xogħol, Trimestru IV: Ottubru-Diċembru, 2025 - https://veriportali.tuik.gov.tr/en/press/57965.
(115) epdk.gov.tr = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel id-deċiżjonijiet tal-bord tas-Suq tal-Elettriku.
(116) http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrija għall-istampa => agħżel l-Indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi.
(117) Konverżjoni ta’ gigajoule għal miljun Btu — Konverżjoni ta’ Unitajiet ta’ Kejl (convertunits.com/from/gigajoule/to/million+Btu).
(118) Konverżjoni + Ċart tal-Gass Naturali MMBTU To m3 u m 3 lejn MMBTU (learnmetrics.com).
(119) Konverżjoni ta’ gigajoule għal tunnellata — Konverżjoni ta’ Unitajiet ta’ Kejl (convertunits.com/from/gigajoule/to/tons).
(120) Export restrictions on critical raw materials | OECD; Prices and costs – Coal 2025 – Analysis - IEA.
(121) https://lanxess.com/en/investors/news-and-events/news/2023/11/07/17/19/persistently-weak-demand-impacts-third-quarter.
(122) Sors tal-evoluzzjoni tal-kostijiet tat-trasport marittimu: https://unctad.org/news/high-freight-rates-strain-global-supply-chains-threaten-vulnerable-economies u r-Review of maritime transport 2025, UNCTAD, disponibbli fuq https://unctad.org/publication/review-maritime-transport-2025.
(123) https://www.denieuwestermaastricht.nl/chemische-fabriek-in-financiele-problemen/
(124) https://www.denieuwestermaastricht.nl/chemische-fabriek-in-financiele-problemen/
(125) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1857/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)