|
7.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10078 — Cargotec/Konecranes)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 215/08)
1.
Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cargotec Corporation (“Cargotec”, il-Finlandja), |
|
— |
Konecranes plc (iktar ’il quddiem “Konecranes”, il-Finlandja). |
Cargotec tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Konecranes.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cargotec: toffri tagħmir u servizzi b’mod partikolari għall-immaniġġar tal-merkanzija fil-portijiet, fit-terminals, u għat-trasport bil-baħar u bit-triq. L-attivitajiet ewlenin ta’ Cargotec huma maqsuma fi (i) in-negozju ta’ Kalmar, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tal-merkanzija u soluzzjonijiet awtomatizzati tat-terminals; (ii) Hiab, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tat-tagħbija fit-triq; u (iii) MacGregor, li jipprovdi soluzzjonijiet u servizzi ta’ inġinerija għall-industrija marittima, |
|
— |
Konecranes: toffri tagħmir u servizzi b’mod partikolari għall-irfigħ u l-immaniġġar tal-merkanzija fit-tarzni, fil-portijiet u fit-terminals. L-attivitajiet ewlenin ta’ Konecranes huma maqsuma fi (i) in-negozju ta’ Port Solutions, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tal-containers u t-teknoloġija ta’ awtomatizzazzjoni; (ii) Industrial Equipment, li joffri paranki, krejnijiet u soluzzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ materjal għall-industriji tal-manifattura u tal-ipproċessar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10078 — Cargotec/Konecranes
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).