Official Journal L 038 , 13/02/2003 P. 0038 - 0039
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali għal l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emend mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1]. (2) Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi struttura ġenerali sabiex tinforma u tikkonsulta lil ħaddiema fil-Komunità Ewropea [2] għandha tiġi nkorporata ġol-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 32e (id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE) t'L-Anness XVIII tal-Ftehim: "32f. 32002 L 0014: Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi struttura ġenerali sabiex tinforma u tikkonsulta lil ħaddiema fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 29)." Artikolu 2 It-testijiet tad-Direttiva 2002/14/KE bil-lingwi Islandiċi u Norveġiċi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Diċembru 2002, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-, Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 266, tat-3.10.2002, p. 61. [2] ĠU L 80, tat-23.3.2002, p. 29. [3] Il-kondizzjonijiet kostituzzjonali meħtieġa indikati. --------------------------------------------------