European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4999

28.9.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Settembru 2026

li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali għall-Awstrija

(C/2026/4999)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-10 ta' Ottubru 2025 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali għall-perjodu mill-20 ta' Ottubru 2025 sad-19 ta' Ottubru 2030.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Johanna RACHBAUER, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tat-trade unions.

(3)

L-Awstrija nnominat kandidata għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Sophia MARCIAN-EROGLU hija maħtura membru tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali minflok is-Sa Johanna RACHBAUER għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fid-19 ta' Ottubru 2030.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (ĠU C, C/2025/5609, 15.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5609/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4999/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)