|
11.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/766/PESK
tas-7 ta’ Diċembru 2010
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1). |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2009 u t-30 ta’ Lulju 2010 rispettivament, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/907/PESK (2) u d-Deċiżjoni 2010/437/PESK (3) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK. |
|
(3) |
L-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja jkomplu jheddu t-tbaħħir fiż-żona u b’mod speċjali l-kunsinna tal-għajnuna tal-ikel mill-Programm Dinji tal-Ikel lill-popolazzjoni tas-Somalja. |
|
(4) |
Fit-23 ta’ Novembru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1950 (2010). |
|
(5) |
L-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (“operazzjoni militari tal-UE”) għandha tiġi estiża sat-12 ta’ Diċembru 2012. |
|
(6) |
Id-definizzjoni ta’ persuni li x’aktarx jiġu trasferiti f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha tiġi ċċarata skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. |
|
(7) |
Mill-esperjenza tal-ewwel sentejn tal-operazzjoni militari tal-UE, jinħtieġu emendi għall-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK sabiex ikun possibbli l-ġbir ta’ karatteristiċi fiżiċi u t-trażmissjoni ta’ ċerta data personali, bħal marki tas-swaba’, ta’ persuni suspettati, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tagħhom u l-prosekuzzjoni potenzjali tagħhom. Dan l-ipproċessar għandu jsir skont l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(8) |
Jeħtieġ ukoll li għal raġunijiet prattiċi tiġi prevista l-possibbiltà li jsir skambju ta’ informazzjoni klassifikata fil-post tal-operazzjonijiet. |
|
(9) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Abbażi tal-aċċettazzjoni mis-Somalja tal-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni minn Stati Membri jew Stati terzi, minn naħa, u l-Artikolu 105 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, min-naħa l-oħra, persuni suspettati li għandhom il-ħsieb, kif imsemmi fl-Artikolu 101 u 103 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li jikkommettu, li qed jikkommettu jew li kkommettew atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja jew fl-ibħra internazzjonali, li jinqabdu u jinżammu, bil-ħsieb li ssirilhom prosekuzzjoni, u l-proprjetà li tkunu intużat biex jitwettqu dawn l-atti, għandhom jiġu ttrasferiti:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: “3. Ir-RGħ huwa b’dan awtorizzat li jikkomunika lill-Forza Marittima ta’ Koalizzjoni (‘CMF’) immexxija mill-Istati Uniti, permezz tal-Kwartieri Ġenerali tagħha, kif ukoll lil Stati terzi li mhux qed jieħdu sehem fis-CMF u lil organizzazzjonijiet internazzjonali, li jinsabu fiż-żona tal-operazzjoni militari tal-UE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġenerati għall-fini tal-operazzjoni militari tal-UE fil-livell ta’ RESTREINT UE, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, fejn komunikazzjoni bħal din fil-post tal-operazzjoni hija meħtieġa għal raġunijiet operattivi, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill u soġġett għal arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet terzi msemmija hawn fuq.”; |
|
(5) |
fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm fit-12 ta’ Diċembru 2012.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.