26.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8589 — SCOR/MutRé)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 282/07)

1.

Fit-22 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża SCOR Global Life SE (Franza), sussidjarja tal-grupp tar-riassikurazzjoni SCOR SE (Franza), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża MutRé S.A. (Franza) kollha kemm hi, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

SCOR Global Life SE, sussidjarja tal-grupp tar-riassikurazzjoni SCOR SE, hija impriża dinjija li tagħmel attivitajiet ta’ riassikurazzjoni fuq il-ħajja li tkopri l-protezzjoni, is-soluzzjonijiet ta’ finanzjament u d-durata.

—

MutRé SA hija impriża Franċiża attiva fir-riassikurazzjoni fuq il-ħajja fil-qasam tar-riskji marbuta mal-poloz meħuda minn kumpaniji tal-assigurazzjoni fil-kategoriji tal-mortalità, tal-ispejjeż mediċi, l-invalidità, il-qgħad, id-dipendenza u l-inċidenti individwali.

3.

Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8589 — SCOR/MutRé, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.