Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: AĠĠUSTAMENTI LILL-KOSTITUZZJONI - TITOLU II:AĠĠUSTAMENTI OħRA - Artikolu 14
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0033 - 0034
Artikolu 14 L-Artikolu IV-440(1) tal-Kostituzzjoni għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "1. Dan it-Trattat għandu japplika għar-Renju tal-Belġju, għar-Repubblika tal-Bulgarija, għar-Repubblika Ċeka, għar-Renju tad-Danimarka, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għar-Repubblika ta' l-Estonja, għar-Repubblika Ellenika, għar-Renju ta' Spanja, għar-Repubblika Franċiża, għall-Irlanda, għar-Repubblika Taljana, għar-Repubblika ta' Ċipru, għar-Repubblika tal-Latvja, għar-Repubblika tal-Litwanja, għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu, għar-Repubblika ta' l-Ungerija, għar-Repubblika ta' Malta, għar-Renju ta' l-Olanda, għar-Repubblika ta' l-Awstrija, għar-Repubblika tal-Polonja, għar-Repubblika Portugiża, għar-Rumanija, għar-Repubblika tas-Slovenja, għar-Repubblika Slovakka, għar-Repubblika tal-Finlandja, għar-Renju ta' l-Isvezja u għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.". --------------------------------------------------