<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0800764301.case.xml"><NO.CASE>C-116/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0116</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7645</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7664</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-116/06</LEFT><RIGHT>KIISKI</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20070315">15 ta' Marzu 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa originali: il-ċermaniż</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tagħti I-opportunità li jkompli jiġi ppreċiżat l-istatus ġuridiku ta' ħad-diema nisa tqal fid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ingħata leave tal-ġenituri għall-edukaz-zjoni tat-tfal fuq talba ta' S. Kiiski, għalliema Finlandiża, biex tkun tista' tieħu ħsieb lewwel tifel tagħha<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bil-Finlandiż: <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>hoitovapaa<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>. Kif ġie indikat matul is-seduta</P><P>quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-leave fil-Finlandja jaqa' taħt il-kategorija ta' leave għall-familja li jinkludi wkoll il-leave tal-ġenituri (bil-Finlandiż: <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>vanhempainloma<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) kif ukoll il-leave tal-maternità.</P></NOTE>. Madankollu, qabel ma ħarġet bil-leave tal-ġenituri għall-edukaz-zjoni tat-tfal, S. Kiiski sar et taf li kienet reġgħet ħarġet tqila. Għaldaqstant, hija ħasbet li torganizza l-mod kif tieħu ħsieb it-tifel tagħha b'mod differenti minn kif kienet ippjanat originarjament u talbet li jitqassar ittul tal-leave għall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħatalha. Min iħaddimha madankollu rrifjuta li jilqa' din it-talba fuq il-bażi li bidla fittül tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, ladarba dan ikun ingħata, hija possibbli biss għal raġuni legittima u li ttqala ġdida ma kinitx tikkostitwixxi tali raġuni. Talba ulterjuri li sar et minn S. Kiiski waqt li hija diga kienet qiegħda bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal u li kienet intiża sabiex jintemm dan il-leave u sabiex tingħata l-leave tal-maternità ġiet ukoll miċħuda għall-istess raġuni.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, S. Kiiski thoss li saret diskriminazzjoni kontriha fuq bażi ta' sess u li nkisru d-drittijiet tagħha bħala ħaddiema tqila. Hija titlob essenzjalment li, fuq il-bażi tat-tqala tagħha, tingħata trattament differenti minn dak mogħti lill-ħaddiema l-oħrajn, irrispettivament mis-sess tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku ta' din il-kawża fid-dritt Komunitarju jikkonsisti, minn naha, fid-<?PAGE NO="I-7646"?>Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-<DATE ISO="19760209">9 ta' Frar 1976</DATE> dwar l-implementazzjoni tal-prin-ċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u nnisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="039" DATE.PUB="1976" PAGE.FIRST="40">ĠU L 39, p. 40</REF.DOC.OJ> (iktar 'il quddiem: id-Direttiva 76/207).</P></NOTE> fil-verż-joni tad-Direttiva 2002/73/KE<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Id-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020923">23 ta' Settembru 2002</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" DATE.PUB="2002" PAGE.FIRST="15">ĠU L 269, p. 15</REF.DOC.OJ>; iktar 'il quddiem: id-Direttiva 2002/73).</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, fid-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-<DATE ISO="19921019">19 ta' Ottubru 1992</DATE> dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 348, p. 1</REF.DOC.OJ> (iktar 'il quddiem: id-Direttiva 92/85).</P></NOTE>. Għandha tissemma' wkoll id-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-<DATE ISO="19960603">3 ta' Ġunju 1996</DATE> dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u l-ETUC<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1996" PAGE.FIRST="4">ĠU L 145, p. 4</REF.DOC.OJ> (iktar 'il quddiem: id-Direttiva 96/34 jew il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/207 fil-verżjoni tagħha emendata bid-Direttiva 2002/73:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-prinċipju ta' trattament ugwali għandu jfisser li m'għandu jkun hemm lebda diskriminazzjoni tkun xi tkun fuq bażi ta' sess sew direttament kif ukoll indirettament b'referenza b'mod partikolari għall-istatus konjugali jew tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, ittifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>diskriminazzjoni diretta: meta persuna waħda hija ttrattata anqas favorevolment fuq bażi ta' sess minn [kif persuna] oħra hija, kienet jew tista' tiġi ttrattata fsitwazzjoni paragunabbli,</P></ITEM><ITEM><P>diskriminazzjoni indiretta: meta dispo-żizzjoni, kriterju jew prattika apparentament newtrali tista' tqiegħed persuni ta' sess minnhom fi żvantaġġ partikolari meta pparagunati ma persuni tas-sess liehor, kemm-il darba dik id-dispożiz-zjoni, kriterju jew prattika ma tkunx ġustifikata b'mod oġġettiv minn mira legittima, u I-mezzi biex jtintlahaq din il-mira ma jkunux xierqa u meħtieġa,</P></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tannisa, b'mod partikolari rigward tqala u maternità.</TXT><P>Mara bil-leave ta' maternità għandha tkun intitolata, wara t-tmiem tal-perjodu ta' leave<?PAGE NO="I-7647"?> ta' maternità tagħha, li tmur lura għax-xogħol tagħha jew għall-post ekwivalenti skond it-ter mini u kondizzjonijiet li mhumiex anqas favorevoli għaliha u li tibbenefika minn kull titjib fü-kondizzjonijiet tax-xogħol li għalihom kienet tkun intitolata waqt lassenza tagħha.</P><P>Trattament anqas favorevoli ta' mara relatat mat-tqala jew leave ta' maternità fis-sens tad-Direttiva 92/85/KEE għandu jikkostitwixxi diskriminazzjoni fis-sens ta' din id-Direttiva.</P><P>Din id-Direttiva għandha wkoll tkun min-għajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/34/KE [...] u tad-Direttiva 92/85/KEE [...]<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/85 jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Leave tal-Maternità</P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema fissens ta' l-Artikolu 2 huma intitolati għal żmien kontinwu ta' leave tal-maternità ta' mill-inqas 14-il ġimgħa, allokati qabel u/jew wara l-ħlas skond il-liġi u/jew prattika nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-leave tal-maternità stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi leave tal-maternità obbligatorju ta' mill-inqas ġimagħtejn qabel u/jew wara l-ħlas skond il-leġislazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85 jgħid (siltiet):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Drittijiet marbuta mal-kuntratt ta' l-impjieg</P><P>Sabiex jiġi ggarantit għall-ħaddiema, fis-sens ta l-Artikolu 2, l-eserċizzju tad-drittijet talprotezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tagħhom kif rikonoxxuti f'dan l-Artikolu, għandu jiġi provdut illi:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fil-każ imsemmi fl-Artikolu 8, dan li ġej għandu jiġi żgurat:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-drittijiet konnessi mal-kuntratt ta' l-impjieg tal-ħaddiema fis-sens ta' l-Artikolu 2, barra minn dawk imsemmija f'punt (b) hawn taħt;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7648"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-manteniment ta' hlas ta', u/jew intitolament, għal allowance xierqa għal, ħaddiema fis-sens ta' l-Artikolu 2;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>l-allowance msemmija fil-punt 2(b) għandha titqies bħala xierqa jekk tiggarantixxi dħul mill-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiema kkonċernata kienet tirċievi kieku waqfet temporanjanient mill-attivitajiet tagħha għal raġunijiet ta' saħħa, soġġetta għal kuli limitu stabbilit taħt il-leġislazzjoni nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw iddritt għall-ħlas jew għall-allowance msemmija fil-punti 1 u 2(b) għall-kundizzjoni li l-ħaddiema kkonċernata tissoddisfa l-kondizzjonijiet ta' eliġibilità għal dawn il-benefiċċji skond il-leġislaz-zjoni nazzjonali</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħu taħt lebda ċirkostanza jipprovdu għal perijodi ta' impjieg preċedenti iktar minn 12-il xahar immedjatament qabel id-data preżunta tal-ħlas.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri anness mad-Direttiva 96/34 jinkludi din iddikjarazzjoni fil-paragrafu 6 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Billi miżuri biex jiġu rrikonċiljati ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-ħajja familjari għandhom jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta' modi ġodda flessibbli fl-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ħin li jkunu iktar adatti għall-bżonnijiet [li] qed jinbidlu tas-soċjetà u li [għandhom j]ieħ[d]u inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet kemm ta' l-impriża kif ukoll tal-ħaddiema<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skond il-Klawsola 2(3) tal-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri, il-kundizzjonijiet ta l-aċċess u r-regoli dettaljati għall-appli-kazzjoni tal-leave tal-ġenituri għandhom ikunu definiti mil-liġi u/jew bi ftehim kollettiv fl-Istati Membri, sakemm il-ħtiġijiet minimi ta' dan il-ftehim ikunu mħarsa. L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jist-għu, b'mod partikolari, skond il-paragrafu (e) ta l-imsemmija Klawsola 2(3):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>jiddefinixx[u] ċ-ċirkostanzi li fihom min iħaddem, wara konsultazzjoni skond il-liġi-jiet, il-ftehim kollettiv u l-prattiċi nazzjonali, ikollu l-permess li jipposponi l-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri għall-raġunijiet ġustifi-kati li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjoni ta' l-impriża (eż. meta xogħol huwa ta' natura staġjonali, fejn ma jkunx jinstab sostitut filperijodu ta' l-avviż, u meta proporzjon sinifikanti tal-forza tax-xogħol tapplika flistess ħin għal-leave tal-ġenituri, meta lfunzjoni speċifika hija ta' importanza strate-ġika) [...]<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7649"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Klawsola 2(7) tal-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri tistab -bilixxi r-regola li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>L-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt ta' l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol għall-perijodu tal-leave tal-ġenituri<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Id-dritt nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 29 tal-Liġi Finlandiża dwar l-uffiċjali komunali<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Laki kunnallisesta viranhaltijasta.</P></NOTE>, l-uffiċjali kkon-ċernati għandhom dritt għal leave tal-ġeni-turi għall-edukazzjoni tat-tfal, kif previst mill-Artikoli 1 sa 8 tal-Kapitolu 4 tal-Ligi Finlandiża dwar il-kuntratti ta' impjieg<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Työsopimuslaki.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-ftehim kollettiv komunali<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Kunnallinen yleinen virka-ja työehtosopimus.</P></NOTE> li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-uffiċjali għas-snin 2003/2004 applikabbli fil-belt ta' Tampere (iktar 'il quddiem il-ftehim kollettiv) jirr eferi, għal dak li jirrigwar da l-leave tal-ġenituri, għal-Liġi dwar il-kuntratti ta' impjieg. Barra minn hekk, skond l-Artikoli 11 u 12 tal-Kapitolu V ta' l-imsemmi ftehim kollettiv, l-uffiċjal għandu d-dritt, għal raġuni imprevedibbli u legittima, li, fuq talba tiegħu, jikseb bidla fid-data u fit-tul tal-leave għall-edukazzjoni tat-tfal li jkun ingħatalu. Kull bidla imprevedibbli u essenzjali fil-possibiltajiet prattiċi li wiehed jiehu hsieb wild, liema bidla l-uffiċjal ma setax jiehu in kunsiderazzjoni fil-mument meta talab il-leave tal-ġenituri, hija meqjusa bħala raġuni legittima<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Din ir-regola tidher li hija konformi wkoll max-xogħol preparatorju relattiv għall-Artikolu 4 tal-Kapitolu IV tal-Liġi dwar il-kuntratti ta' impjieg li tirregola d-dritt għal leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal; il-qorti tar-rinviju u l-Gvern Finlandii jirreferu f'dan ir-rigward għall-Abbozz ta' Ligi Nru 37/1998.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skond ir-regoli għall-applikazzjoni tal-ftehim kollettiv fuq imsemmi, ir-raġunijiet legittimi jinkludu, per eżempju, il-fatt li l-wild jew il-ġenitur l-ieħor jimrad serjament jew imut u d-divorzju. Min-naħa l-oħra, ittrasferiment f lokalita oħra, relazzjoni ta' xogħol ġdida jew tqala ġdida mhumiex ġeneralment meqjusa bħala raġunijiet legittimi. Jekk jintemm il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, l-uffiċjal għandu jerga' jidħol għax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ftehim kollettiv jipprovdi, skond l-ispjegazzjonijiet mogħtija fid-digriet tar-rinviju, li f' każ ta' mard, ilhaddiem għandu dritt għas-salarju shih tiegħu għal 60 jum u għal żewġ terzi tassalar ju tiegħu għal 120 jum.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7650"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skond l-ispjegazzjonijiet addizzjonali mogħtija mill-Gvern Finlandiż, ħaddiema għandha dritt fil-Finlandja għall-allowance tal-maternità, indipendentement mill-kwistjoni jekk ikunx ingħatalha leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal jew le. Din l-allowance tiddependi mis-salarju u hija kkalkulata fuq il-bażi ta' l-istess regoli li jintużaw għall-allowance ta' kuljum f'każ ta' mard. L-iktar rata baxxa hija ta' EUR 15.20 kuljum.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-fatti u l-proćedura fil-kawża prinċipali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>S. Kiiski hija għalliema fi skola sekondarja fü-belt ta' Tampere fil-Finlandja<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Tampereen Lyseon Lukio.</P></NOTE> u hija għandha, fuq din il-bażi, l-istatus ta' uffiċjal komunali fis-sens tal-ftehim kollettiv applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fuq talba tagħha, id-direttur ta' l-iskola sekondarja in kwistjoni tagħha, fit-<DATE ISO="20040503">3 ta' Mejju 2004</DATE>, għall-perijodu bejn il-<DATE ISO="20040811">11 ta' Awwissu 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20050604">4 ta' Ġunju 2005</DATE>, leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal sabiex tieħu ħsieb l-ewwel tifel tagħha, li twieled fl-<DATE ISO="20030824">24 ta' Awwissu 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Qabel ma ħarġet bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, S. Kiiski saret taf li kienet reġgħet ħarġet tqila. Hija għalhekk informat lid-dir ettur ta' l-iskola sekondarja fejn kienet taħdem, fl-<DATE ISO="20040701">1 ta' Lulju 2004</DATE>, li hija kien beħsiebha tieħu l-leave in kwistjoni biss mill-<DATE ISO="20040811">11 ta' Awwissu 2004</DATE> sat-<DATE ISO="20041222">22 ta' Diċembru 2004</DATE>; hija talbet li d-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal tinbidel f'dan is-sens. Fin-nuqqas ta' raġuni legittima, id-direttur madankollu ċaħad din it-talba.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040809">9 ta' Awwissu 2004</DATE>, S. Kiiski kkompletat it-talba tagħha ta' <DATE ISO="20040701">1 ta' Lulju 2004</DATE>, billi indikat li hija kienet tinsab tqila u li t-tqala tagħha kienet holqot bidla essenzjali filpossibiltajiet prattiċi li hija tiehu hsieb it-tifel tagħha li twieled fl-2003. Hija għalhekk għarrfet l-intenzjoni tagħha li terga' tidħol għax-xogħol mit-<DATE ISO="20041223">23 ta' Diċembru 2004</DATE>. Ir-raġel tagħha, li huwa missier it-tifel, kellu l-ħsieb li huwa stess jieħu l-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal fir-rebbiegħa ta' l-2005. B'deċiżjoni tad-<DATE ISO="20040819">19 ťAwwissu 2004</DATE>, id-direttur ċaħad it-talba tagħha għal darb'ohra u mmotiva din iċ-ċaħda billi spjega li t-tqala ġdida tagħha ma kinitx tikkostitwixxi raġuni legittima biex jinbidel it-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħatalha. Huwa rrefera f'dan ir-rigward għar-regoli għall-applikazzjoni tal-ftehim kollettiv u għall-ġurisprudenza tal-qrati Fin-landiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Sussegwentement irriżulta li r-raġel ta' S. Kiiski effettivament ma ngħatax il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal għar-reb-biegħa ta' l-2005 peress li, fil-Finlandja, skond il-ftehim kollettiv applikabbli għall-<?PAGE NO="I-7651"?>uffiċjali ta' l-Istat<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Valtion virkaehtosopimus.</P></NOTE>, ġenitur wieħed biss jista' f'hin wieħed ikollu dritt għal tali leave<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Skond l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Gvern Finlandii, jirriżulta wkoll mill-Artikolu 4(3) tal-Liġi Finlandiża dwar il-kuntratti ta' impjieg li ż-żewġ ġenituri ma jistgħux jieħdu leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal fl-istess ħin.</P></NOTE>. Għaldaqstant, S. Kiiski indikat fit-<DATE ISO="20041122">22 ta' Novembru 2004</DATE> li riedet ittemm il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li kienet qed tgawdi minnu fil-<DATE ISO="20050131">31 ta' Jannar 2005</DATE> u tieħu l-leave tal-maternità minn dik id-data; missier it-tifel b'hekk kien ikun f'pożizzjoni li jieħu l-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li huwa xtaq jieħu. Madankollu, fl-<DATE ISO="20041210">10 ta' Diċembru 2004</DATE>, id-direttur ta' l-iskola sekondarja ċaħad ukoll din it-talba ta' S. Kiiski għar-raġuni li l-fatt li missier it-tifel ma setax, altrimenti, jingħata l-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal ma kienx jikkostitwixxi raġuni legittima biex jinbidel it-tul ta' limsemmi leave.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>It-tieni tifel ta' S. Kiiski twieled fid-<DATE ISO="20050329">29 ta' Marzu 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-fatti fuq deskritti taw lok għall-kawża prinċipali li tinsab pendenti quddiem it-Tamper een käräjäoikeus<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Qorti ta' l-ewwel istanza ta' Tampere.</P></NOTE> (iktar 'il quddiem imsejjaħ ukoll il-qorti tar-rinviju). S. Kiiski ppreżentat rikors quddiem dik il-qorti kontra min iħaddimha, il-belt ta' Tampere, bil-għan li tikseb mingħand din ta' l-aħħar il-ħlas ta' kumpens ta' EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT> kif ukoll ta' somma ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">17354.10</FT> għal telf ta' salarju<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Din il-pretensjoni fir-rigward tas-salarju tirreferi għall-perijodu bejn it-<DATE ISO="20041223">23 ta' Diċembru 2004</DATE> u t-<DATE ISO="20050518">18 ta' Mejju 2005</DATE>. Kieku t-talba inizjali li saret minn S. Kiiski għall-bidla fil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal kienet ġiet aċċettata, hija kienet terga' tidħol għax-xogħol fit-<DATE ISO="20041223">23 ta' Diċembru 2004</DATE> u l-leave tal-maternità tagħha, li kien ta' 72 jum, kien jibda fìd-<DATE ISO="20050219">19 ta' Frar 2005</DATE> u jibqa' għaddej sat-<DATE ISO="20050518">18 ta' Mejju 2005</DATE>.</P></NOTE> u ta' EUR 94 għal telf ieħor, ŕlimkien ma' linteressi relattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>S.Kiiski ssostni essenzjalment li hija kienet sofriet diskriminazzjoni minħabba li t-tqala ġdida tagħha ma ġietx irrikonoxxuta bħala raġuni legittima biex jinbidel it-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħatalha.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-belt ta' Tampere hija tal-fehma li ma saret ebda diskriminazzjoni kontra S. Kiiski fuq il-bażi tas-sess jew tat-tqala tagħha. It-tqala ġdida tagħha sempliċe-ment ma kinitx tikkostitwixxi raġuni legittima biex jinbidel it-tul tal-leave għall-ġenituri li kien ingħatalha fil-bidu. Din it-tqala ġdida ma ħolqotx bidliet essenzjali filpossibiltajiet prattiċi li tieħu ħsieb it-tifel tagħha, li twieled fl-2003, sal-punt li żammet lir-rikorrenti milli tibbenefika mil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal għal perijodu relattivament twil. Minbarra dan, kieku S. Kiiski tħalliet terga' tidħol għax-xogħol qabel il-waqt, dan kien joħloq diffikultajiet għal min iħaddimha f'dak li jirrigwar da lorganizzazzjoni tal-korsijiet. Barra minn hekk, min iħaddimha kien jipperikola li jiġi mfittex għad-danni peress li għat-tul taż-żmien tal-leave tal-ġenituri għall-edukaz-zjoni tat-tfal li kien ingħata lil S. Kiiski kien diġà ġie impjegat għalliem sostitut, li lilu probabbilment kien ikollu jkompli jitħallas is-salarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7652"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, skond dak li indikat S. Kiiski stess, hija rċeviet benefiċċji finanzjarji fl-ammont totali ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">9506,92</FT> għall-perijodu bejn id-<DATE ISO="20041229">29 ta' Diċembru 2004</DATE> u t-<DATE ISO="20050518">18 ta' Mejju 2005</DATE>. Dawn il-benefiċċji jinkludu allowances tal-mard, għall-edukaz-zjoni tat-tfal, tal-maternità u tal-ġenituri, li minnhom dawk tal-maternità u tal-ġenituri jammontaw, weħidhom, għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">5699,11</FT><NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>EUR 78,07 kuljum għal 73 jum.</P></NOTE>. Għall-perijodu wara t-<DATE ISO="20050518">18 ta Mejju 2005</DATE>, S. Kiiski rċeviet allowance tal-ġenituri li jammonta għal EUR 1951,75 fix-xahar. Min-naħa l-oħra, kieku matul dan il-perijodu S. Kiiski kienet qiegħda f'relazzjoni attiva ta' impjieg, is-salarju tagħha kien ikun ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">3572,90</FT> fix-xahar, inklużi s-supplementi u ż-żidiet koliha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>It-talba għal dećiżjoni preliminari u l-proćedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B'digriet ta' l-<DATE ISO="20060224">24 ta' Frar 2006</DATE>, li wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20060228">28 ta' Frar 2006</DATE>, it-Tampereen käräjäoikeus issospenda l-proċeduri u ressaq tliet domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ir-rifjut ta' min ihaddem li jibdel jew jinterrompi l-perijodu ta' leave tal-ġeni-turi għall-edukazzjoni tat-tfal mogħti lil haddiema, minhabba tqala ġdida li l-haddiema saret taf biha qabel ma ħarġet bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, b'applikazzjoni ta' interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li skondha tqala ġdida ġene-ralment ma titqiesx li hija raġuni imprevedibbli u legittima li fuq il-bażi tagħha jistgħu jinbidlu d-data u t-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, jikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta li tmur kontra l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/207/KEE kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Min ihaddem jista jiġġustifika b'mod suffiċjenti l-aġir tiegħu, deskritt fil-punt 1, li possibbilment jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta b'referenza għad-Direttiva ċċitata iktar 'il fuq, għar-raġuni li l-bidla fl-organizzazzjoni tax-xogħol ta' l-għalliema u l-kontinwità tat-tagħ-lim jagħtu lok għal problemi li joholqu inkonvenjenzi or dinarji iżda mhux gravi jew għar-raġuni li min ihaddem ikollu lobbligu, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jikkumpensa t-telf ta' salarju li jsofri s-sostitut ta' l-għalliema li tkun ħarġet bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, jekk din ta' l-aħħar terga' tidħol għax-xogħol matul il-perijodu tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Hija applikabbli d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li<?PAGE NO="I-7653"?> welldu reċentement, jew li qed iredd-għu, u ŕl-affermattiv, l-aġir ta' min iħaddem, deskritt fii-punt 1), imur kontra l-Artikoli 8 u 11 ta' l-imsemmija Direttiva, jekk, billi tkompli bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, il-ħaddiema titlef il-possibbiltà tagħha li tgawdi mill-benefiċċji tas-salarju tal-leave tal-maternità fuq il-bażi tar-relazzjoni ta' xogħol tagħha fis-settur pub-bliku?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġus-tizzja, minbarra S. Kiiski u l-belt ta' Tampere<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Tampereen kaupunki.</P></NOTE>, il-Gvern Taljan u l-Gvern Finlandii kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentaw noti ta' osservazzjonijiet. Barra minn hekk, il-belt ta' Tampere, il-Gvern Finlandii u l-Kummissjoni pparteċi-paw fis-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustiz-zja fit-<DATE ISO="20070208">8 ta' Frar 2007</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>It-tliet domandi preliminari koliha jfittxu li jiġi ċċarat il-punt jekk haddiema ssofrix diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess u ksur taddrittijiet tagħha bhala mara tqila meta hija tiġi rrifjutata, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, il-possibbiltà li jitqassar, minħabba tqala ġdida, il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diġà jkun ingħatalha, bil-għan li torganizza l-mod kif tieħu ħsieb it-tifel tagħha b'mod differenti minn kif kienet ippjanat oriġinar-jament u sabiex tkun tista' tieħu l-leave tal-maternità.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Fuq eventwali diskriminazzjoni fis-sens tad-Direttiva 76/207 (l-ewwel u t-tieni domandi)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ domandi jikkonċernaw ilkwistjoni ta' eventwali diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess. Permezz ta' dawn iż-żewġ domandi, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tispjega jekk haddiema tqila ssofrix diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess meta hija tiġi r rif jutata, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, il-possibbiltà li jitqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diġà jkun ingħatalha.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' impjieg u ta' xogħol tagħhom jeżiġi, skond l-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva 76/207, projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta fuq bażi ta' sess. F'dan ir-rigward id-Direttiva tippermetti ġustifikazzjoni oġġettiva bi skop leġittimu biss fil-każ ta' diskriminazzjoni indiretta (it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7654"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-diskriminazzjoni diretta fuq bażi ta' sess</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ikun hemm diskriminazzjoni diretta meta per suna per suna waħda hija ttrattata anqas favorevolment fuq bażi ta' sess minn kif per suna oħra hija, kienet jew tista' tiġi ttrattata f sitwazzjoni paragunabbli (l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207).</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Huwa rikonoxxut fil-ġurisprudenza li jista jkun hemm tali diskriminazzjoni meta min ihaddem jiehu in kunsiderazzjoni, għad-detriment ta' impjegata, l-istat ta' tqala tagħha u r-riskji marbuta ma' dak l-istat meta jiehu deċiżjoni li tikkonċernaha<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara per eżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19901108">8 ta' Novembru 1990</DATE>, Dekker (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-177/88" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-3941">C-177/88, Ġabra p. I-3941, punt 12</REF.DOC.ECR>) u Handels- og Kontorfunktionaerernes Forbund (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-179/88" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-3979">C-179/88, Ġabra p. I-3979, punt 13</REF.DOC.ECR>), ta' l-<DATE ISO="20011004">4 ta' Ottubru 2001</DATE>, Tele Danmark (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/00" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-6993">C-109/00, Ġabra p. I-6993, punt 25</REF.DOC.ECR>), tat-<DATE ISO="20050908">8 ta' Settembru 2005</DATE>, McKenna (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-191/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-7631">C-191/03, Ġabra p. I-7631, punt 47</REF.DOC.ECR>) u tas-<DATE ISO="20030227">27 ta' Frar 2003</DATE>, Busch (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-320/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-2041">C-320/01, Ġabra p. I-2041, punti 39 u 40</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. II-leġiżlatur għaldaqstant ibbaża l-verżjoni ġdida ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/207 fuq din il-konstatazzjoni u indika b'mod ċar u espress fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu li trattament inqas favorevoli ta' mara relatat mat-tqala jew mal-leave tal-maternità għandu jikkostitwixxi diskriminazzjoni fissens ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Madankollu, każ bhal dak preżenti huwa differenti minħabba l-fatt li min ihaddem effettivament ma hax in kunsiderazzjoni t-tqala ġdida tal-ħaddiema kkonċernata u ma ttrattahiex inqas favorevolment minn haddiema oħra. Id-direttur ta' l-iskola sekondarja in kwistjoni ċaħad id-diversi talbiet ta' S. Kiiski biex jitqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal billi invoka raġuni-jiet oġġettivi relatati ma' l-organizzazzjoni ta' l-istabbiliment tiegħu li b'ebda mod mhuma relatati mat-tqala ta' din ta' l-aħħar jew marriskji marbuta ma' dik it-tqala iżda li setgħu kienu applikabbli għal kull haddiem, irrispettivament mis-sess tiegħu jew tagħha: raġel jew haddiema mhux tqila ma kinux jiġu ttrattati b'mod differenti kieku kienu fil-pożizzjoni ta' S. Kiiski. It-tqala l-ġdida tagħha ma kinitx ir-raġuni għaċ-ċaħda li jinbidel, kif hija xtaqet, it-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħatalha.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fir-realtà, id-diversi talbiet ta' S. Kiiski bil-għan li jitqassar it-tul tal-leave tal-ġeni-turi għall-edukazzjoni tat-tfal jikkostitwixxu tentattiv biex jinkiseb, fuq il-bażi ta' tqala ġdida, trattament speċjali għaliha, li għalih ma kinux intitolati haddiema oħra f'din ilforma.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Tali trattament speċjali għandu jingħata biss meta u safejn is-sitwazzjoni ta' haddiema bhal S. Kiiski tkun differenti, essenzjalment, mis-sitwazzjoni ta' haddiema oħra minhabba t-tqala tagħha. Fil-fatt, skond ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju tat-trattament ugwali u tan-non-diskriminazzjoni, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux trattati b'mod differenti u li sitwazzjonijiet<?PAGE NO="I-7655"?> differenti ma jiġux trattati b'mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettiva-ment ġustifikat<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20040330">30 ta' Marzu 2004</DATE>, Alabaster (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-3101">C-147/02, Ġabra p. I-3101, punt 45</REF.DOC.ECR>), ta' l-<DATE ISO="20041214">14 ta' Diċembru 2004</DATE>, Swedish Match (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-210/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-11893">C-210/03, Ġabra p. I-11893, punt 70</REF.DOC.ECR>), ta' l-<DATE ISO="20050414">14 ta' April 2005</DATE>, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2801">C-110/03, Ġabra p. I-2801, punt 71</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, Eman u Sevinger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-8055">C-300/04, Ġabra p. I-8055, punt 57</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fl-istess sens, id-definizzjoni legali tad-diskriminazzjoni diretta mogħtija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207 tagħmel referenza espressa għall-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Biex jiġi evalwat jekk u safejn għandha tittieħed in kunsiderazzjoni t-tqala ta' ħad-diema għall-finijiet ta' deċiżjoni dwar jekk għandux jingħatalha t-tnaqqis mitlub fit-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, wieħed għandu jitlaq mill-għan tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal jew tal-leave tal-ġenituri. Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja, tali leave jingħata lill-ġenituri <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>sabiex huma jkunu jistgħu jieħdu ħsieb ilwild tagħhom<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="20050414">14 ta' April 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs IILussemburgu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-519/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-3067">C-519/03, Ġabra p. I-3067, punt 32</REF.DOC.ECR>); ara wkoll l-Artikolu 2(1) tal-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, madankollu, is-sitwazzjoni ta' ħaddiema tqila mhijiex sostanzjalment differenti minn dik tal-ħaddiema oħra, li wkoll ikunu ngħataw leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, irrispettivament mis-sess tagħhom. Huwa tabilħaqq minnu li t-tqala l-ġdida tar-rikorrenti matul il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li ngħa-talha tista' toħloq, f'ċerti mumenti, piż doppju, b'mod partikolari fil-fażi finali tat-tqala kif ukoll ftit wara l-ħlas. Madankollu ma jistax jiġi kkunsidrat b'mod globali li, minħabba li kienet tinsab tqila, kien ġene-ralment impossibbli għall-ħaddiema in kwistjoni li tuża dan il-leave biex tieħu ħsieb l-ewwel tifel tagħha, konformement ma' l-għan tad-dispożizzjonijiet applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa minnu li S. Kiiski tispjega li t-tqala ġdida tagħha biddlet b'mod konsiderevoli lkundizzjonijiet li fihom setgħet tieħu ħsieb l-ewwel tifel tagħha. Iżda hija ma ressqet ebda argument biex tissostanzja din l-allegazzjoni. Kif jista' jiġi dedott mid-digriet tar-rinviju, S. Kiiski essenzjalment fittxet, permezz taddiversi talbiet tagħha għat-tnaqqis fit-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħatalha, li torganizza l-mod kif tieħu ħsieb l-ewwel tifel tagħha b'mod differenti minn kif kienet ip pjanat originarjáment. B'mod partikolari, il-ħsieb tagħha kien li żewġha wkoll ikun jista' jieħu tali leave.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva wkoll, is-sitwazzjoni tagħha mhijiex sostanzjalment differenti minn dik ta' ħaddiema oħra, irrispettivament mis-sess tagħhom, li jkunu jixtiequ, għal raġunijiet ta' konvenjenza, li jbiddlu fi stadju ulterjuri l-arranġamenti originar jament ippjanati, per eżempju biex jinvolvu aktar lill-ġenitur l-ieħor fit-trobbija tat-tfal. It-tnaqqis ġenerali mixtieq fit-tul tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal f'ebda każ mhuwa konsegwenza obbligatoja tat-tqala ġdida u b'mod partikolari m'għandu xejn x'jasqam mar-riskji inerenti fit-tqala<?PAGE NO="I-7656"?> għall-ħaddiema in kwistjoni. Il-fatt li d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli ma jippermettux li jingħata leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal fl-istess ħin mal-ġenitur l-ieħor lanqas mhuwa konsegwenza tat-tqala ta' din il-ħaddiema. Għall-kuntrarju, l-impossibbiltà għal wieħed mill-ġenituri li jieħu tali leave huwa marbut biss mall-fatt li l-ġenitur l-ieħor ikun qed igawdi mil-leave in kwistjoni, u dan irrispettivament mis-sess tal-ġenitur u minn eventwali tqala.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Peress li s-sitwazzjoni ta' ħaddiema tqila bħal S. Kiiski mhijiex sostanzjalment differenti minn dik ta' ħaddiema oħra f'dak li jirrigwarda l-leave tal-ġenituri għall-edukaz-zjoni tat-tfal<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-kwistjoni jekk il-ħaddiema kinitx diġà taf li kienet tinsab tqila qabel il-bidu tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal u jekk għarrfitx b'dan lil min ihaddimha jew jekk hija għamlitx dan iktar tard mhijiex deċiżiva f'dan il-kuntest.</P></NOTE>, il-prinċipju ta' trattament ugwali ma jeżiġix li min iħaddem jieħu partikolarment in kunsiderazzjoni l-imsemmija tqala meta jiddeċiedi dwar it-talba biex jitqassar l-imsemmi leave.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ebda konklużjom oħra ma tista' tinsilet mis-sentenza Busch<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 18.</P></NOTE> li ġiet invokata minn S. Kiiski fil-kawża prinċipali. Huwa biss ma' l-ewwel daqqa t'għajn li s-sentenza ċċitata iktar 'il fuq tidher simili għall-kawża preżenti peress li ż-żewġ każijiet jikkonċernaw ħad-diema tqila li tixtieq ittemm qabel il-waqt il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal u terga' tidħol għax-xogħol sabiex tkun tista' tibbenefika ftit żmien wara mil-leave tal-maternità. Fir-realtà, iż-żewġ każijiet huma essenzjalment differenti ferm: effettivament, filwaqt li fil-kawża Busch, min ihaddem xtaq iżomm lill-haddiema milli terga' tidhol għax-xogħol preċiżament minhabba li hija kienet tqila, fil-każ preżenti, it-tqala tar-rikorrenti assolutament ma kinitx il-kawża tad-deċiż-joni negattiva ta' min ihaddimha. Peress li għalliem sostituì kien diġà ġie impjegat għat-tul taż-żmien tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħata lil S. Kiiski, min ihaddimha ma kellu ebda interess, minn perspettiva organizzattiva, li hija terga' tidhol għax-xogħol qabel il-waqt, irrispettivament minn jekk kinitx tqila jew le. Għaldaqstant, ma kienx min ihaddem iżda S. Kiiski stess li invokat — b'mod żbaljat — it-tqala tagħha biex issostni d-drittijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Busch, il-Qorti tal-Ġustiz-zja sempliċement enfasizzat li haddiema tkun vittma ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess meta min ihaddimha jirrifjuta, preċiżament minhabba t-tqala tagħha u r-riskji relatati magħha, li jagħtiha l-possibbiltà li terga' tidhol għax-xogħol qabel il-waqt billi jitqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal. Madankollu dan ma jeskludix il-possibbiltà li, fl-ambitu tad-diskrezzjoni li għandu, min ihaddem jista' jirrifjuta d-dhul lura għax-xogħol qabel il-waqt tal-haddiema in kwistjoni, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, mingħajr ebda relazzjoni mat-tqala. Ma jistax, per eżempju, jiġi dedott mis-sentenza Busch li tqala ġdida ta' haddiema tagħti awtomatikament lil din ta' l-aħħar dritt ibbażat fuq iddritt Komunitarju li terga' tidhol għax-xogħol billi ttemm qabel il-waqt il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li jkun ingħatalha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7657"?><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, lanqas fid-dawl tas-sentenza Busch ma teżisti xi indikazzjoni ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess f'każ bħal dak preżenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta' sess</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ikun hemm diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta' sess meta dispożizzjoni, kriterju jew pr attika apparentement newtrali tista' tqiegħed persuni ta' sess minnhom fi żvan-taġġ partikolari meta pparagunati ma' persuni tas-sess l-ieħor (it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 76/207).</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom tittieħed deċiżjoni fil-Finlandja dwar il-possibbiltà ta' tnaqqis fit-tul ta' leave għall-ġenituri li jkun diġà ngħata huma effettivament newtrali fir-rigward tas-sess. F'każ bħal dak preżenti, madankollu, mhemm ebda indikazzjoni li turi li dawn id-dispożizzjonijiet u kriterji huma tali li jiżvantaġġaw b'mod partikolari lill-membri ta' sess partikolari — in-nisa — fil-konfront tal-membri tas-sess l-ieħor<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-fatt li possibbilment aktar nisa milli rġiel jitolbu li jibbenefikaw mil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal taħt ebda ipoteżi mhuwa biżżejjed, fih innifsu, biex iwassal għall-konklużjoni li teżisti diskriminazzjoni indiretta.</P></NOTE>. Mill-informazzjoni disponibbli rigward il-fatti fil-kawża prinċipali, ma jistax jiġi konkluż li fil-każ preżenti kien hemm diskriminazzjoni indiretta.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Sempliċement għall-finijiet ta' kompletezza, għandu jingħad ukoll li fil-fehma tiegħi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil min iħaddem li jeżiġi raġuni legittima biex iqassar leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal ladarba dan ikun ġie awtorizzat u li jirrifjuta, f'każ kuntrarju, li jqassar dan il-leave, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' operazzjoni ta' l-impriża, hija wkoll oġġettivament iġġustifikata. F'dan ir-rigward nirreferi b'mod partikolari għall-kunsiderazzjonijiet ġenerali li fuqhom l-imsieħba soċjali Ewropej ibbażaw — bil-kunsens tal-leġiżlatur Komunitarju — il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri, li huma wkoll espressament validi fil-kuntest tad-Direttiva 76/207<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 76/207 fil-verżjoni tad-Direttiva 2002/73 li skondu din id-Direttiva għandha tinftiehem mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/34.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-paragrafu 6 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali tal-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri, tingħata importanza ugwali lill-bżonnijiet ta' l-impriża u lil dawk tal-ħaddiema. Fil-Klawsola 2(3)(e) ta' dan il-ftehim, huwa indikat li jista' jkun hemm raġunijiet ġustifikabbli li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjoni ta' l-impriża li jippermettu lil min iħaddem li jipposponi l-benefiċċju tal-leave tal-ġenituri, bħal meta ma jkunx jista' jinstab sostitut għall-ħaddiem ikkonċernat fi żmien qasir. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori,</HT> min iħaddem għandu jkollu wkoll il-possibbiltà, għal dawn l-istess<?PAGE NO="I-7658"?> raġunijiet, li jirrifjuta li jqassar it-tul tal-leave tal-ġenituri kif previst originarjament, per eżempju għar-raġuni li jkun laħaq sab sostitut għall-impjegat in kwistjoni li limpjieg tiegħu ma jkunx jista' jiġi mitmum qabel it-terminu previst għal-leave in kwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konklużjom parzjali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni parzjali fuq l-ewwel u t-tieni domanda, hemm lok li jiġi għaldaqs-tant ikkonstatat li:</TXT><P>Leġiżlazzjoni nazzjonali li skondha min iħaddem jista' jirrifjuta, għal raġunijiet ġusti-fikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, li jilqa' talba ta' ħaddiema biex jitqassar leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diġà jkun ġie awtorizzat, magħmula fuq il-bażi ta' tqala ġdida, la twassal għal diskriminazzjoni diretta, u lanqas għal diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta' sess, fis-sens ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/207 fil-verżjoni tad-Direttiva 2002/73.</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-protezzjoni ta' ħaddiema nisa tqal kif previst fid-Direttiva 92/85 (it-tielet domanda)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, ilqorti tar-rinviju tfittex li ssir taf jekk ħaddiema ssofrix ksur taddrittijiet tagħha bħala mara tqila skond id-Direttiva 92/85 meta hija ma titħallhiex, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, li tqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diġà jkun ingħatalha, bil-għan li tibbenefika mil-leave tal-maternità.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 76/207 tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/85<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 76/207 fil-verżjoni tad-Direttiva 2002/73.</P></NOTE>. Għaldaqstant, anki jekk, f'każ bħal dak preżenti, ma jkunx hemm ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali fis-sens ta' l-ewwel Direttiva ċċitata, huwa possibbli li ddrittijiet tal-ħaddiema kkonċernata bhala mara tqila jkunu milquta fuq il-bażi tat-tieni Direttiva. Madankollu, tali ipoteżi tippresupponi li din il-kwistjoni tkun taqa' kemm fil-kamp ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> kif ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva in kwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7659"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-kamp ta' applikazzjoni ratione personae tad-Direttiva 92/85</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni jekk persuna fis-sitwazzjoni ta' S. Kiiski għandhiex titqies bħala ħad-diema, anki matul il-perijodu tal-leave talgenitur i għall-edukazzjoni tat-tf al, u jekk għaldaqstant taqax fil-kamp ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tad-Direttiva 92/85 tiddependi b'mod deċiżiv mill-istatus tal-kuntratt ta' impjieg tagħha matul dak il-leave.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni hija rregolata mil-liġi nazzjonali. Id-dritt Komunitarju f'dan irrigward ma joħloq ebda obbligu, u dan irrispettivament mill-kwistjoni jekk il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bil-Finlandiż: <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>hoitovapaa<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>.</P></NOTE> li minnu bbenefikat S. Kiiski għandux jiġi ekwiparat ma' leave tal-ġenituri<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bil-Finlandiż: <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>vanhempainloma<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></NOTE> fis-sens tad-Direttiva 96/34 jew jekk dan jaqax taħt kunċett aktar wiesa'. Fil-fatt, anki fil-każ tal-leave tal-ġenituri li ghalih il-ftehim qafas jipprovdi madankollu ċerti rekwiżiti minimi taħt id-dritt Komunitarju, il-Klawsola 2(7) ta' l-imsemmi ftehim thalii espressament f'idejn l-Istati Membri u/jew l-imsiehba soċjali lkompitu li jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt ta' impjieg jew tar-relazzjoni ta' xoghol ghall-perijodu tal-leave tal-ġenituri.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ghaldaqstant hija l-qorti tar-rinviju li ghandha tiwerifika b'mod konkret x'kien, skond il-liġi nazzjonali, l-istatus tal-kuntratt ta' impjieg ta' S. Kiiski matul il-leave tal-ġenituri ghall-edukazzjoni tat-tfal li kien ingħatalha. L-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju tindika li dan il-kuntratt ta' impjieg baqa' fis-seħħ matul il-perijodu tal-leave tal-ġenituri ghall-edukazzjoni tat-tfal u li kienu biss l-obbligi prinċipali li jirriżultaw minnu li kienu sospiżi. F'dan il-każ, S. Kiiski kompliet taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tad-Direttiva 92/85 anki matul il-perijodu ta' dan il-leave.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kamp ta' applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 92/85</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-punt in kwistjoni f'dan il-każ huwa jekk haddiema jibqax ikollha dritt ghal-leave tal-maternità fis-sens ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/85 meta matul il-perijodu li għalih tkun talbet il-leave tal-maternità hija ma tkunx aktar f'servizz attiv iżda tkun bil-leave tal-ġenituri ghall-edukazzjoni tat-tfal. Ir-risposta ghal din id-domanda tiddependi mill-kamp ta' applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-Direttiva 92/85 u mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar il-leave tal-maternità.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Peress li l-kliem ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/85 ma jaghti ebda indikazzjoni fuq dan il-punt, it-tifsira u I-portata tad-dritt ghal-leave tal-maternità garantit taht id-dritt Komunitarju jistgħu jiġu ddeterminati biss<?PAGE NO="I-7660"?> fid-dawl ta' l-għanijiet li d-Direttiva 92/85 tfittex li tilħaq u tal-kuntest leġiżlattiv li fih taqa' din id-dispożizzjoni<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20050607">7 ta' Ġunju 2005</DATE>, VEMW et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-17/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4983">C-17/03, Ġabra p. I-4983, punt 41</REF.DOC.ECR>), ta' l-<DATE ISO="20060704">4 ta' Lulju 2006</DATE>, Adeneler et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6057">C-212/04, Ġabra p. I-6057, punt 60</REF.DOC.ECR>) u tas-<DATE ISO="20061026">26 ta' Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-36/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-10313">C-36/05, Ġabra p. I-10313, punt 25</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-għan tal-leave tal-maternità huwa li jiġi żgurat il-ħarsien tal-kundizzjoni bijolo -ġika tal-mara u r-relazzjonijiet partikolari bejnha u t-tarbija matul il-perijodu li jsegwi t-tqala u l-ħlas, billi jiġi evitat li dawn irrelazzjonijiet jiġu disturbati mill-akkumulazzjoni ta' piżijiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju simultanju ta' attività professjonali<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (iċċitata finnota ta' qiegħ il-paġna 20, punt 32); ara wkoll is-sentenzi tas-<DATE ISO="19981027">27 ta' Ottubru 1998</DATE>, Boyle et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-411/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-6401">C-411/96, Ġabra p. I-6401, punt 41</REF.DOC.ECR>), tat-<DATE ISO="20040318">18 ta' Marzu 2004</DATE>, Merino Gómez (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2605">C-342/01, Ġabra p. I-2605, punt 32</REF.DOC.ECR>); ara wkoll fl-istess sens is-sentenza tad-<DATE ISO="20011129">29 ta' Novembru 2001</DATE>, Griesmar (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-366/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-9383">C-366/99, Ġabra p. I-9383, punt 43</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-għoti tal-leave tal-maternità fis-sens ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/85, flimkien mal-garanziji finanzjarji previsti fl-Artikolu 11(2) ta' din l-istess Direttiva, huwa intiż sabiex jevita li ħaddiema tqiegħed lilha nfisha u lit-tarbija tagħha fil-periklu billi tesponi ruħha għal piżijiet u riskji partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-leave tal-maternità huwa intiż b'mod speċjali biex jiġi evitat il-piż doppju li jirriżulta minn tqala u mill-eżerċizzju simultanju ta' attività professjonali. Issa meta haddiema diga tkun bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal jew bil-leave tal-ġenituri u ma tkunx f'servizz attiv matul il-perijodu li għalih tkun talbet li tibbenefika mil-leave tal-maternità, hija effettivament ma tkunx suġġetta għal dan il-piż doppju.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Bla dubju, matul il-perijodu tal-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, haddiema tista' xorta wahda tkun suġġetta għal piż doppju f'ċerti mumenti jekk hija toħroġ tqila (għal darb'oħra) matul dan il-perijodu. Għal-daqstant, prinċipalment fit-tmiem tat-tqala tagħha kif ukoll għal ftit żmien wara t-twelid tat-tieni tarbija, huwa ferm probabbli li, provviżorjanient, l-omm tkun tista' tiehu hsieb l-ewwel wild tagħha biss b'mod limitat.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, lanqas il-fatt li haddiema tkun bil-leave tal-maternità ma jtaffi b'xi mod dan il-piż doppju: għall-kuntrarju, anki haddiema li tkun bil-leave tal-maternità jkoliha eventwalment tlaħħaq ŕl-istess hin mat-tqala u mat-trobbija ta' l-ewwel tifel u b'hekk ikollha terfa' piż doppju.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan it-tip ta' piż doppju ma jaqax taht l-għan ta' protezzjoni tad-Direttiva 92/85 jew tal-leave tal-maternità ggarantit minn din id-Direttiva. Kif fil-fatt jirriżulta mill-bażi legali ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-Artikolu 118 A tat-Trattat KEE kif ukoll mill-ewwel, mill-hames u mis-<?PAGE NO="I-7661"?>sitt premessi tagħha, l-iskop tad-Direttiva huwa li ttejjeb l-ambjent tax-xogħol u b'dan il-mod, tipproteġi b'mod partikolari s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-protezzjoni — li min-għajr dubju hija importanti — tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema tqal barra l-isfera diretta tat-twettiq tax-xogħol tagħhom, per eżempju matul il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal jew il-leave tal-ġenituri, ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/85. Din il-protezzjoni tista' tingħata biss — għall-inqas fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju — mil-liġi nazzjonali, u b'hekk mill-Istati Membri u/jew mill-imsieħba soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 20, punt 33. Ara fl-istess sens is-sentenza Merino Gómez, (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 29, punt 41).</P></NOTE> lanqas ma tippermetti li tintla-ħaq konklużjoni oħra. Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja indikat f'dik is-sentenza <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>li leave iggarantit mid-dritt Komunitarju ma jistax jaffettwa d-dritt li jittieħed leave ieħor iggarantit minn dan id-dritt<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>. Madankollu, għall-ħaddiema li ma jkunux f'servizz attiv iżda li jkunu bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal jew bil-leave tal-ġenituri, il-leave tal-maternità effettivament mhuwiex <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>leave iggarantit mid-dritt Komunitarju<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>. Peress li l-haddiema in kwistjoni m'għandha, fi kwalunkwe każ, ebda dritt għal leave tal-maternità ggarantit mid-dritt Komunitarju matul dan il-perijodu, tali dritt ma jistax jiġi affettwat mill-fatt li l-haddiema in kwistjoni tkun għadha koperta minn leave iehor, b'mod partikolari leave tal-ġenituri jew leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu sempliċement tispeċifika li ħad-diema għandha tibbenefika minn kreditu ta' ġranet ta' leave għall-parti tal-leave tal-ġenituri li ma tkunx ittieħdet f'każ fejn matul dan il-perijodu, ikun ingħatalha leave tal-maternità taht il-liġi nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Qorti tal-ċustizzja kkonstatat fil-każ fuq iċċitat li l-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>billi pprovda li d-dritt għal-leave tal-maternità jew għal-leave sabiex jiġi milqugħ wild li jinħoloq matul leave tal-ġenituri jissostitwixxi lil dan ta' l-aħħar, li għandu għaldaqstant jintemm, mingħajr il-possibbiltà għall-ġenitur li jittrasferixxi l-parti mil-leave tal-ġenituri li ma setax jibbenefika minnha<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> (sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 20, punt 34 flimken mal-punt 1 tad-dispożittiv).</P></NOTE>. L-iskop ta' dan il-metodu hu li jiġi evitat li ma tintilifx parti mhux użata tal-leave għall-ġenituri diġà mogħti. Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi implikat minn din is-sentenza li d-dritt Komunitarju dejjem jagħti dritt għal leave tal-maternità lill-haddiema li jkunu bil-leave għall-ġenituri jew bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal. Huwa minnu li l-Istati Membri jew l-imsieħba soċjali jistgħu — fiddawl tas-sentenza Il-Kummissjoni vs IILussemburgu — jestendu l-leave tal-maternità għal tali każijiet<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Id-Direttiva 92/85 sempliċement tistabbilixxi regola minima komuni; dan diġà jirriżulta mill-bażi legali tad-Direttiva (ara l-Artikolu 118 A(2) tat-Trattat KEE) u huwa rifless fil-kliem użat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva (<QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>mill-inqas<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>)</P></NOTE>; iżda dan mhuwiex meħtieġ taht id-dritt Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7662"?><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/85 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil min iħaddem jirrifjuta li jagħti lil ħaddiema, għal raġunijiet ġustifi-kabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, il-possibbiltà mitluba minn din il-ħaddiema, fuq il-bażi ta' tqala ġdida, li tqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diġà j kun ingħatalha, sabiex tkun tista' tibbenefika mil-leave tal-maternità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-garanziji finanzjarji matul il-leave tal-maternità skond 1-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Anki jekk jiġi kkunsidrat li ħaddiema bħal S. Kiiski li tkun bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal tista' titlob li tibbenefika, matul dan il-perijodu, mil-leave tal-maternità, xorta jrid jiġi stabbilit x'garanziji finanzjarji jirriżultaw mid-Direttiva 92/85 għal tali leave tal-maternità.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Jirriżulta min-nota ta' osservazzjonijiet ta' S. Kiiski li hija tippretendi li għandha dritt għas-salarju sħiħ tagħha għal perijodu ta' 72 jum matul 1-eventwali leave tal-maternità tagħha<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>S. Kiiski tibbaża ruħha f'dan ir-rigward fuq il-ftehim kollettiv applikabbli.</P></NOTE>. Il-kwistjoni jekk tali dritt effettivament jeżistix — f'każ fej n il-leave tal-maternità jkun ingħata — hija kwistjoni li taqa' taht il-liġi nazzjonali li 1-qorti tar-rinviju ghandha, jekk ikun il-każ, tiwerifika. Id-dritt Kominitarju f'ebda każ ma jimponi obbligu li jitħallas is-salarju sħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Skond 1-Artikolu ll(2)(b) u 11(3) tad-Direttiva 92/85, Ustati Membri effettivament mhumiex obbligati li jiggarantixxu 1-ħlas tas-salar j u sħiħ: għall-kuntrarju, 1-Istati Membri jistgħu jipprovdu biss għad-Jnrr <HT TYPE="ITALIC">għal allowance soċjali xierqa</HT> għall-ħaddiema nisa, u tali allowance titqies li hija xierqa meta tkun tikkorrispondi mill-inqas għall-ammonti li 1-ħaddiema in kwistjoni kienet tirċievi kieku kellha tieqaf mill-attivitajiet tax-xogħol tagħha għal raġunijiet ta' saħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, ebda dispożizzjoni jew prinċipju generali tiegħu ma jimponi ż-żamma tas-salarju sħiħ ta' ħaddiema matul il-leave tal-maternità, bilkundizzjoni li 1-ammont ta' 1-allowances imħallsa ma jkunx tant baxx li jippreġudika 1-għan li d-dritt Komunitarju jfittex li jilħaq, jiġifieri li tingħata protezzjoni lill-ħaddiema nisa, b'mod partikolari qabel ma jwelldu<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza McKenna (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 18, punt 59); ara fl-istess sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19960213">13 ta' Frar 1996</DATE>, Gillespie et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/93" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-475">C-342/93, Ġabra p. I-475, punt 20</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7663"?><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għalkemm il-haddiema nisa li jkunu bil-leave tal-maternità mingħajr dubju jeħtieġu protezzjoni msaħħa, is-sitwazzjoni tagħhom ma tistax tiġi ekwiparata ma' dik ta' raġel jew mara li jokkupaw effettivament post tax-xogħol u li b'hekk ikunu jinsabu f'relazzjoni ta' impjieg attiva<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara f dan is-sens, is-sentenza Gillespie et (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 34, punt 17), tal-<DATE ISO="19991021">21 ta' Ottubru 1999</DATE>, Lewen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-7243">C-333/97, Ġabra p. I-7243, punt 37</REF.DOC.ECR>) u McKenna (iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 18, punti 50 u 59); ara, barra minn hekk, il-konklużjonijiet tiegħi tat-<DATE ISO="20040212">12 ta' Frar 2004</DATE>, fil-kawża deċiża bis-sentenza tat-<DATE ISO="20040608">8 ta' ċunju 2004</DATE>, Österreichischer Gewerkschaftsbund (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-220/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-5907">C-220/02, Ġabra p. I-5907, punti 95 u 96</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan japplika, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori,</HT> fil-każijiet bħal dak preżenti fejn il-ħaddiema ma tkunx għadha f 'servizz attiv qabel il-bidu effettiv tal-leave tal-maternità tagħha iżda diġà tkun bil-leave tal-ġenituri jew bil-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal F'dan il-każ, is-sitwazzjoni tagħha hija effettivament aktar komparabbli ma' dik ta' persuna li ma tahdimx milli ma' dik ta' persuna f servizz attiv.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Jekk għaldaqstant — għall-kuntrarju tat-teżi sostnuta iktar 'il fuq<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punti 54 sa 64 ta' dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> — kellu jingħata lii haddiema bhal S. Kiiski dritt għal leave tal-maternità, id-dritt Komunitarju f'ebda ipo-teżi ma jimponi xi obbligu li jingħata ssalarju shih matul dan il-leave.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Konsegwentement, lanqas l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85 ma jipprekludi leġiżlaz-zjoni nazzjonali li tippermetti lil min ihaddem jirrifjuta li jagħti lil haddiema, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, il-possibbiltà li tqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diga jkun ingħatalha, sabiex tkun tista' tibbenefika mil-leave tal-maternità.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Konklużjom parzjali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fir-rigward tat-tielet domanda, għandu jiġi kkonstatat, bhala konklużjom parzjali, li:</TXT><P>L-Artikoli 8 u 11 tad-Direttiva 92/85 ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil min ihaddem jirrifjuta li jagħti lil haddiema, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma' l-operazzjoni ta' l-impriża, il-possibbiltà mitluba minn din il-haddiema li tqassar il-leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal, saħansitra fil-każ li l-ħaddiema titlef, minhabba dan ir-rifjut, ċerti benefiċċji finanzjarji previsti għal-leave tal-maternità fil-kuntest tar-relazzjoni ta' xogħol tagħha.</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7664"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej lit-Tampereen käräjäoikeus:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali li skondha min iħaddem jista' jirrifjuta, għal raġunijiet ġustifikabbli marbuta ma l-operazzjoni ta' l-impriża, li jilqa' talba ta' ħaddiema biex jitqassar leave tal-ġenituri għall-edukazzjoni tat-tfal li diġà jkun ġie awtorizzat, liema talba tkun saret fuq il-bażi ta' tqala ġdida, la twassal għal diskriminazzjoni diretta, u lanqas għal diskriminazzjoni indiretta fuq bażi ta' sess, fis-sens ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-<DATE ISO="19760209">9 ta' Frar 1976</DATE>, dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol fil-verżjoni tad-Direttiva 2002/73 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020923">23 ta' Settembru 2002</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Lanqas l-Artikoli 8 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta' Ottubru 1992</DATE>, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, ma jipprekludu tali regola, saħansitra fil-każ li l-ħaddiema titlef, minħabba dan ir-rifjut, ċerti benefiċċji finanzjarji marbuta mal-leave tal-maternità li joriġinaw mir-relazzjoni ta' xogħol tagħha.<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>