52006PC0180(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ /* KUMM/2006/0180 finali - CNS 2006/0061 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.4.2006

KUMM(2006) 180 finali

2006/0061 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta attwali qiegħda fl-isfond doppju ta’ l-aġenda ta’ l-edukazzjoni għolja ta’ l-Unjoni Ewropea u r-relazzjonijet UE/Stati Uniti li jsejħu, rispettivament, biex l-edukazzjoni għolja ssir punt ta’ referenza dinjija għar-rilevanza u l-eċċellenza u għal kooperazzjoni edukattiva aktar wiesgħa.

L-edukazzjoni saret parti essenzjali mill-Istrateġija ta’ Liżbona li ssejjaħ għall-edukazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea biex issir referenza dinjija sa l-2010. Dan l-għan jista’ jinkiseb biss billi l-edukazzjoni Ewropea tibqa’ sintonizzata fuq l-iżviluppi fid-dinja u b’mod partikulari billi tikkollabora u tittestja strateġiji u standards bi tqabbil mal-pajjiżi l-aktar żviluppati fid-dinja bħall-Istati Uniti ta’ l-Amerika (minn hawn ’il quddiem ‘l-‘Istati Uniti’).

Ir-relazzjonijiet ma’ l-Istati Uniti huma ta’ importanza strateġika għall-UE u l-firxa ta’ applikazzjoni tagħhom qed titwessa’ b’mod kostanti. Il-mexxejja tas- Summit ta’ Dromoland bejn l-UE-Stati Uniti ta’ l-2004 qablu li jfittxu mezzi ta’ kooperazzjoni u l-aħjar prattiki biex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tax-xogħol u l-innovazzjoni. Fit-18 ta’ Mejju 2005, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar assoċjazzjoni UE-Stati Uniti[1] aktar b’saħħitha li, konformi ma’ l-istrateġija ta’ Liżbona, identifikat il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala għodda importanti biex jiġi stimolat l-għerf u d-dinamiżmu innovattiv u sejħet għal tiġdid u tisħiħ tal-ftehim attwali dwar l-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ Vokazzjonali. Fl-20 ta’ Ġunju 2005 il-Mexxejja tas- Summit ta’ Washington bejn l-UE-Stati Uniti qablu dwar inizjattiva biex tissaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika transatlantika u t-tkabbir, din identifikat fil-kooperazzjoni ta’ l-edukazzjoni waħda mill-għodod "biex jiżdiedu s-sinerġiji minn naħa għall-oħra ta’ l-Atlantiku hekk kif l-ekonomiji tagħna jsiru dejjem aktar ibbażati fuq it-tagħrif” u aktar impenjati biex jaħdmu ħalli “jġeddu u jsaħħu l-ftehim Stati Uniti-UE dwar l-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ Vokazzjonali, li jinkludi l-programm Fulbright/Unjoni Ewropea, biex jingħata impetu għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u skambji transatlantiċi bejn iċ-ċittadini tagħna”.

Il-ftehim attwali ġie ffinalizzat fis-sena 2000 u ġedded il-programm KE/Stati Uniti għal ħames snin oħra li jiskadu fl-2005. Saret evalwazzjoni esterna minn Ottubru 2004 sa Marzu 2005. L-evalwazzjoni indipendenti kkonkludiet li l-programm huwa għodda b’saħħitha biex jiġu stabbiliti assoċjazzjonijiet u sinerġiji fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali minn naħa għall-oħra ta’ l-Atlantiku u li dan kien ta’ kontribut biex jitjieb il-ftehim reċiproku u l-kwalità ta’ l-iżvilupp tar-riżorsi umani. Fis-27 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni fuq ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni[2].

B’konformità mad-direttivi ta’ negozjar fl-Anness tat-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 li jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehim ġdid ma’ l-Istati Uniti[3], il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ġdid ma’ l-Istati Uniti.

Il-Kunsill hu mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehim li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ ko-operazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali għall-perjodu 2006-2013.

2. L-OBBJETTIVI TAL-PROPOSTA

2.1. Obbjettiv ġenerali

L-obbjettivi ġenerali tal-programm UE/Stati Uniti huma:

1. Il-promozzjoni ta’ ftehim reċiproku bejn il-popli tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti inklużi għarfien aktar wiesa’ tal-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom; kif ukoll,

2. It-titjib fil-kwalità ta’ l-iżvilupp tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea kif ukoll fl-Istati Uniti, inkluż l-akkwist ta’ abbiltajiet meħtieġa biex tkun iffaċċjata l-isfida ta’ l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif.

Il-programm UE/Stati Uniti se jfittex għalhekk li jsaħħaħ reċiprokament il-kwalità ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali.

2.2. Obbjettivi speċifiċi

L-obbjettivi speċifiċi tal-programm UE/Stati Uniti huma:

3. t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali

4. Il-kontribut għall-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali

5. Il-kontribut għall-iżvilupp personali individwali tal-parteċipanti stess u bħala mezz biex jinkisbu l-obbjettivi ġenerali tal-Programm; kif ukoll,

6. Il-kontribut għall-isfidi transatlantiċi bejn l-UE u ċ-ċittadini ta’ l-Istati Uniti.

2.3. Obbjettivi operattivi

L-obbjettivi operattivi tal-programm UE/Stati Uniti huma:

7. L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn edukazzjoni għolja u istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali bil-ħsieb li jmexxu ’l quddiem programmi konġunti ta’ studju u mobbiltà

8. It-titjib fil-kwalità tal-mobbiltà transatlantika ta’ l-istudenti billi jkunu promossi t-trasparenza, l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki u l-perjodi ta’ studju u taħriġ, u, fejn adatt, it-trasferiment tal-krediti

9. L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali bil-ħsieb li jiġu mħeġġa diskussjonijiet u skambju ta’ esperjenza fuq kwestjonijiet politiċi; kif ukoll,

10. L-appoġġ għall-mobbiltà transatlantika bl-għan li jittejjeb il-ftehim reċiproku ta’ kwestjonijiet rilevanti għar-relazzjonijiet UE/Stati Uniti.

3. KONSISTENZA MA’ POLITIKI OħRA

Il-programm UE/Stati Uniti fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali jista’ jkun totalment konsistenti u komplementari ma’ dawk ta’ strumenti oħra ta’ l-UE f’dawn l-oqsma, u b’hekk jipprovdi l-possibbiltà li jintlaħqu l-obbjettivi ta’ edukazzjoni ta’ kwalità permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti. Apparti dan, il-programm idaħħal kooperazzjoni transatlantika minn poplu għal poplu li hija nieqsa fi programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali oħrajn ta’ l-UE.

Il-programm jikkomplementa wkoll l-attivitajiet tan-netwerk taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza ta’ l-UE fl-universitajiet ta’ l-Istati Uniti billi joffri possibbiltajiet addizzjonali għall-iskambji u jħeġġeġ il-kooperazzjoni strutturali bejn l-istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku.

B’hekk, il-programm se jikkontribwixxi wkoll għall-isforz diplomatiku pubbliku tal-Kummissjoni fl-Istati Uniti, inklużi l-attivitajiet diplomatiċi pubbliċi tad-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f’Washington u New York, b’konformità ma’ l-impenn miżjud fl-attivitajiet diplomatiċi pubbliċi b’mod partikulari fir-rigward tal-partners strateġiċi prinċipali ta’ l-UE.

4. KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI

- Studju ta’ l-2001 dwar il-modalitajiet għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ vokazzjonali

L-istudju mqabbad mill-Kummissjoni kkonferma l-valur tal-kooperazzjoni KE/Stati Uniti fl-edukazzjoni vokazzjonali u fit-taħriġ. L-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali mhumiex neċessarjament ippreparati biżżejjed għal kooperazzjoni transatlantika, iżda madankollu hemm potenzjal kbir għal arrikkiment komuni permezz ta’ din it-tip ta’ kollaborazzjoni li toffri opportunitajiet ġodda għal mobbiltà transatlantika lill-istudenti, l-imħarrġa u l-istaff li ma jkollhomx aċċess għalihom mod ieħor. L-istudju nnota li meħtieġa żieda sinifikanti fil-baġit biex din il-fergħa ta’ taħriġ vokazzjonali tkun tista’ teżisti flimkien ma’ edukazzjoni għolja.

- Evalwazzjoni esterna temporanja

Evalwazzjoni esterna ġiet iffinalizzata fil-bidu ta’ l-2005. L-evalwazzjoni kkonfermat l-effettività u r-rilevanza tal-programm u li l-programm huwa ta’ benefiċċju għall-istituzzjonijiet, il-fakultajiet u l-istudenti involuti. Il-programm, madankollu, huwa kkunsidrat limitat wisq biex ikollu impatt fuq il-ftehim reċiproku bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Filwaqt li l-proġetti huma sostenibbli fil-biċċa l-kbira tagħhom, mhux l-attivitajiet kollha jitkomplew bl-istess mod. L-evalwaturi jissuġġerixxu b’mod partikulari l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ għotjiet għal mobbiltà addizzjonali għall-proġetti li jirnexxu. Fis-27 ta’ Ġunju 2005 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni fuq ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni[4].

-Is-seminar ta’ Washington ta’ l-2004 dwar il-futur tal-kooperazzjoni UE/Stati Uniti.

Id-diskussjoni ma’ esperti u rappreżentanti governattivi prominenti ta’ l-Istati Uniti u l-UE ġiet organizzata flimkien mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Istati Uniti (FISPE) f’Washington fis-27 ta’ Novembru 2004. L-esperti kkonkludew li l-programm UE-Stati Uniti kien estremament importanti għall-istituzzjonijiet, fakultà u studenti involuti u kien strateġikament importanti għar-relazzjonijiet bejn il-popli ta’ l-UE-Stati Uniti. Huma enfasizzaw li l-programm ippermetta l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet multilaterali transatlantiċi b’impatt pożittiv fuq il-fakultà u l-istudenti li jipparteċipaw fl-iskambju. B’mod partikulari, dawn ta’ l-aħħar, setgħu jżidu drammatikament l-għerf interkulturali, l-adattabilità u t-titjib tal-prestazzjoni akkademika tagħhom u jsaħħu l-possibbiltajiet tagħhom li jsibu xogħol ta’ kwalità fis-suq internazzjonali. Ġie enfasizzat ukoll li għandu jsir aktar biex jiġi żgurat li l-programm ikollu impatt aktar wiesa’ u fit-tul. L-esperti sejħu għal programm fuq skala akbar u għal miżuri li jgħinu s-sostenibilità tal-proġetti individwali. Fl-aħħarnett tressqet il-proposta li l-programm għandu jimxi id f’id ma’ miżuri u djalogu dwar politika fuq kwestjonijiet li jikkonċernaw is-sistemi

5. POSSIBILTAJIET EżAMINATI

5.1. Avviċinamenti u strumenti: Djalogu dwar politika u l-koordinazzjoni

Djalogu dwar politika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jista’ ċertament ikun ta’ kontribut għal ftehim akbar fl-edukazzjoni u l-istrateġiji ta’ taħriġ, joħloq l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki u finalment iwassal għal miżuri li jkollhom impatt dirett fuq iċ-ċittadini.

Madankollu, id-djalogu dwar politika waħdu jista’ ma jwassalx għal kollaborazzjoni innovattiva li titlaq mill-għeruq ’il fuq u li timxi minn poplu għal poplu, jew għal tisħiħ ta’ mobbiltà ta’ kwalità għolja ta’ żgħażagħ u aċċess aħjar għaż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet li jesperjenzaw skambju transatlantiku. Programm ta’ azzjonijiet speċifiċi huwa meħtieġ biex jinkoraġġixxi u jkun ta’ appoġġ għal din l-attività.

5.2. Pjanijiet alternattivi possibbli għal programm ta’ infiq

5.2.1. Integrazzjoni f’oqsma eżistenti jew proposti

Il-programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ eżistenti bħal “ Socrates ” jew “ Leonardo da Vinci ” huma ppjanati u mmirati esklussivament għall-pubbliku ta’ l-Istati Membri. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni, it-tipoloġija ta’ l-azzjonijiet u l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni mhumiex adatti biżżejjed għal kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE/Stati Uniti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali. L-istess japplika għall-programm futur ta’ tagħlim li jissokta matul il-ħajja.

“ Erasmus Mundus ” ifittex li jsaħħaħ il-kwalità ta’ l-edukazzjoni għolja fl-Unjoni Ewropea u jmexxiha ’l quddiem fid-dinja permezz ta’ skema ta’ boroż ta’ studju għal studenti u studjużi minn pajjiżi terzi. Erasmus Mundus huwa programm ta’ edukazzjoni għolja li jimmira primarjament li jattira studenti fil-livell ta’ Masters u li mhumiex membri fl-UE. Bħala tali dan il-programm ma ġiex ippjanat għal skambji bilaterali, żvilupp kurrikulari transatlantiku u kooperazzjoni istituzjonali. Il-programm ma jikkonċernax ruħu mit-taħriġ vokazzjonali u jiffoka fuq il-livell tal-gradwati filwaqt li l-programm ta’ kooperazzjoni propost ma’ l-Istati Uniti jiffoka primarjament fuq l-attivitajiet fil-livell ta’ studji fl-ewwel grad.

Programmi esterni oħra wkoll mhux adattati biex jiksbu l-obbjettivi tal-kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE/Stati Uniti.

5.2.2. Tiġdid mill-ġdid tal-Ftehim u t-tkomplija tal-programm fil-forma attwali

Il-ftehim propost u l-programm li dan għandu jistabbilixxi ma jirrappreżentax tluq radikali mill-istruttura attwali ta’ kooperazzjoni u huwa konformi mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2005[5] li sejħet għal tisħiħ tal-kooperazzjoni attwali li għandha sseħħ flimkien ma’ l-impenn konġunt meħud fis- Summit UE-Stati Uniti f’Ġunju ta’ l-2005 li jaħdem għal tiġdid u tisħiħ tal-ftehim ħalli jitkattru l-kooperazzjoni edukattiva u l-iskambji transatlantiċi bejn iċ-ċittadini ta’ l-UE u l-Istati Uniti.

Il-programm iqis it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza ta’ l-imgħoddi u mill-evalwazzjoni temporanja u indipendenti billi jagħmel distinzjoni bejn edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali, jippromwovi programmi konġunti ta’ studju, u jibni fuq l-eċċellenza u t-tisħiħ ta’ skambji ta’ studenti, l-imħarrġa u l-istaff.

L-evalwazzjoni sabet li l-baġit limitat ta’ dan il-programm illimita l-potenzjal ta’ l-impatt tal-programm fuq l-edukazzjoni għolja u impedixxa l-iżvilupp tal-kooperazzjoni sinifikanti fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali. Il-programm li għandu jinħoloq mill-ftehim propost jinkludi żieda fil-baġit (minn 2M€ għal medja ta’ 6.5 M€ fis-sena) biex iqis id-daqs tas-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għolja u l-potenzjal għall-kooperazzjoni ta’ l-UE u l-Istati Uniti.

5.3. Analiżi ta’ impatti pożittivi u negattivi ta’ l-għażliet ikkunsidrati

Bis-suċċess ta’ l-obbjettivi tiegħu, il-programm iħalli impatt pożittiv fuq iż-żgħażagħ fuq medda qasira u twila taż-żmien, kif ukoll fuq istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jitrattaw l-edukazzjoni għolja u l-kwestjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali. Mobbiltà transatlantika tagħti lill-parteċipanti esperjenza prezzjuża li tgħinhom jintegraw aħjar fis-soċjetà tal-lum u fl-ekonomija ta’ tagħrif.

Kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tgħinhom itejbu il-kurrikuli u l-metodi ta’ tagħlim billi jitgħallmu minn xuxlin l-aħjar prattiki u billi jiżviluppaw flimkien avviċinamenti ġodda.

Fuq medda taż-żmien twila, il-kollaborazzjoni tgħin iżżomm livell tajjeb ta’ komprensjoni bejn il-popli li jeżisti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.

Ma hemmx konflitti bejn l-impatti fuq livelli soċjali, ekonomiċi, u ambjentali.

5.4. Raġunijiet għall-għażla attwali

Hemm kunsens wiesa’ li edukazzjoni għolja għandha tibqa’ komponent ċentrali tal-programm. Fl-istess waqt, il-programm jagħti aċċess ukoll għal kooperazzjoni transatlantika għal edukazzjoni vokazzjonali u organizzazzjonijiet ta’ taħriġ altrimenti dawn ma kinux se jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni ta’ din ix-xorta.

Fil-qafas ta’ edukazzjoni li tissokta matul il-ħajja, u biex tissaħħaħ id-dimensjoni bejn il-popli tar-relazzjonijiet ta’ l-UE/Stati Uniti, il-programm għandu jkun miftuħ ukoll għal żgħażagħ professjonali, prinċipalment barra l-akkademja u d-dinja ta’ l-amministrazzjoni pubblika, li jridu jkomplu jistudjaw, jew jagħmlu aktar taħriġ, f’oqsma ta’ rilevanza speċifika għar-relazzjoni ta’ l-UE/Stati Uniti, li se jkunu identifikati b’konsultazzjoni ma’ l-awtorijtajiet ta’ l-Istati Uniti.

L-impatt tal-programm għandu jogħla bl-introduzzjoni ta’ proġetti orjentati fuq il-politiki fl-oqsma ta’ interess komuni għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Jiġifieri, proġetti b’impatt sistematiku li jistgħu jħallu impatt lilhinn mill-istituzzjonijiet/organizzazzjonijiet/individwi involuti direttament fl-implimentazzjoni tagħhom. Dawn il-proġetti se jkunu mmirati biex jiżdied it-tagħrif dwar l-aċċess għal tagħlim li jissokta matul il-ħajja għal kulħadd, u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar kwestjonijiet bħalma huma l-kwalità u l-kompatibilità ta’ l-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ, kif ukoll jiftħu s-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ għad-dinja.

6. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

6.1. Bażi legali:

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 149, 150 u 300 tat-Trattat.

6.2. Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Il-programm ikun jikkomplementa l-iskemi ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti billi jipproponi li jitkompla l-qafas multilaterali ta’ kooperazzjoni. Jirrispetta bi sħiħ il-kompetenza ta’ l-Istati Membri billi jħalli l-inizjattiva f’idejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet partikulari. It-tiġdid mill-ġdid propost tal-programm ma jikkontempla l-ebda avviċinament regolatorju konfliġġenti mal-kompetenza esklussiva ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam. Il-proporzjonalità hija assigurata.

7. DESKRIZZJONI TA’ L-INTERVENT

Il-programm jimxi fuq l-obbjettivi tiegħu permezz ta’ dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

7.1. Azzjonijiet għall-edukazzjoni għolja u l-programm ta’ taħriġ vokazzjonali:

7.1.1. Proġetti b’konsorzji

Il-pubbliku mmirat għal din l-azzjoni ser ikun l-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali, l-istaff, l-istudenti u l-imħarrġa tagħhom. L-azzjoni għandha twieġeb għal żewġ obbjettivi speċifiċi: billi tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni għolja u l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali, u żżid il-mobbiltà ta’ l-istaff, l-istudenti u l-imħarrġa.

Dan it-tip ta’ proġetti għandu jkun ispirat b’mod wiesa’ fuq it-tip ta’ proġetti konġunti attwalment iffinanzjati u għandu jipprovdi appoġġ għall-gradi doppji jew konġunti stabbiliti u mmexxija minn konsorzji multilaterali ta’ edukazzjoni għolja ta’ l-UE u l-Istati Uniti, inklużi boroż ta’ studju għall-istudenti, il-fakultà u l-istaff.

Proġetti b’konsorzji għandhom jiffokaw fuq l-oqsma prijoritarji identifikati bħala prinċipali għall-kooperazzjoni bejn l-UE/Stati Uniti b’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti.

7.1.2. Proġetti ta’ eċċellenza (immonitorjata) mobbli

Taħt din l-azzjoni, il-programm jista’ jipprovdi appoġġ prinċipalment għall-mobbiltà ta’ l-istudenti għall-proġetti b’konsorzji ta’ l-edukazzjoni għolja u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali li juru rekord ta’ eċċellenza, inklużi dawk iffinanzjati taħt il-Ftehimiet UE/Stati Uniti preċedenti. Din il-miżura għandha tgħolli l-profil tal-programm, u titfa’ l-enfasi fuq l-eċċellenza. Din għandha żżid il-motivazzjoni tal-proġetti ffinanzjati li twassal u tikkontribwixxi għas-sostenibilità tal-proġetti ta’ mobbiltà ta’ kwalità tajba.

7.2. Miżuri orjentati fuq il-politiki

Il-pubbliku mmirat għal din l-azzjoni huwa organizzazzjonijiet li jittrattaw ma’ l-edukazzjoni għolja u mat-taħriġ vokazzjonali. Din l-azzjoni għandha tkompli l-obbjettiv speċifiku li jgħolli l-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-rigward ta’ l-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali, billi tiffoka fuq temi prijoritarji. Fit-tul ta’ żmien, din l-azzjoni għandha jkollha impatt fuq il-politika u l-iżvilupp tas-sistema.

L-attivitajiet li jaqgħu taħt din il-kategorija jistgħu jinkludu studji, konferenzi, seminars, gruppi ta’ ħidma, eżerċizzji ta’ benchmarking .

7.3. Għotijiet Individwali għall-mobbiltà “Schuman-Fulbright”

Il-grupp immirat għal din l-azzjoni għandu jikkonsisti fi professjonisti (inklużi professjonisti fit-taħriġ), prinċipalment minn barra d-dinja akkademika u l-amministrazzjoni pubblika (dawk li jiddeċiedu, rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali, ġurnalisti, eċċ.) li jixtiequ jistudjaw jew jitħarrġu, f’oqsma ta’ rilevanza speċifika għar-relazzjonijiet ta’ l-UE/Stati Uniti, li għandhom ikunu identifikati b’konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti.

7.4. Assoċjazzjoni ta’ ex-studenti universitarji

Taħt din l-azzjoni l-programm jista’ jipprovdi appoġġ lill-Assoċjazzjonijiet ta’ ex-studenti universitarji li jinvolvu studenti li pparteċipaw fi skambji appoġġati mill-programm ta’ kooperazzjoni tal-KE/Stati Uniti fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali.

8. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Il-programm propost għandu jiswa massimu ta’ 46 M€ mifruxa fuq perjodu ta’ tmien snin (2006-2013), bil-kundizzjoni li fondi ekwivalenti jkunu disponibbli mill-Istati Uniti.

8.1. Prinċipji ġustifikattivi għal żieda fil-baġit

Kif indikat taħt 5.2, il-baġit limitat tal-programm 2000-2005 llimita l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-edukazzjoni għolja u impedixxa l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni sinifikanti fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali.

8.2. Ammonti ta’ Kostjar-Referenzi għall-għanijiet ikkalkulati

8.2.1. Miżuri għal Edukazzjoni Għolja u Taħriġ Vokazzjonali

Fejn il-proġetti ma jinvolvux il-mobbiltà l-għotja medja għandha tkun ta’ 120.000 €.

Proġetti konġunti b’konsorzji: 664,000 € għal proġetti ta’ erba’ snin li jirriżultaw mill-544,000 € għall-istudenti b’borża ta’ studju (ikkalkulati abbażi ta’ 1,000 € fix-xahar, u 2,000 € għall-ivvjaġġar u r-rilokazzjoni għal kull student għall-perjodi medji ta’ studji ta’ 15-il xahar għal total ta’ 32 student), 60,000 € f’somom f’daqqa għal partner tal-konsorzji (7,500 € għal kull istituzzjoni fis-sena: 7500x2x4), u 60,000 € għall-għotjiet ta’ mobbiltà għal fakultà u l-istaff (1,000 € għal kull ġimgħa ta’ studju flimkien ma’ 1,000 € għall-ivvjaġġar).

Proġetti b’konsorzji ta’ Mobbiltà ta’ Eċċellenza: se jkunu ffinanzjati fuq bażi simili bħala proġetti Konġunti b’konsorzji.

8.2.2. Miżuri oħra

Miżuri orjentati fuq il-politiki: 100,000 €

Għotijiet Individwali għall-mobbiltà “Schuman-Fulbright”: 20.000 (3,000 € fix-xahar + 2.000 għall-ivvjaġġar għal kull persuna li jkollha għotja għal tul ta’ żmien medju ta’ 6 xhur)

Appoġġ lill-assoċjazzjoni ta’ l-ex-studenti universitarji jista’ jkun ikkalkulat għal 15,000 € fis-sena.

8.3. Kontribuzzjonijiet immirati

Il-programm se jappoġġa madwar 274 proġett mifruxa fuq perjodu ta’ tmien snin (ara d-dettalji taħt il-punt 8 tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja). Madwar 6,000 persuna mill-UE u l-Istati Uniti se jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ mobbiltà mifruxa fuq it-tul ta’ żmien tal-programm.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikoli 149 u 150, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tagħhom,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[6],

Billi:

11. Bid-deċiżjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ftehim li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u fit-taħriġ vokazzjonali.

12. F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika b’konformità mad-direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ftehim li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali.

13. Il-Komunità u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jippretendu li jiksbu benfiċċju reċiproku minn kooperazzjoni ta’ din ix-xorta, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkomplementa l-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u tipprovdi valur miżjud Ewropew;

14. Meħtieġ li jkun iffirmat il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni minħabba konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1. Suġġett għal konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill qed ikun b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li t/jiffirma/w f’isem il-Komunità l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u ta’ taħriġ.

2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2006/0061 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikoli 149 u 150 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tagħhom,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[7],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

15. Bid-deċiżjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ftehim li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u fit-taħriġ vokazzjonali.

16. F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika b’konformità mad-direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ftehim li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali.

17. Il-Komunità u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika jippretendu li jiksbu benfiċċju reċiproku minn kooperazzjoni ta’ din ix-xorta, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkomplementa l-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u tipprovdi valur miżjud Ewropew.

18. Il-Ftehim kien iffirmat f’isem il-Komunità fi ..........suġġett għal possibbiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, b’konformità mad-Deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi …….

19. Il-Ftehim għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

3. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fl-Edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

4. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kumitat Konġunt indikata fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tikkonsisti f’rappreżentant mill-Kummissjoni assistit minn rappreżentant minn kull Stat Membru.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA LI JĠEDDED PROGRAMM TA’ KOOPERAZZJONI FL-EDUKAZZJONI GĦOLJA U L-EDUKAZZJONI VOKAZZJONALI U T-TAĦRIĠ

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA,

min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem indikati kollettivament bħala “Il-Partijiet”),

JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni Transatlantika adottata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem indikati bħala “il-Komunità Ewropea”) u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (minn hawn ’il quddiem indikati bħala “l-Istati Uniti”) f’Novembru 1990 tagħmel referenza speċifika biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reċiproka f’oqsma diversi li direttament jaffettwaw il-benesseri taċ-ċittadini tagħhom, bħalma huma skambji u proġetti konġunti fl-edukazzjoni u l-kultura, inklużi l-iskambji akkademiċi u taż-żgħażagħ.

JINNOTAW li l-Aġenda Transatlantika l-ġdida adottata fis- Summit ta’ l-UE/Stati Uniti f’Diċembru 1995 f’Madrid tirreferi taħt Azzjoni IV – Bini ta’ Briġġijiet Bejn l-Atlantiku – fil-Ftehim KE/Stati Uniti li jistabbilixxi Programm ta’ Kooperazzjoni fit-Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali bħala katalizzatur potenzjali għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet innovattivi ta’ kooperazzjoni li huma ta’ benefiċċju dirett għall-istudenti u l-għalliema u jirriferu għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fil-klassi, billi jgħaqqdu stabbilimenti edukattivi fl-Istati Uniti ma’ dawk fl-Unjoni Ewropea u jinkoraġġixxu t-tagħlim tal-lingwi, l-istorja u l-kultura ta’ xulxin;

JINNOTAW li l-Konferenza Transatlantika “Briġġ fuq l-Atlantiku: Relazzjonijiet minn Poplu għal Poplu” ta’ l-1997 enfasizzat il-kooperazzjoni potenzjali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fil-qasam edukattiv informali.

JINNOTAW li fis- Summit UE/Stati Uniti ta’ Ġunju 2005, il-mexxejja ftiehmu dwar inizjattiva biex jiżdiedu l-integrazzjoni ekonomika transatlantika u t-tkabbir, u identifikaw il-kooperazzjoni fl-edukazzjoni bħala waħda mill-għodod "biex jiżdiedu s-sinerġiji minn naħa għall-oħra ta’ l-Atlantiku hekk kif l-ekonomiji tagħna jsiru dejjem aktar ibbażati fuq it-tagħrif” u impenjaw lilhom infushom biex jaħdmu ħalli “jġeddu u jsaħħu l-Ftehim Stati Uniti-UE dwar l-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ Vokazzjonali, li jinkludi l-programm Fulbright/Unjoni Ewropea, biex jingħata impetu għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u skambji transatlantiċi bejn iċ-ċittadini tagħna”

JIKKUNSIDRAW li l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim Bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li Jistabbilixxi Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ ta’ l-1995 u l-Ftehim Bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti li Jġedded mill-ġdid Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u l-Edukazzjoni Vokazzjonali u Taħriġ ta’ l-2000 jagħtu effett lill-impenji tad-Dikjarazzjoni Transatlantika u jikkostitwixxu eżempji ta’ kooperazzjoni li għandha suċċess għoli u li tħalli profitt.

JIRRIKONOXXU l-kontribuzzjoni kruċjali ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani li kapaċi jipparteċipaw fl-ekonomija dinjija bbażata fuq it-tagħrif

JIRRIKONOXXU li l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jikkomplementaw inizjattivi rilevanti ta’ kooperazzjoni oħra bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti

JIRRIKONOXXU l-importanza li tkun assigurata l-komplementarjetà ma’ inizjattivi rilevanti mwettqa fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali minn organizzazzjonijiet interattivi attivi f’dawn l-oqsma bħalma huma l-OECD, l-UNESCO u l-Kunsill ta’ l-Ewropa

JIRRIKONOXXU li l-Partijiet għandhom interess komuni fil-kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ

JISTENNEW li jakkwistaw benefiċċju reċiproku mill-attivitajiet kooperattivi fl-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ

JIRRIKONOXXU l-bżonn li jwessgħu l-aċċess għall-attivitajiet appoġġati bis-saħħa ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikulari dawk l-attivitajiet fl-edukazzjoni vokazzjonali u s-settur tat-taħriġ; kif ukoll

JIXTIEQU jistabbilixxu bażi formali għal kooperazzjoni kontinwa fl-edukazzjoni għolja u edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim iġedded mill-ġdid il-Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u l-Edukazzjoni Vokazzjonali u t-Taħriġ ta’ l-2000 (minn hawn ’il quddiem indikat bħala “il-Programm”), oriġinarjament stabbilit taħt il-Ftehim Bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ta’ l-1995 li jistabbilixxi Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u l-Edukazzjoni Vokazzjonali u t-Taħriġ.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan il-Ftehim:

1. “Istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” tfisser stabbiliment, skond il-liġijiet jew prattiki applikabbli, li joffri kwalifiki jew diplomi fil-livell ta’ edukazzjoni għolja, ikun xi jkun imsejjaħ l-istabbiliment ta’ din ix-xorta;

2. “Istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni vokazzjonali u ta’ taħriġ” tfisser kull tip ta’ entità pubblika, semi-pubblika jew privata, li, irrispettivament mill-isem mogħti lilha, skond il-liġijiet u l-prattiki applikabbli, tippjana u timplimenta edukazzjoni vokazzjonali jew taħriġ, aktar taħriġ vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali ta’ aġġornament jew taħriġ mill-ġdid; kif ukoll

3. “Studenti” tfisser dawk il-persuni kollha li jipparteċipaw fit-tagħlim jew f’korsijiet ta’ taħriġ jew programmi li huma mmexxija minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja jew ta’ edukazzjoni vokazzjonali u taħriġ kif definit f’dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Obbjettivi

1. L-obbjettivi ġenerali tal-Programm għandhom ikunu:

20. Il-promozzjoni ta’ ftehim reċiproku bejn il-popli tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti inklużi għarfien aktar wiesa’ tal-lingwi, il-kulturi u l-istituzzjonijiet tagħhom; kif ukoll,

21. It-titjib fil-kwalità ta’ l-iżvilupp tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea kif ukoll fl-Istati Uniti, inkluż l-akkwist ta’ abbiltajiet meħtieġa biex tkun iffaċċjata l-isfida ta’ l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif.

2. L-obbjettivi speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu:

22. It-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali

23. Il-kontribut għall-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali

24. Il-kontribut għall-iżvilupp personali individwali tal-parteċipanti stess u bħala mezz biex jinkisbu l-obbjettivi ġenerali tal-Programm; kif ukoll,

25. Il-kontribut għall-isfidi transatlantiċi bejn l-UE u ċ-ċittadini ta’ l-Istati Uniti.

3. L-obbjettivi operattivi tal-Programm għandhom ikunu:

26. L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn edukazzjoni għolja u istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali bil-ħsieb li jmexxu ’l quddiem programmi konġunti ta’ studju u mobbiltà

27. It-titjib fil-kwalità tal-mobbiltà transatlantika ta’ l-istudenti billi jkunu promossi t-trasparenza, l-għarfien reċiproku tal-kwalifiki u l-perjodi ta’ studju u taħriġ, u, fejn adatt, it-trasferiment tal-krediti

28. L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u taħriġ vokazzjonali bil-ħsieb li jiġu mħeġġa diskussjonijiet u skambju ta’ esperjenza fuq kwestjonijiet politiċi; kif ukoll

29. L-appoġġ għall-mobbiltà transatlantika bl-għan li jtejbu l-ftehim reċiproku ta’ kwestjonijiet rilevanti għar-relazzjonijiet UE/Stati Uniti.

Artikolu 4

Il-Prinċipji

Il-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun iggwidata bil-prinċipji li ġejjin:

1. Rispett shiħ għar-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-awtonomija ta’ l-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ

2. Benefiċċji reċiproċi mill-attivitajiet implimentati permezz ta’ dan il-Ftehim

3. Parteċipazzjoni wiesgħa bejn id-diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika; kif ukoll,

4. Rikonoxximent tad-diversità kulturali, soċjali, u ekonomika sħiħa tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Artikolu 5

Azzjonijiet tal-Programm

Il-Programm għandu jitkompla permezz ta’ l-azzjonijiet deskritti fl-Anness, li hu parti integrali ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt

1. Kumitat Konġunt hu stabbilit b’dan. Dan għandu jinkludi numru ndaqs ta’ rappreżentanti minn kull waħda mill-Partijiet.

2. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu:

30. L-analiżi ta’ l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni previsti taħt dan il-Ftehim; kif ukoll

31. Il-forniment ta’ rapport kull sentejn lill-Partijiet fil-livell, l-istatus u l-effettività ta’ attivitajiet kooperattivi implimentati taħt dan il-Ftehim.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kull sentejn jew kif miftiehem bejn il-Partijiet, laqgħat ta’ din ix-xorta għandhom jinżammu alternattivament fil-Komunità Ewropea u fl-Istati Uniti.

4. Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jintleħqu b’kunsens. Il-minuti, li jinkludu d-dettalji tad-deċiżjonijiet u l-punti prinċipali, għandhom ikunu kkunsidrati waqt kull laqgħa. Dawn il-Minuti għandhom ikunu approvati minn dawk il-persuni magħżula minn kull naħa biex imexxu flimkien il-laqgħa, u għandhom, flimkien mar-rapport ta’ kull sentejn, ikunu disponibbli fuq livell ministerjali għall-uffiċjali ta’ kull Parti.

Artikolu 7

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

Il-Programm għandu jkun immonitorjat u evalwat kif adatt fuq bażi kooperattiva. Dan għandu jippermetti, kif meħtieġ, ir-riorjentazzjoni ta’ l-attivitajiet fid-dawl ta’ ħtiġijiet jew l-opportunitajiet kollha li jsiru apparenti matul l-operat tiegħu.

Artikolu 8

Iffinanzjar

1. L-attivitajiet taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għad-disponibilità ta’ fondi u għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, il-politiki u l-programmi tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti. L-iffinanzjar għandu jkun, sakemm hu possibbli, fuq il-bażi ta’ ekwivalenza ġenerali ta’ fondi bejn il-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jipprovaw joffru attivitajiet tal-Programm b’benefiċċju u skop komparabbli.

2. L-ispejjeż li jsiru mill-Kumitat Konġunt jew f’ismu għandhom jitħallsu mill-Parti li għaliha l-membri huma responsabbli. L-ispejjeż, minbarra dawk ta’ l-ivvjaġġar u s-sussistenza, li huma direttament assoċjati ma’ laqgħat tal-Kumitat Konġunt, għandhom jitħallsu mill-Parti ospitanti.

Artikolu 9

Dħul ta’ Personell

Kull Parti għandha tuża l-aħjar sforzi tagħha biex tiffaċilita d-dħul u l-ħruġ fit-territorju tagħha ta’ personell, studenti u tagħmir tal-Parti l-oħra impenjati jew użati fl-attivitajiet kooperattivi taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Ftehimiet oħra

Dan il-Ftehim ma għandux jieħu post jew b’mod ieħor jaffettwa ftehimiet oħra jew attivitajiet implimentati fl-oqsma koperti bejn kull Stat Membru tal-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Artikolu 11

Applikazzjoni Territorjali ta’ dan il-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa, għat-territorji li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u bil-kundizzjonijiet preskritti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għall-Istati Uniti.

Artikolu 12

Dħul fis-Seħħ u Tmiem

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nformaw lil xulxin bil-miktub li r-rekwiżiti legali tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim twettqu, id-data li tinżamm hi dik li tiġi l-aħħar. Dan il-Ftehim jieħu post il-Ftehim Bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti li Jġedded mill-ġdid Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u l-Edukazzjoni Vokazzjonali u t-Taħriġ ta’ l-2000 fl-intier tiegħu.

2. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal tmien snin u jista’ jkun estiż jew emendat permezz ta’ ftehim reċiproku bil-miktub.

Emendi u estensjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li r-rekwiżiti tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim li jipprevedi l-emenda jew l-estensjoni in kwestjoni ġew imwettqa.

3. Dan il-Ftehim jista’ jintemm f’ħin bla waqt minn kull Parti billi jkun ipprovdut avviż bil-miktub ta’ tnax-il xahar. L-għeluq taż-żmien jew it-tmiem ta’ dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa l-validità jew it-tul ta’ żmien ta’ arranġamenti pre-eżistenti magħmula taħtu.

Artikolu 13

Magħmul fi (lokalità) illum (XX) ta’ (xahar) 2006, b’żewġ kopji bl-Ingliż, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż, it-testijiet huma daqsinsew awtentiċi. F’każ ta’ diskrepanzi, għandha tkun aċċettata l-lingwa Ingliża.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, li ġew awtorizzati kif għandu jkun, iffirmaw dan il-Ftehim.

Għall-Komunità Ewropea Għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika

ANNESS

AZZJONIJIET

AZZJONI 1 – Proġetti b’Konsorzji Konġunti Komunità Ewropea/Stati Uniti

1. Il-Partijiet għandhom jipprovdu appoġġ lill-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ li jifformaw konsorzji konġunti KE/Stati Uniti bl-għan li jkunu implimentati l-proġetti konġunti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ.

2. Kull konsorzju konġunt għandu jkun ifformat minn partenarjat multilaterali ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u ta’ taħriġ vokazzjonali mill-KE u l-Istati Uniti.

3. Proġetti b’konsorzji konġunti għandhom normalment jinvolvu mobbiltà transatlantika ta’ studenti fil-qafas tal-programmi konġunti ta’ studji, b’mira ugwali fil-flussi li jiġu miż-żewġ naħat, u għandhom jipprevedu preparazzjoni adegwata lingwistika u kulturali.

4. L-awtoritajiet kompetenti fuq kull naħa għandhom jiftiehmu b’mod konġunt dwar l-oqsma tematiċi eliġibbli għall-konsorzji konġunti KE/Stati Uniti bbażati fuq oqsma prijoritarji li huma l-qofol tal-kooperazzjoni KE/Stati Uniti.

AZZJONI 2-Eċċellenza (insegwiment) Proġetti ta’ Mobbiltà

Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-mobbiltà studenteska, lill-konsorzji konġunti ta’ edukazzjoni għolja u istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali li għandhom rekord ipprovat ta’ eċċellenza fl-implimentazzjoni ta’ proġetti konġunti ffinanzjati mill-Partijiet.

AZZJONI 3 – Miżuri orjentati fuq il-politiki

Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-proġetti multilaterali li jinvolvu organizzazzjonijiet attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali bl-iskop li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti fir-rigward ta’ l-iżvilupp ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali. Miżuri orjentati fuq il-politiki jistgħu jinkludu studji, konferenzi, seminars, gruppi ta’ ħidma, eżerċizzji ta’ benchmarking u jistgħu jindirizzaw kwestjonijiet orizzontali ta’ edukazzjoni għolja u ta’ taħriġ vokazzjonali, inkluż ir-rikonoxximent tal-kwalifiki.

AZZJONI 4 – Għotjiet “Schuman-Fulbright”

Il-Partijiet bi ħsiebhom jipprovdu boroż ta’ studju lill-professjonisti bi kwalifiki għolja (inklużi professjonisti li qed jitħarrġu, li jistgħu jkunu involuti fi studji avvanzati f’universitajiet u skejjel professjonali) li jixtiequ jwettqu studji jew taħriġ, f’oqsma ta’ rilevanza speċifika għar-relazzjoni bejn l-UE/Stati Uniti, li għandhom ikunu identifikati b’mod konġunt mill-Partijiet. Bl-għan li jkunu promossi l-għotjiet “Schuman-Fulbright” u li tkun appoġġata kull persuna li jkollha għotja, il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjoni li huma jinnominaw bejniethom.

AZZJONI 5 – Assoċjazzjoni ta’ ex-studenti universitarji

Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ lill-Assoċjazzjonijiet ta’ ex-studenti universitarji li pparteċipaw fi skambji appoġġati mill-programm ta’ kooperazzjoni tal-KE/Stati Uniti fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali. L-Assoċjazzjonijiet ta’ ex-studenti universitarji jistgħu jitmexxew minn organizzazzjonijiet li l-Partijiet għandhom jaħtru b’mod konġunt.

IMMANIĠĠJAR TAL-PROGRAMM

L-immaniġġjar ta’ dawn l-Azzjonijiet għandu jkunu implimentat mill-uffiċjali kompetenti ta’ kull Parti. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

1. It-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-preżentazzjoni tal-proposti, inkluża l-preparazzjoni ta’ sett ta’ linji gwida komuni għall-applikanti

2. It-twaqqif ta’ skeda għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti, sottomissjoni u selezzjoni ta’ proposti

3. Il-forniment ta’ informazzjoni dwar il-Programm u l-implimentazzjoni tiegħu

4. Il-ħtir ta’ konsulenti u esperti akkademiċi

5. Ir-rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti dwar liema proġetti għandhom ikunu ffinanzjati

6. L-assigurazzjoni ta’ mmaniġġjar finanzjarju; kif ukoll

7. Il-promozzjoni ta’ avviċinament kooperattiv għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm.

Fil-prinċipju, il-Komunità Ewropea se tipprovdi appoġġ għall-użu tal-partners tal-proġett tal-Komunità Ewropea; l-Istati Uniti se jipprovdu appoġġ għall-partners tal-proġett ta’ l-Istati Uniti. Biex jipprovdu appoġġ, il-Partijiet jistgħu jirrikorru għal għotjiet b’rata fissa, skali ta’ unità tal-prezzijiet u/jew boroż ta’ studju.

MIŻURI TA’ APPOĠĠ TEKNIKU

Jistgħu jintużaw fondi għax-xiri ta’ servizzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm. B’mod partikulari, il-Partijiet jistgħu jirrikorru għal esperti; jistgħu jorganizzaw seminars, konferenzi akkademiċi jew laqgħat oħra li probabbilment jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Programm; u jistgħu wkoll jimplimentaw attivitajiet ta’ informazzjoni, pubblikazzjoni u propagazzjoni.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal DEĊIŻJONIJIET TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (minn hawn ’il quddiem ‘l-Istati Uniti’) li jġedded mill-ġdid il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali.

2. QAFAS ABM/ABB

Qasam ta’ politika: EDUKAZZJONI U KULTURA

Obbjettiv: “Il-miljorament reċiproku tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Attività: EDUKAZZJONI

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (eks-linji B.A) inklużi l-intestaturi:

15.02.03 Ko-operazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

15.01.04.17 Ko-operazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex membri fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali – Nefqa għall-immaniġġjar amministrattiv

15.01.04.32 Aġenzija eżekuttiva għall-edukazzjoni, l-awdjoviżwali u l-kultura – sussidji għall-programmi taħt l-intestatura 4

3.2. It-tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: 2006-2013

It-tul ta’ żmien finali ta’ l-azzjoni se jkun iddeterminat matul in-negozjar u se jkun soġġett għal klawsola ta’ analiżi f’nofs it-tul ta’ żmien.

3.3. Karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk meħtieġ ) :

Linja baġitarja | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-prospettiva finanzjarja |

15.02.03 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

15.01.04.17 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

15.01.04.32 | Mhux obblig. | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta’ Pagament (AP)

Miljuni EUR (sat-3 skala deċimali)

Tip ta’ nefqa | Sezzjoni nru. | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 | Total |

Nefqa operattiva |

Approprjazzjonijiet ta’ impenn (AI) | 8.1 | a | 2,224 | 3,780 | 4,957 | 5,924 | 6,004 | 20,551 | 43,441 |

Approprjazzjonijiet ta’ pagament (AP) | b | 0,994 | 3,158 | 4,486 | 5,537 | 5,972 | 23,294 | 43,441 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[2] |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0,000 | 0,352 | 0,352 | 0,352 | 0,352 | 1,056 | 2,464 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet ta’ impenn | a+c | 2,224 | 4,132 | 5,309 | 6,276 | 6,356 | 21,607 | 45,905 |

Approprjazzjonijiet ta’ pagament | b+c | 0,994 | 3,510 | 4,838 | 5,889 | 6,324 | 24,350 | 45,905 |

Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[3] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 1,134 | 3,024 |

Spejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0,010 | 0,028 | 0,010 | 0,028 | 0,010 | 0,065 | 0,150 |

Dettalji dwar il-kofinanzjament: M.D. (mhux disponibbli)

Taħt il-programm li għandu jkun imġedded mill-ġdid bil-ftehim, l-UE se tappoġġa l-involviment ta’ l-istituzzjonijiet u l-istudenti ta’ l-UE. L-ebda kofinanzjament mill-Istati Membri jew entitajiet oħra mhu mistenni.

4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja

( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Il-proposta sejra tinvolvi l-programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (jiġifieri strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. B’mod partikulari l-estimi tan-nefqa u l-impatt finanzjarju għall-2006 huma skond il-Baġit ta’ dik is-sena, filwaqt li l-estimi tan-nefqa u l-impatt finanzjarju għall-perjodu 2007-2013 huma indikattivi u jirriflettu l-orjentazzjoni korrenti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda. Dawn l-estimi ta’ nefqa ma jippreġudikawx ir-riżorsi disponibbli taħt l-Intestatura 4 wara ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar il-qafas finanzjarju 2007-2013 ġejjieni, u jistgħu jkunu adattati wara ftehim ta’ din ix-xorta.

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

4.1.4. Ir-Riżorsi Umani FTE (inkluż l-istaff uffiċjali, temporanju u estern)-ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Rekwiżiti annwali | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 fuq bażi annwali u aktar tard |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 2,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 | 3,5 |

5. KARATTERISTIċI U OBBJETTIVI

5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq tul medda qasira jew twila ta’ żmien

Il-ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ ser ifittex biex tissaħħaħ il-komprensjoni reċiproka fost il-popli ta’ l-UE u ta’ l-Istati Uniti, biex iċ-ċittadini jkunu ppreparati aħjar għas-soċjetà ta’ tagħrif u biex b’mod reċiproku tissaħħaħ il-kwalità ta’ l-edukazzjoni għolja, it-taħriġ u l-edukazzjoni informali għaż-żgħażagħ fl-UE u l-Istati Uniti.

Il-ftehim ta’ kooperazzjoni bilaterali jwieġeb għal xewqa politika mill-partijiet fl-ogħla livell.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità, il-kompatibilità tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Ir-relazzjonijiet ma’ l-Istati Uniti huma ta’ importanza strateġika għall-UE u l-firxa ta’ applikazzjoni tagħhom qed titwessa’ b’mod kostanti. Il-mexxejja tas- Summit UE-Stati Uniti ta’ Dromoland ta’ l-2004 qablu li jfittxu mezzi ta’ kooperazzjoni u l-aħjar prattiki biex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tax-xogħol u l-innovazzjoni. Fit-18 ta’ Mejju 2005 l-Kummissjoni adottat komunikazzjoni dwar partenarjat UE-Stati Uniti aktar b’saħħtu li, konformi ma’ obbjettiv ta’ Liżbona, identifikat il-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala biċċa għodda importanti biex jiġi stimolat l-għerf u d-dinamiżmu innovattiv u sejħet għal tiġdid mill-ġdid u tisħiħ tal-ftehim attwali dwar l-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ Vokazzjonali.

Il-programm EU-Stati Uniti għandu jipprovdi valur miżjud f’numru ta’ livelli: billi jibni briġġijiet istituzzjonali transatlantiċi, jipprovdi individwi, akkademiċi u staff amministrattiv u studenti b’netwerks transatlantiċi tagħhom stess, jiżviluppa suġġetti u dixxiplini speċifiċi. It-tiġdid mill-ġdid tal-programm ta’ kooperazzjoni EU-Stati Uniti fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali għandu wkoll jippreserva u jiżviluppa l-avviċinament multilaterali billi jinvolvu f’kull azzjoni istituzzjonijiet u popli minn Stati Membri differenti. Dan l-avviċinament multilaterali s’issa wera lilu nnifsu effettiv biex ikompli l-obbjettiv tal-programm f’termini ta’ tkabbir reċiproku ta’ komprensjoni u ta’ titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE u l-Istati Uniti. Dan wera wkoll li ġarr ċerti ekonomiji ta’ skop, ta’ kobor u ta’ tisħiħ fil-kwalità fir-rigward tal-programmi bilaterali.

L-obbjettivi tal-programm UE/Stati Uniti fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali se jkunu kompletament konsistenti ma’ dawk ta’ l-istrumenti l-oħra ta’ l-UE f’dawn l-oqsma. Il-ftehim se jwaqqaf qafas li għandu jikkomplementa programmi oħra u jippermetti li jitkomplew l-obbjettivi ta’ edukazzjoni ta’ kwalità permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti. Apparti dan, il-programm idaħħal kooperazzjoni transatlantika minn poplu għal poplu li hija nieqsa fi programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ oħrajn ta’ l-UE.

B’mod partikulari, il-programm ta’ kooperazzjoni bilaterali se jikkomplementa l-Programm Erasmus Mundus billi se jiffoka fuq il-mobbiltà ta’ l-istudenti li qed jippreparaw għall-ewwel grad u jinkludi skambji transatlantiċi fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali.

Il-programm ikun ukoll jikkomplementa l-attivitajiet taċ-Ċentri ta’ l-UE appoġġati mill-Unjoni Ewropea billi joffri possibilitajiet addizzjonali għal skambji, u jinkuraġġixxi kooperazzjoni strutturali bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet miż-żewġ naħat ta’ l-Atlantiku.

5.3. L-obbjettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Obbjettiv | Lista mhix eżawrjenti ta’ indikaturi |

Obbjettivi Ġenerali |

tisħiħ tal-komprensjoni reċiproka fost il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti preparazzjoni aħjar taċ-ċittadini għas-soċjetà ta’ tagħrif tisħiħ reċiproku fil-kwalità ta’ l-edukazzjoni | Data kwantitattiva dwar il-perċezzjoni fost l-utenti tal-programm u l-partijiet interessati akkwistata permezz ta’ servejs imwettqa matul evalwazzjoni temporanja u ex-post |

Obbjettivi Speċifiċi |

tisħiħ fil-kollaborazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ kontribut għall-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet għall-edukazzjoni għolja u istituzzjonijiet ta’ taħriġ kontribut lill-parteċipanti individwali għall-iżvilupp personali għall-użu personali tagħhom u bħala mod kif jintlaħaq l-obbjettiv ġenerali tal-programm. | Data kwantitattiva dwar il-perċezzjoni ta’ l-uffiċjali u l-amministraturi akkwistata permezz ta’ intervisti; Data kwantitattiva dwar il-perċezzjoni ta’ individwi responsabbli għall-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet involuti fil-programm akkwistata permezz ta’ servejs Data kwantitattiva dwar il-perċezzjoni ta’ parteċipanti akkwistata permezz ta’ servejs. |

Ir-riżultati jistgħu jkunu definiti bħala vantaġġ jew żvantaġġ li destinatarji diretti jakkwistaw fl-aħħar tal-parteċipazzjoni tagħhom f’intervent pubbliku. Għalhekk dawn għandhom ikunu identifikati rigward l-obbjettivi operattivi ta’ l-intervent.

Obbjettivi operattivi | Riżultati akkwistati mill-parteċipanti |

Appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali bl-għan li jitmexxew ’il quddiem il-programmi ta’ studju konġunt u l-mobbiltà; | Istituzzjonijiet: kurrikuli mtejba u metodoloġiji ta’ tagħlim; trasparenza akbar u komprensjoni tas-sistemi ta’ krediti rispettivi; preparazzjoni mtejba għall-kooperazzjoni transatlantika Studenti: esperjenza transatlantika li tarrikkixxi; edukazzjoni u komprensjoni kulturali aħjar. |

Appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali bl-għan li jħeġġu diskussjoni u skambju ta’ esperjenzi dwar kwestjonijiet ta’ politika; | Organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet: komprensjoni aħjar tal-kwestjonijiet ta’ politika; |

Appoġġ għall-mobbiltà transatlantika bl-għan li titjib il-komprensjoni komuni ta’ kwestjonijiet rilevanti għar-relazzjonijiet UE/Stati Uniti. | Individwi; komprensjoni aħjar ta’ kwestjonijiet bażiċi fir-relazzjonijiet UE/Stati Uniti. |

5.4. Metodu ta’ l-implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn taħt uri l-modalità(jiet)[9] magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

X Maniġment Ċentralizzat

X Direttament mill-Kummissjoni

X Indirettament permezz ta’ delegazzjoni lill-:

X Aġenzija Eżekuttiva

ٱ Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

ٱ Entità/jiet nazzjonali fis-settur pubbliku b’missjoni ta’ servizz pubbliku

ٱ Maniġment bi sħab jew deċentralizzat

ٱ Ma’ Stati Membri

ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

ٱ Immaniġgjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Il-programm propost hu bbażat fuq il-prinċipju ta’ finanzjament konġunt mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Sejħa għal proposti huma amministrati mill-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ linji gwida konġunti miftiehma minn qabel ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti.

Għall-iskop ta’ l-immaniġġjar tal-programm, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tirrikorri għal Aġenzija Eżekuttiva. Jekk il-pakkett finanzjarju propost tal-programm UE/Stati Uniti hu miżmum ir-rikors għal Aġenzija Eżekuttiva għandu jkun iġġustifikat. Ir-rikors għal Aġenzija Eżekuttiva għandu wkoll ikun iġġustifikat fl-każ li l-pakkett finanzjarju tal-programm UE/Stati Uniti jkun imnaqqas iżda ftehim simili għandu jkun konkluż mal-Kanada li jżid l-ekonomiji ta’ kobor u jipprovdi prinċipji ġustifikattivi għall-implimentazzjoni ta’ wħud mill-azzjonijiet permezz ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva.

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-monitoraġġ tal-proġetti UE/Stati Uniti għandu jkun implimentat permezz ta’ tagħqid u taħlit ta’ monitoraġġ ta’ fajls (ibbażat fuq rapporti regolari mill-benefiċjarji ta’ l-għotjiet), u minn monitoraġġ li jsir fuq il-post mill-Kummissjoni u minn struttura adatta nnominata mill-Istati Uniti.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-evalwazzjoni ex-ante hi bbażata fuq l-esperjenza akkwistata fl-implimentazzjoni tal-fażi attwali tal-programm, informazzjoni diretta mill-utenti tal-programm, studju dwar il-qasam tat-taħriġ vokazzjonali fi ħdan il-programm, konsultazzjonijiet minn esperti u evalwazzjoni temporanja tal-fażi attwali tal-programm.

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni jkopri l-aspetti prinċipali ta’ l-evalwazzjoni ex-ante u l-assessment ta’ l-impatt.

Is-sejbiet prinċipali ta’ l-evalwazzjoni ex-ante fir-rigward ta’ l-edukazzjoni għolja u tat-taħriġ vokazzjonali huma li ġejjin:

- il-progamm hu ta’ benefiċċju għall-istituzzjonijiet, fakultajiet u studenti involuti. B’mod partikulari l-programm hu effettiv fit-titjib tal-komprensjoni interkulturali ta’ l-istudenti u l-istaff.

- il-programm ikkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp kurrikulari u b’mod speċjali għall-konsolidazzjoni tan-netwerks transatlantiċi ta’ universitajiet u ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali ta’ taħriġ.

- il-programm, madankollu, huwa kkunsidrat limitat wisq biex seta’ jħalli impatt fuq il-komprensjoni reċiproka bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.

- is-sostenibilità ta’ proġetti ta’ mobbiltà kienet iddubitata minħabba n-nuqqas ta’ insegwiment fl-iffinanzjar.

- biex il-qasam tat-taħriġ vokazzjonali jkun jista’ jeżisti flimkien ma’ l-edukazzjoni għolja, hi meħtieġa żieda sinifikanti fil-baġit

- avviċinament speċifiku kien meħtieġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li jadatta ċerti kriterji ta’ implimentazzjoni għar-realtà speċifika ta’ dan il-qasam

- l-evalwazzjoni temporanja tissuġġerixxi xi tibdil operattiv: a) żieda għat-tul ta’ żmien tal-proġetti b’konsorzji; b) enfasi fuq l-identifikazzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki; c) introduzzjoni ta’ sistema ta’ għotjiet addizzjonali għall-mobbiltà għal proġetti li rnexxew.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Il-programm propost għandu jkun ippjanat billi jikkunsidra l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni ex-ante, jiġifieri, hu għandu

- iżomm u jiżviluppa l-komponenti tal-programm li kienu ttestjati u pprovati b’mod tajjeb

- jiżviluppa avviċinament speċifiku għat-taħriġ vokazzjonali

- jibni fuq proġetti ta’ eċċellenza pprovata

- jirrinforza l-mobbiltà

- iżid il-pakkett finanzjarju tal-programm.

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Fit-teorija, evalwazzjoni temporanja għandha tkun imwettqa wara l-ewwel tliet snin ta’ implimentazzjoni u evalwazzjoni finali ex-post se tkun illanċjata fl-aħħar ta’ l-intervent.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Deċiżjonijiet dwar finanzjament u kuntratti bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji jipprovdu għal verifiki fuq il-post li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri fil-lokalitajiet tal-benefiċjarji ta’ għotja mill-Komunità Ewropea, u dawn jagħtu s-setgħa li tkun meħtieġa evidenza ta’ kull nefqa li ssir bis-saħħa ta’ kuntratti, ftehimiet u impenji legali ta’ din ix-xorta sa ħames snin wara l-għeluq tal-perjodu kontraenti.

Il-benefiċjarji huma soġġetti għal obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ kontabilità finanzjarja u dawn għandhom ikunu analizzati mil-lat tal-kontenut u l-eliġibilità tan-nefqa, filwaqt li jkun ikkunsidrat l-għan tal-finanzjament tal-Komunità Ewropea, u jkunu kkunsidrati l-obbligi kontraenti u l-prinċipji ta’ mmaniġġjar ekonomiku u finanzjarju adatt.

Annessa mal-ftehimiet finanzjarji hemm informazzjoni ta’ natura amministrattiva u finanzjarja, maħsuba biex tispeċifika t-tip ta’ nefqa li hi eliġibbli skond ftehimiet ta’ din ix-xorta. Fejn adatt, il-koperta tal-Komunità Ewropea ta’ ċerti elementi ta’ spejjeż se tkun limitata għal entrati li huma konkreti, identifikabbli u verifikabbli fl-arranġamenti tal-kontabilità tal-benefiċjarju, sabiex ikun iffaċilitat l-iċċekkjar u l-awditjar (u l-evalwazzjoni għall-skopijiet ta’ selezzjoni) ta’ proġetti li jirċievu finanzjamant.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Obbjettivi tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sat-3 skala deċimali)

Intestaturi ta’ l-obbjettivi operattivi | Tip ta’ twettiq | L-ispiża. Medja | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 | TOTAL |

2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 fuq bażi annwali |

L-uffiċjali jew l-istaff temporanju[10] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

B*, C*/AST | ¾ 3/4 | 3/4 3/4 | 3/4 3/4 | 3/4 3/4 | 3/4 3/4 | 3/4 3/4 |

Staff iffinanzjat[11] mill-Art.XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Staff ieħor[12] iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 04/05 | 0 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 |

TOTAL | 2,5 | 5,5 | 5,5 | 5,5 | 5,5 | 5,5 |

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ kompiti li ġejjin mill-azzjoni

A*/AD: Żvilupp tal-politika, maniġer ta’ programm, relazzjonijiet ma’ pajjiżi partners:

B*/AST Assistent finanzjarju

C*/AST Appoġġ segretarjali u finanzjarju

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

(Meta jissemma’ iktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull wieħed minnhom)

2,5 Karigi attwalment allokati għall-immaniġġjar tal-programm li għandu jinbidel jew jittawwal.

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

1 Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu allokati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ mmaniġġjar (riallokazzjoni interna)

( Karigi neċessarji għas-sena n iżda li ma kinux previsti fl-eżerċizzju APS/APB tas-sena finanzjarja kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra li hija inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq l-immaniġġjar amministrattiv)

Miljuni EUR (sat-3 skala deċimali)

Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | 0,270 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 2,916 |

Staff iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljaru, END, staff bil-kuntratt, eċċ.)(ispeċifika l-linja baġitarja) |

Spiża totali għar-Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0,270 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 0,378 | 2,916 |

Kalkolu– Uffiċjali u aġenti Temporanji:

(2.5 staff fl-2006 x108.000 EUR) + (3,5 staff fl-2007-2013 x 7 snin x 108.000 EUR) = 2.916.000 EUR

Dan il-kalkolu hu bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-Aġenzija Eżekuttiva Edukazzjoni, Awdjoviżwali u Kultura se tkun involuta fl-implimentazzjoni tal-programm. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikunu meħtieġa 2 persuni addizzjonali mill-istaff tal-Kummissjoni.

Kalkolu – Staff iffinanzjat bis-saħħa ta’ l-Artikolu XX 01 02

M.D. (mhux disponibbli)

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

Miljuni EUR (sat-3 skala deċimali)

2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011-2013 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missionijiet | 0,010 | 0,010 | 0,010 | 0,010 | 0,010 | 0,030 | 0,080 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[14] Kumitat konġunt UE/Stati Uniti mwaqqaf bil-ftehim | 0,018 | 0,018 | 0,035 | 0,070 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informazzjoni |

2 Total tan-Nefqa ta’ mmaniġġjar ieħor (XX 01 02 11) |

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (ispeċifika u inkludi referenza għal-linja baġitarja) |

Nefqa Amministrattiva totali, ħlief għar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,010 | 0,028 | 0,010 | 0,028 | 0,010 | 0,065 | 0,150 |

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza

Missjonijiet: 2 x 3000 (għall-Istati Uniti) + 6 x 700 (għall-Istati Membri) = EUR 10.200

Laqgħa tal-Kumitat Konġunt ma’ l-Istati Membri kull sentejn: 25 x 700 x 4 = EUR 70.000

[1] COM(2005) 196.

[2] COM(2005) 274.

[3] Il-punt 6 fil-lista tal-punti “A” f’ 13437/05 adottata fl-2685 laqgħa tal-Kunsill (Agrikultura/Sajd), it-Tnejn 24 u t-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2005.

[4] COM(2005) 274.

[5] COM(2005) 196.

[6] ĠU C , , p. .

[7] ĠU C , , p. .

[8] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[9] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Rilevanti" ta’ dan il-punt

[10] L-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[11] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[12] L-ispiża tiegħu hija inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza.

[13] Il-possibbiltà li jkun hemm rikors għall-Aġenzija Eżekuttiva attwali Edukazzjoni, Awdjoviżwali u Kultura se tkun eżaminata fil-kuntest ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha ssir fl-2006 bl-għan li jkunu implimentati il-programmi edukattivi 2007-2013 l-ġodda.

[14] Ispeċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li għalih jappartjeni.