|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4085 |
16.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1443, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1444 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
(C/2025/4085)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1443 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1444 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jenħtieġ li dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 u fir-Regolament (UE) 2024/2642 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jidhru fl-entrati rilevanti fl-Annessi msemmija hawn fuq.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni fiżiċi u ġuridiċi għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi friżati għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex terġa' titqies id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq, fl-indirizz li ġej qabel il-15 ta' Awwissu 2025.
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(2) ĠU L, 2025/1443, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1443/oj.
(3) ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.
(4) ĠU L, 2025/1444, 15.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1444/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4085/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)