European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2508

30.4.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/2508)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

Pfalz

PDO-DE-A1272-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 5.2.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni tal-inbid/prodotti tad-dwieli u karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Deskrizzjoni:

L-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika naturali minima u l-piż minimu tal-most naturali fil-futur se jkunu marbuta bil-kelma “u”. Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja dwar ir-reġistru tal-kantina tal-inbid bħala kjarifika: “Il-piż tal-most fil-kontenitur tal-fermentazzjoni jrid jiġi ddokumentat.”

Titneħħa r-referenza għat-tieni fermentazzjoni fil-proċess tal-produzzjoni mid-deskrizzjoni tal-inbid spumanti ta’ kwalità.

Raġunijiet:

It-tneħħija tat-tabella tal-konverżjoni tfisser li ma għad fadal l-ebda bażi legali biex jiġi indikat il-piż minimu tal-most naturali. Madankollu, peress li l-produtturi fil-prattika jaħdmu mal-Öchslegrade (skala tal-piż tal-most), dan se jkompli jidher fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Għalhekk, l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika naturali minima u l-indikazzjoni tal-piż minimu tal-most naturali se jingħaqdu bil-kelma “u”. Dan juri b’mod ċar li kemm il-valur tal-qawwa alkoħolika naturali minima kif ukoll il-valur tal-piż minimu tal-most naturali jridu jiġu osservati mill-produtturi jekk iridu jikkummerċjalizzaw il-prodotti bħala “DOP Pfalz”. Sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta’ fehim fir-rigward tar-reġistru tal-kantina tal-inbid, l-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni ddeċidiet li ddaħħal sentenza li tikkjarifika li l-piż tal-most biss għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-kantina tal-inbid.

Titneħħa r-referenza għat-tieni fermentazzjoni mid-deskrizzjoni, peress li l-inbid spumanti ta’ kwalità jista’ wkoll jiġi prodott biss permezz tal-ewwel fermentazzjoni.

2.   Demarkazzjoni taż-żona

Deskrizzjoni:

Iż-żona demarkata tad-DOP “Pfalz” tinkludi l-irqajja’ ta’ art li ġejjin:

Friedelsheim

4337

1568

0

Einselthum

4554

2186

0

Einselthum

4554

2187

0

Essingen

5517

3529

0

Essingen

5517

3646

1

Großkarlbach

4405

2145

0

Großkarlbach

4405

2146

0

Großkarlbach

4405

2147

0

Großkarlbach

4405

2148

0

Großkarlbach

4405

2149

0

Großkarlbach

4405

2151

0

Großkarlbach

4405

2152

0

Großkarlbach

4405

2153

0

Großkarlbach

4405

2154

0

Großkarlbach

4405

2155

0

Großkarlbach

4405

2155

1

Großkarlbach

4405

2204

1

Großkarlbach

4405

2205

0

Großkarlbach

4405

2206

0

Großkarlbach

4405

2207

0

Großkarlbach

4405

2208

0

Großkarlbach

4405

2209

0

Großkarlbach

4405

2210

0

Großkarlbach

4405

2273

0

Großkarlbach

4405

2275

0

Großkarlbach

4405

2275

1

Großkarlbach

4405

2275

2

Großkarlbach

4405

2275

3

Großkarlbach

4405

2276

0

Großkarlbach

4405

2277

0

Großkarlbach

4405

2278

0

Großkarlbach

4405

2279

0

Mörzheim

5562

5092

0

Mörzheim

5562

5093

0

Mörzheim

5562

5094

0

Mörzheim

5562

5095

0

Mörzheim

5562

5096

0

Mörzheim

5562

5097

0

Weisenheim am Sand

4367

8380

0

Weisenheim am Sand

4367

8309

0

Weisenheim am Sand

4367

8310

0

Weisenheim am Sand

4367

8311

0

Weisenheim am Sand

4367

8406

0

Bissersheim

4404

971

1

Bissersheim

4404

972

1

Bissersheim

4404

973

1

Bissersheim

4404

974

1

Bissersheim

4404

976

0

Bissersheim

4404

977

0

Bissersheim

4404

978

0

Bissersheim

4404

979

0

Bissersheim

4404

980

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12897

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12898

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12899

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12903

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12904

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12905

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12906

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12907

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12908

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12909

0

Lachen-Speyerdorf

4253

12932

0

Herxheim

5527

7418

0

Herxheim

5527

7419

0

Herxheim

5527

7420

0

Herxheim

5527

7421

0

Herxheim

5527

7423

0

Herxheim

5527

7424

0

Freinsheim

4369

6912

0

Freinsheim

4369

6913

0

Freinsheim

4369

6914

0

Impflingen

5387

2333

0

Impflingen

5387

2337

0

Impflingen

5387

2338

0

Impflingen

5387

2341

0

Neustadt

4257

4837

0

Neustadt

4257

4837

1

Neustadt

4257

4840

0

Neustadt

4257

4841

0

Neustadt

4257

4842

0

Neustadt

4257

4844

0

Neustadt

4257

4845

0

Neustadt

4257

4849

0

Neustadt

4257

4850

0

Neustadt

4257

4853

0

Neustadt

4257

4855

0

Neustadt

4257

4856

0

Neustadt

4257

4858

0

Neustadt

4257

4864

0

Neustadt

4257

4865

0

Neustadt

4257

4872

3

Neustadt

4257

4873

0

Neustadt

4257

4873

2

Neustadt

4257

4873

3

Neustadt

4257

4873

4

Neustadt

4257

4873

5

Neustadt

4257

4876

0

Neustadt

4257

4878

1

Neustadt

4257

4878

2

Neustadt

4257

4880

1

Neustadt

4257

4881

1

Neustadt

4257

4881

2

Neustadt

4257

4883

0

Neustadt

4257

4886

4

Neustadt

4257

4887

3

Neustadt

4257

4887

4

Neustadt

4257

4888

2

Neustadt

4257

4891

0

Neustadt

4257

4892

6

Neustadt

4257

4892

7

Neustadt

4257

4893

0

Neustadt

4257

4894

0

Neustadt

4257

4895

0

Neustadt

4257

4899

1

Neustadt

4257

4899

13

Neustadt

4257

4903

2

Neustadt

4257

4903

3

Neustadt

4257

4905

0

Neustadt

4257

4905

2

Neustadt

4257

4905

4

Neustadt

4257

4905

5

Neustadt

4257

4905

6

Neustadt

4257

4907

0

Neustadt

4257

4908

0

Neustadt

4257

4908

2

Neustadt

4257

4912

2

Neustadt

4257

4912

3

Neustadt

4257

4912

4

Neustadt

4257

4913

0

Neustadt

4257

4914

4

Neustadt

4257

4914

5

Neustadt

4257

4919

0

Neustadt

4257

4919

1

Neustadt

4257

4920

2

Neustadt

4257

4923

0

Neustadt

4257

4926

1

Neustadt

4257

4926

2

Neustadt

4257

4927

0

Neustadt

4257

4928

1

Neustadt

4257

4928

2

Neustadt

4257

4931

0

Neustadt

4257

4931

1

Neustadt

4257

4931

2

Neustadt

4257

4935

5

Neustadt

4257

4935

6

Neustadt

4257

4935

9

Neustadt

4257

4935

11

Neustadt

4257

4936

0

Neustadt

4257

4937

1

Neustadt

4257

4937

2

Neustadt

4257

4938

0

Neustadt

4257

4939

2

Neustadt

4257

4939

3

Neustadt

4257

4939

4

Neustadt

4257

4939

5

Neustadt

4257

4940

0

Neustadt

4257

4941

0

Neustadt

4257

4942

0

Neustadt

4257

4943

0

Neustadt

4257

4944

0

Neustadt

4257

4945

0

Neustadt

4257

4951

0

Neustadt

4257

4951

1

Neustadt

4257

4956

0

Neustadt

4257

4956

2

Neustadt

4257

4956

3

Neustadt

4257

4956

4

Neustadt

4257

4956

5

Neustadt

4257

4956

6

Neustadt

4257

4959

2

Neustadt

4257

4959

4

Neustadt

4257

4961

0

Neustadt

4257

4962

0

Neustadt

4257

4962

3

Neustadt

4257

4963

3

Neustadt

4257

4963

4

Neustadt

4257

4963

5

Neustadt

4257

4964

0

Neustadt

4257

4964

2

Neustadt

4257

4965

2

Neustadt

4257

4965

3

Neustadt

4257

4968

3

Neustadt

4257

4968

4

Neustadt

4257

4972

3

Neustadt

4257

4972

4

Neustadt

4257

4973

1

Neustadt

4257

4974

1

Neustadt

4257

4974

2

Neustadt

4257

4976

2

Neustadt

4257

4976

3

Neustadt

4257

4978

1

Neustadt

4257

4978

2

Neustadt

4257

4981

0

Neustadt

4257

4983

1

Neustadt

4257

4983

2

Neustadt

4257

4984

0

Neustadt

4257

4987

0

Neustadt

4257

4987

1

Neustadt

4257

4988

2

Neustadt

4257

4988

3

Neustadt

4257

4990

0

Neustadt

4257

4991

1

Neustadt

4257

4991

2

Neustadt

4257

4994

0

Neustadt

4257

4994

5

Neustadt

4257

4994

6

Neustadt

4257

4994

7

Neustadt

4257

4996

1

Neustadt

4257

4996

2

Neustadt

4257

4998

1

Neustadt

4257

4998

2

Neustadt

4257

4999

0

Neustadt

4257

4999

1

Neustadt

4257

5000

2

Neustadt

4257

5001

4

Neustadt

4257

5002

0

Neustadt

4257

5003

0

Neustadt

4257

5003

2

Neustadt

4257

5004

1

Neustadt

4257

5004

2

Neustadt

4257

5005

0

Neustadt

4257

5007

2

Neustadt

4257

5007

5

Neustadt

4257

5007

6

Neustadt

4257

5007

7

Neustadt

4257

5007

8

Neustadt

4257

5009

1

Neustadt

4257

5009

2

Neustadt

4257

5013

0

Neustadt

4257

5013

3

Neustadt

4257

5013

4

Neustadt

4257

5013

5

Neustadt

4257

5013

6

Neustadt

4257

5014

0

Neustadt

4257

5015

0

Neustadt

4257

5015

1

Neustadt

4257

5015

2

Neustadt

4257

5018

0

Neustadt

4257

5018

1

Neustadt

4257

5019

0

Neustadt

4257

5019

2

Neustadt

4257

5020

1

Neustadt

4257

5020

2

Neustadt

4257

5020

3

Neustadt

4257

5022

0

Neustadt

4257

5023

1

Neustadt

4257

5023

2

Neustadt

4257

5026

0

Neustadt

4257

5028

1

Neustadt

4257

5028

2

Neustadt

4257

5029

0

Neustadt

4257

5030

3

Neustadt

4257

5030

4

Neustadt

4257

5030

5

Neustadt

4257

5030

6

Neustadt

4257

5031

0

Neustadt

4257

5031

3

Neustadt

4257

5031

4

Neustadt

4257

5031

5

Neustadt

4257

5031

6

Neustadt

4257

5031

7

Neustadt

4257

5031

8

Neustadt

4257

5034

0

Neustadt

4257

5035

0

Neustadt

4257

5037

0

Neustadt

4257

5038

1

Neustadt

4257

5038

2

Neustadt

4257

5039

0

Neustadt

4257

5041

1

Neustadt

4257

5041

2

Neustadt

4257

5043

1

Neustadt

4257

5047

0

Neustadt

4257

5048

0

Neustadt

4257

5049

0

Neustadt

4257

5099

1

Neustadt

4257

5101

6

Neustadt

4257

5101

8

Neustadt

4257

5102

1

Neustadt

4257

5103

1

Neustadt

4257

5104

2

Neustadt

4257

5105

1

Neustadt

4257

5105

2

Neustadt

4257

5106

0

Neustadt

4257

5107

2

Neustadt

4257

5108

5

Raġunijiet:

L-irqajja’ tal-art li għandhom jiġu inklużi huma biswit iż-żona tal-vitikultura attwali u segwew il-proċedura stabbilita fir-regoli interni ta’ proċedura tal-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tal-Pfalz. L-inklużjoni tagħhom se tikseb l-għan ta’ żona tal-vitikultura kontinwa u ma jwassalx għal aktar frammentazzjoni.

3.   Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

Deskrizzjoni:

Sal-lum, ġew elenkati l-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin:

Inbejjed bojod:

Albalonga, Auxerrois (Auxerrois blanc, Pinot auxerrois), Bacchus, Blauer Silvaner, Bronner, Cabernet Blanc, Calardis Blanc, Chardonnay, Chardonnay rosé (Rosa Chardonnay), Ehrenbreitsteiner, Ehrenfelser, Faberrebe (Faber), Felicia, Früher Malingre (Malinger), Früher Roter Malvasier (Malvasier, Malvoisie, Früher Malvasier), Gelber Muskateller (Muskateller, Moscato, Muscat, Blanc), Goldmuskateller, Goldriesling, Grüner Silvaner (Silvaner, Sylvaner),Grüner Veltliner (Veltliner), Hibernal, Hölder, Huxelrebe (Huxel), Johanniter, Juwel, Kanzler, Kerner, Kernling, Morio-Muskat, Müller-Thurgau (Rivaner), Muscaris, Muskat-Ottonel, Nobling, Optima 113 (Optima), Orion, Ortega, Osteiner, Perle, Phoenix (Phönix), Prinzipal, Regner, Reichensteiner, Rieslaner, Roter Elbling (Elbling Rouge, Elbling), Roter Gutedel (Chasselas Rouge, Gutedel, Chasselas), Roter Müller-Thurgau, Roter Muskateller (Muskateller, Moscato, Muscat), Roter Riesling, Roter Traminer (Gewürztraminer, Clevner, Traminer), Ruländer (Grauer Burgunder, Grauburgunder, Pinot gris, Pinot grigio), Saphira, Sauvignon Blanc, Sauvignon Gryn, Sauvignon Sary, Sauvitage, Scheurebe, Schönburger, Siegerrebe (Sieger), Sirius, Solaris, Souvignier gris, Staufer, Trebbiano di Soave, Villaris, Weißer Burgunder (Weißburgunder, Pinot blanc, Pinot bianco), Weißer Elbling (Elbling), Weißer Gutedel (Gutedel, Chasselas, Chasselas Blanc, Fendant Blanc), Weißer Riesling (Riesling renano, Rheinriesling, Klingelberger, Riesling), Würzer.

Inbejjed ħomor u rożè

Accent, Acolon, Allegro, Baron, Blauburger, Blauer Frühburgunder (Frühburgunder,Pinot noir précoce, Pinot Madeleine, Madeleine Noir), Blauer Limberger (Lemberger, Blaufränkisch, Limberger), Blauer Portugieser (Portugieser), Blauer Spätburgunder (Spätburgunder, Pinot noir, Pinot nero, Samtrot), Blauer Trollinger (Trollinger, Vernatsch), Blauer Zweigelt (Zweigeltrebe, Rotburger, Zweigelt), Bolero, Cabernet Cantor, Cabernet Carbon, Cabernet Carol, Cabernet Cortis, Cabernet Cubin (Cubin), Cabernet Dorio (Dorio), Cabernet Dorsa (Dorsa), Cabernet Franc, Cabernet Mitos (Mitos), Cabernet Sauvignon, Cabertin, Calandro, Dakapo, Deckrot, Domina, Dornfelder, Dunkelfelder, Färbertraube, Helfensteiner, Heroldrebe, Merlot, Müllerrebe (Schwarzriesling, Pinot meunier),Muskattrollinger, Palas, Pinotin, Piroso, Prior, Reberger, Regent, Rondo, Rosenmuskateller, Saint- Laurent (Sankt Laurent, St. Laurent), Syrah (Shiraz), Tauberschwarz, Wildmuskat.

EMENDI:

Fil-futur, it-termini “inbid abjad” u “inbid aħmar u rożè” se jiġu sostitwiti bit-termini “varjetajiet tal-għeneb abjad” u “varjetajiet tal-għeneb aħmar”.

Żdiedu l-varjetajiet li ġejjin:

Varjetajiet ta’ għeneb abjad:

“Adelfränkisch, Alvarinho, Arneis, Blütenmuskateller, Calardis Musqué, Chenin Blanc, Donauriesling, Fernão Pires, Floreal, Gelber Orleans, Gf Ga-52-42, Gf 2010-011-0048, Glera, Grenache Blanc, Grünfränkisch, Helios, Manzoni Bianco, Mariensteiner, Marsanne Blanche, Petit Manseng, Pollux, Rinot, Roter Veltliner, Roussanne, Sauvignac, Sauvignon gris, Sauvignon Nepis, Sauvignon Rytos, Semillon, Sorelli, VB 32-7, Viognier, Weißer Heunisch, Weißer Lagler, We S 509, We 86-708-86”.

Varjetajiet ta’ għeneb aħmar:

“Artaban, Barbera, Blauer Gänsfüßer, Blauer Muskateller, Cabaret Noir, Cabernet bordo, Cabernet Eidos, Cabernet Jura, Carignan Noir, Carménère, Cinsault, Divico, Dolcetto, Fer Servadou, Gamaret, Gf 84-58-988, Gf 2004-043-0010, Gm 674-1, Grenache Noir, Lagrein, Laurot, Malbec, Marselan, Merlot Kanthus, Merlot Khorus, Mourvèdre, Nebbiolo, Petite Syrah, Petit Verdot, Pinotage, Pinot nova, Primitivo, Rösler, Sangiovese, Satin Noir, Schwarzblauer Riesling, Schwarzer Urban, Tannat, Tempranillo, VB Cal 1-22, VB Cal 1-28, VB 91-26-5, VB 91-26-8, Vidoc, We 70-281-36, We 70-281-37, We 73-45-84, We 94-26-36, We 94-27-5, We 94-28-32”.

Is-sinonimi tħassru.

Il-varjetajiet li ġejjin tneħħew:

Inbejjed bojod:

“Ehrenbreitsteiner, Goldriesling, Orion, Osteiner, Regner, Prinzipal, Sirius, Staufer”.

Inbid aħmar u rożè:

“Baron, Blauburger, Färbertraube, Wildmuskat”.

Raġunijiet:

c)

Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb ma hijiex kompluta u ġiet issupplimentata, peress li l-varjetajiet kollha kklassifikati qabel taħt kultivazzjoni għandhom jissemmew, peress li dawn il-varjetajiet diġà wrew il-valur tagħhom fir-reġjun. L-inbejjed prodotti minn dawn il-varjetajiet jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn il-varjetajiet tneħħew mil-lista peress li ma jitkabbrux fid-DOP “Pfalz”. Dan juri li, għall-inqas għalissa, dawn mhumiex profittabbli għall-produtturi.

Fil-futur, il-varjetajiet tal-għeneb se jitniżżlu taħt l-intestaturi “varjetajiet ta’ għeneb abjad” u “varjetajiet ta’ għeneb aħmar” minflok “inbid abjad” u “inbid aħmar u rożè”, peress li l-lista ta’ varjetajiet tal-għeneb fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiddetermina jekk il-varjetajiet jistgħux jiġu kkultivati jew le, mhux il-prodott finali.

Is-sinonimi tħassru, peress li l-lista tal-varjetajiet tal-għeneb fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott hija essenzjalment “permess għat-tħawwil”, mhux rekwiżit tat-tikkettar.

4.   Rekwiżiti applikabbli

Deskrizzjoni:

Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ġiet miżjuda d-dispożizzjoni dwar id-denominazzjoni li tistipula li jistgħu jintużaw elementi legalment regolati ta’ denominazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali.

Raġunijiet:

Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Ir-regoli l-ġodda dwar id-denominazzjonijiet huma maħsuba biex jiċċaraw il-kunċetti tad-denominazzjoni fid-dritt nazzjonali li ma humiex protetti mill-e-Ambrosia.

5.   Awtoritajiet ta’ Kontroll

Deskrizzjoni:

Korrezzjoni tan-numru tal-faks tal-Kamra tal-Agrikoltura.

F’punt 11.2.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, “Ittestjar tal-inbid ta’ kwalità”, tħassret is-sentenza li ġejja: “Kull inbid ta’ kwalità, sekt magħmul f’reġjun speċifiku u nbid semispumanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni obbligatorja.”

Raġunijiet:

In-numru tal-faks tal-Kamra tal-Agrikoltura ta’ Rheinland-Pfalz inbidel.

Is-sentenza tħassret biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

6.   Oħrajn

Deskrizzjoni:

Fil-paragrafu “Rabta maż-żona”, id-deskrizzjonijiet tal-kategoriji “inbid”, “inbid semifrizzanti” u “inbid spumanti ta’ kwalità” ġew iċċarati u riformulati. Ma hemmx bżonn li tiġi ppreżentata emenda tal-Unjoni, peress li r-rabta maż-żona ġeografika ma tneħħietx bl-emendi (ara l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/33).

Konkretament, saru l-emendi li ġejjin:

Saret żieda mal-punt 9.4.1, il-kategorija “Inbid”, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Is-sentenza inkwistjoni oriġinarjament kienet tgħid dan li ġej: “Il-Prädikatsweine (inbejjed b’attributi speċjali) iridu jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stabbiliti fil-punt 3.2.” Is-sentenza issa se taqra: “L-inbejjed b’attributi speċjali jridu jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stabbiliti f’punt 3.2 u ma jistgħux jiġu arrikkiti.”

Fil-punt 9.4.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-kategorija “Inbid semifrizzanti” ġiet riformulata. Is-sentenza li għandha tiġi emendata tgħid dan li ġej: “L-inbid jiġi prodott permezz tal-fermentazzjoni jew biż-żieda tad-diossidu tal-karbonju endoġenu.” Din is-sentenza għandha tiġi riformulata b’dan il-mod: “Parti mid-diossidu tal-karbonju derivat b’mod naturali mill-fermentazzjoni tinżamm matul il-fermentazzjoni.”

L-ewwel fermentazzjoni ġiet miżjuda mal-punt 9.4.3 tal-kategorija “inbid spumanti ta’ kwalità” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Sa issa, skont id-deskrizzjoni, l-inbid spumanti ta’ kwalità seta’ jiġi prodott biss permezz tat-tieni fermentazzjoni tas-sekt bażi. L-emenda tfisser li l-inbejjed spumanti ta’ kwalità jistgħu jiġu prodotti matul l-ewwel fermentazzjoni.

Raġunijiet:

Il-punt 9.4.1 tal-Kategorija “inbid” ġie riformulat sabiex issir distinzjoni bejn l-inbejjed b’attributi speċjali u l-inbejjed ta’ kwalità.

Il-punt 9.4.2 tal-kategorija “inbid semifrizzanti” ġie riformulat sabiex jirrifletti l-proċeduri attwali involuti fil-preparazzjoni tal-inbid semifrizzanti.

L-ewwel l-fermentazzjoni ġiet miżjuda fil-punt 9.4.3 tal-kategorija “inbid spumanti ta’ kwalità”, peress li skont id-deskrizzjoni preċedenti tal-kategorija “inbid spumanti ta’ kwalità”, dan l-inbid seta’ jiġi prodott biss permezz tat-tieni fermentazzjoni. Dan ma għadux konformi mal-prattika kurrenti, peress li issa huwa possibbli li inbid spumanti ta’ kwalità jiġi prodott ukoll bl-ewwel fermentazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Pfalz

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità)

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semifrizzanti u ta’ inbid spumanti ta’ kwalità.

Ġeneralment, l-inbejjed bojod ikollhom aromi li jvarjaw minn aromi ta’ frott frisk għal aromi ta’ frott eżotiku. Skont il-varjetà tal-għeneb u l-prattika tal-maturazzjoni, jista’ jkollhom aromi ħodor, togħmiet pikkanti u noti minerali affumikati. Skont il-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, fwieħet l-inbid tista’ tiġi ssupplimentata b’aromi tal-vanilla, mixwija u tal-ġewż tal-Indi permezz tal-kuntatt mal-injam. Tekniki ta’ maturazzjoni riduttiva jistgħu jżidu aromi taż-żnied u t-tartuf, filwaqt li t-tekniki tal-maturazzjoni ossidattiva jistgħu jżidu aromi tat-tuffieħ ossidizzat u tal-ġewż.

Huma kkaratterizzati mill-bilanċ tagħhom bejn l-aċidità u l-ħlewwa, u ġeneralment jgħaqqdu r-robustezza ma’ aċidità minn pronunzjata sa moderata.

Il-kulur tal-inbejjed normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar lewn it-tiben u dehbi. Skont il-varjetà tal-għeneb, jista’ jkollhom ukoll sfumaturi kemxejn ħomor.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

2.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semifrizzanti u ta’ inbid spumanti ta’ kwalità.

Dawn l-inbejjed huma kkaratterizzati, b’mod partikolari, minn aromi ta’ frott artab u frott aħmar. Jista’ jkollhom ukoll aromi ħodor. Skont il-prattika tal-maturazzjoni u jekk l-inbid jiġix imqaddem fl-injam, aromi pikkanti, bħal vanilla, noti mixwija, ċikkulata u ġewż tal-Indi, jistgħu jiżdiedu mal-fwieħa, u jistgħu jiżdiedu wkoll noti riduttivi, bħal żnied u tartuf. L-inbejjed ġeneralment robusti huma kkaratterizzati mill-aċidità minn ħafifa sa notevoli tagħhom.

Il-kulur aħmar tagħhom normalment ivarja minn aħmar ċar lewn iċ-ċiras għal skur lewn it-tut tas-sebuqa.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

3.   Inbid ta’ kwalità rożè, “Weißherbst”, “Blanc de Noir”

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semifrizzanti u ta’ inbid spumanti ta’ kwalità.

Dawn it-tipi ta’ nbid huma prodotti minn varjetajiet ta’ għeneb aħmar magħsur malajr. L-inbejjed Blanc de Noir għandhom l-ispettru ta’ kuluri tal-inbejjed bojod, filwaqt li l-kulur tal-inbejjed rożè u Weißherbst ġeneralment ivarja minn roża ċar għal aħmar jgħajjat. Peress li l-most jiġi mmaturat bl-istess mod bħal fil-każ tal-inbid abjad, dawn l-inbejjed ġeneralment ikollhom aroma ta’ frott u friska ta’ frott artab u frott aħmar u abjad/isfar. Skont il-varjetà tal-għeneb użata, l-inbejjed jista’ jkollhom ukoll noti ta’ bżar aħdar u ħxejjex aromatiċi, u, jekk jiġu mmaturati fl-injam, noti ta’ vanilla, mixwija u ta’ ġewż tal-Indi.

L-inbejjed rożè għandhom qawwa alkoħolika aktar moderata u, f’termini ta’ togħma, jistgħu jipproduċu sensazzjoni aktar qawwija ta’ aċidità.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

4.   Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Rotling

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semifrizzanti u ta’ inbid spumanti ta’ kwalità.

Dawn l-inbejjed isiru billi jiġu mħallta l-għeneb aħmar u abjad jew il-most. F’termini tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom, huma simili ħafna għall-inbejjed rożè.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

5.   Prädikatswein Kabinett (inbid bl-attribut speċjali Kabinett)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).

Dawn l-inbejjed ġeneralment huma kkaratterizzati mill-aromi friski u ta’ frott tagħhom ta’ frott abjad, isfar u eżotiku, u jistgħu jagħtu noti ta’ ħaxix aħdar u pikkanti. Għandhom qawwa alkoħolika minn baxxa sa moderata. Jesprimu b’mod ċar il-karatteristiċi tal-varjetajiet tal-għeneb li huma magħmula minnhom, flimkien ma’ sensazzjoni ta’ aċidità ġeneralment moderata sa qawwija. Fir-rigward tal-kulur tagħhom, tapplika d-deskrizzjoni għat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

6.   Prädikatswein Spätlese (inbid bl-attribut speċjali Spätlese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).

Billi dawn l-inbejjed għandhom piż tal-most ogħla mill-inbejjed bl-attribut speċjali Kabinett, jesprimu b’mod qawwi l-karatteristiċi tal-varjetajiet ta’ għeneb li minnhom huma magħmula, ġeneralment b’korporatura aktar robusta u b’qawwa alkoħolika ogħla. Dan huwa rifless b’mod partikolari fl-aromi ta’ frott u fin-noti ħelwin u pikkanti. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed huwa dak tat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

7.   Prädikatswein Auslese (inbid bl-attribut speċjali Auslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).

L-użu ta’ għeneb misjur għalkollox u misjur iżżejjed ifisser li l-karatteristiċi tal-varjetajiet użati biex isiru dawn l-inbejjed jinħassu b’mod intens. Minbarra għeneb li sar għal aktar żmien fuq id-dielja, jista’ jintuża wkoll għeneb li sar ikkonċentrat permezz tat-taħsir nobbli (Botrytis cinerea). Il-fwieħa tagħhom ġeneralment hija ddominata minn aromi qawwija ta’ frott, flimkien ma’ noti ta’ frott eżotiku, għasel u frott imqadded. Barra minn hekk, huma ġeneralment ikkaratterizzati minn grad għoli ta’ ħlewwa residwa. Fir-rigward tal-kulur tagħhom, tapplika d-deskrizzjoni għat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

8.   Prädikatswein Beerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Beerenauslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).

Dawn l-inbejjed għandhom kontenut għoli ta’ zokkor minħabba l-użu ta’ għeneb f’saħħtu misjur għalkollox jew misjur iżżejjed, għeneb imqadded u għeneb botritizzat ikkonċentrat. L-użu dejjem akbar ta’ għeneb botritizzat ifisser li wħud mill-aromi tipiċi tal-varjetajiet użati għandhom it-tendenza li jintesew fl-isfond, filwaqt li l-għasel, il-frott imqadded, iż-żbib, il-karamella u l-aromi tal-frott eżotiku ġeneralment isiru aktar dominanti. Peress li dawn l-inbejjed ġeneralment fihom zokkor residwu, għandhom kontenut ta’ alkoħol minn baxx ħafna sa moderat. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed huwa dak tat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

9.   Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali Eiswein)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).

Prädikatswein Eiswein (inbid bl-attribut speċjali Eiswein) Bħala riżultat tal-iffriżar tal-ilma fil-vinja, l-għeneb bilkemm huwa affettwat mit-taħsir nobbli u l-ingredjenti tagħhom jiġu kkonċentrati. Dan ifisser li l-ice wines ġeneralment ikollhom aċidità ogħla u aromi aktar qawwija tal-varjetajiet użati. Dawn il-karatteristiċi jiddependu fuq iż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu t-temperaturi baxxi meħtieġa ladarba l-għeneb ikun misjur għalkollox. Aromi ta’ frott isfar u eżotiku jiddominaw b’mod partikolari. Dawn huma ssuplimentati minn aromi ħelwin u pikkanti, bħal ta’ għasel u frott imqadded. Fir-rigward tal-kulur tagħhom, tapplika d-deskrizzjoni għat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

10.   Prädikatswein Trockenbeerenauslese (inbid bl-attribut speċjali Trockenbeerenauslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali).

Dawn l-inbejjed għandhom kontenut għoli ta’ zokkor minħabba l-użu ta’ għeneb f’saħħtu misjur għalkollox jew misjur iżżejjed, għeneb imqadded u għeneb botritizzat ikkonċentrat. L-użu dejjem akbar ta’ għeneb botritizzat ifisser li wħud mill-aromi tipiċi tal-varjetajiet użati għandhom it-tendenza li jintesew fl-isfond, filwaqt li l-għasel, il-frott imqadded, iż-żbib, il-karamella u l-aromi tal-frott eżotiku ġeneralment isiru aktar dominanti. Peress li dawn l-inbejjed ġeneralment fihom zokkor residwu, għandhom kontenut ta’ alkoħol minn baxx ħafna sa moderat. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed huwa dak tat-tip rilevanti ta’ Qualitätswein (inbid ta’ kwalità).

L-inbejjed Trockenbeerenauslese jvarjaw mill-inbejjed Beerenauslese peress li l-kontenut ta’ zokkor tagħhom normalment ikun ogħla u l-aromi u l-kuluri tagħhom ikunu aktar qawwija. Skont il-varjetà tal-għeneb użata, jista’ jkollhom ukoll aċidità kkonċentrata.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

11.   Qualitätsschaumwein (inbid spumanti ta’ kwalità)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semifrizzanti u ta’ inbid spumanti ta’ kwalità).

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità huma prodotti jew minn inbejjed bażi (bojod, rożè, ħomor, Rotling) jew minn taħlitiet ta’ nbejjed bojod u għeneb aħmar magħsur malajr. Il-kontenut moderat taz-zokkor tal-għeneb jippreserva l-grad għoli ta’ aċidità. L-inbejjed spumanti ta’ kwalità huma kkaratterizzati minn aromi tal-varjetajiet sottostanti u l-effetti sensorjali taż-żamma tagħhom fuq il-karfa tul il-produzzjoni. Din tista’ timmanifesta ruħha permezz ta’ noti kemxejn tal-ġewż u tal-brioche. Jekk l-inbejjed bażi jiġu mmaturati f’kuntatt mal-injam, jista’ jkun hemm noti ta’ njam, mixwija u pikkanti. Ġeneralment, l-inbejjed spumanti ta’ kwalità huma friski, aċiduçi u mingħajr kontenut alkoħoliku. Iz-zokkor residwu jvarja minn bilkemm notevoli għal ħelu ħafna. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed normalment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar lewn iż-żahar tal-lajm, iżda wkoll roża u aħmar.

Is-sekt indikati bħala “Cremant” normalment ikollhom togħma delikata ta’ frott u aċidità notevoli. Ġeneralment ikunu ta’ kulur abjad jew roża. Il-ħin minimu itwal tal-ħżin jipproduċi nbejjed Cremant spumanti li huma fini, kremużi, ibbilanċjati u b’ammont delikat ta’ bżieżaq.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

12.   Inbid semifrizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod, ħomor u rożè, u – sa ċertu punt – l-inbejjed Rotling, huma tradizzjonalment prodotti fil-Pfalz. Dawn it-tipi ta’ nbid jistgħu jiġu kkumerċjalizzati wkoll bħala Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali). Barra minn hekk, il-prodotti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ nbid semifrizzanti u ta’ inbid spumanti ta’ kwalità.

Dawn l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika moderata u ammont sottili ta’ bżieżaq. Ġeneralment ikollhom aromi u togħmiet tal-frott tipiċi tal-varjetajiet tal-għeneb użati fil-produzzjoni tagħhom. Il-varjetajiet aromatiċi l-aktar użati jipproduċu b’mod partikolari aromi ta’ fjuri u noti ta’ frott eżotiku, kif ukoll noti ta’ frott artab u frott aħmar. L-ispettru tal-kuluri tal-inbejjed ġeneralment ivarja minn isfar ċar bi sfumaturi ħodor għal isfar lewn iż-żahar tal-lajm meta jintużaw varjetajiet bojod. Meta jintużaw varjetajiet ħomor, l-ispettru jinkludi r-roża u l-aħmar.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Pfalz” prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l):

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Il-prodotti kollha

Prattika enoloġika speċifika

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

2.

Il-prodotti kollha

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

3.

Il-prodotti kollha

Prattiki tal-kultivazzjoni

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

105 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona hija limitata għall-Vorderpfalz/Rheinpfalz, jiġifieri mit-truf tal-muntanji tal-Foresta tal-Pfalz fil-Punent, taqsam il-Haardtrand, sal-artijiet baxxi ta’ Vorderpfalz, fil-partijiet ċentrali u tal-Lvant. Il-vitikultura ssir prinċipalment fil-Haardtrand u fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten miksija bil-loess. Il-fruntieri naturali tar-reġjun huma l-Haardtrand fil-Punent, ir-Renu fil-Lvant, Alsace (Franza) jew il-fruntiera mal-Bienwald fin-Nofsinhar, il-fruntiera ma’ Worms fil-Grigal, u Kirchheimbolanden, Stetten, Gauersheim u Zellertal, inklużi l-muniċipalitajiet ta’ Albisheim, Einselthum u Zell, fil-Majjistral.

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta tinkludi l-vinji tal-muniċipalitajiet u tad-distretti tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Albersweiler (5426), Albisheim (Pfrimm) (4555), Altdorf (5470), Annweiler am Trifels (Gräfenhausen (5424), Queichhambach (5421)), Bad Bergzabern (5372), Bad Dürkheim (Bad Dürkheim (4351), Grethen (4354), Leistadt (4356), Seebach (4353), Ungstein (4358)), Barbelroth (5360), Battenberg (Pfalz) (4396), Bellheim (5619), Billigheim-Ingenheim (Appenhofen (5383), Billigheim (5386), Ingenheim (5384), Mühlhofen (5385)), Birkweiler Birkweiler (5393), Bischheim (4571), Bissersheim (4404), Bobenheim am Berg (4379), Bobenheim-Roxheim (3951), Bockenheim an der Weinstraße (Großbockenheim (4414), Kleinbockenheim (4415)), Böbingen (5472), Böchingen (5399), Böhl-Iggelheim (Böhl (4006), Iggelheim (4007)), Bolanden (4573), Bornheim (Südliche Weinstraße) (5516), Bubenheim (Donnersbergkreis) (4550), Burrweiler (5491), Dackenheim (4375), Dannstadt-Schauernheim (Dannstadt (3994)), Deidesheim (4310), Dierbach (5358), Dirmstein (4408), Dörrenbach (5366), Ebertsheim (4420), Edenkoben (Edenkoben (5466), 4 Mittelhainger (5467)), Edesheim (Edesheim (5479), 3 Mittelhainger (5480)), Einselthum (4554), Ellerstadt (4339), Erpolzheim (4366), Eschbach (Südliche Weinstraße) (5390), Essingen (5517), Flemlingen (5483), Forst an der Weinstraße (4309), Frankweiler (Südliche Weinstraße) (5397), Freckenfeld (5676), Freimersheim (Pfalz) (5476), Freinsheim (4369), Freisbach (5601), Friedelsheim (4337), Fußgönheim (3978),, Gauersheim (4567), Gerolsheim (4407), Gleisweiler (5493), Gleiszellen-Gleishorbach (5374), Göcklingen (5388), Gönnheim (4338), Gommersheim (5474), Großfischlingen (5478), Großkarlbach (4405), Großniedesheim (3962), Grünstadt (Asselheim (4426), Grünstadt (4427), Sausenheim (4428)), Hainfeld (5485), Haßloch (4301), Hergersweiler (5359), Herxheim am Berg (4373), Herxheim bei Landau/Pfalz (5527), Herxheimweyher (5526), Heßheim (3965), Heuchelheim bei Frankenthal (3963), Heuchelheim-Klingen (Heuchelheim (5381), Klingen (5382)), Hochdorf-Assenheim (Assenheim (3995), Hochdorf (3996)), Hochstadt (Pfalz) (Niederhochstadt (5519), Oberhochstadt (5518)), Ilbesheim bei Landau in der Pfalz (5389), Immesheim (4548), Impflingen (5387), Insheim (5529), Kallstadt (4371), Kandel (5671), Kapellen-Drusweiler (5363), Kapsweyer (5355), Kindenheim (4416), Kirchheim an der Weinstraße (4402), Kirchheimbolanden (4577), Kirrweiler (Pfalz) (5455), Kleinfischlingen (5477), Kleinkarlbach (4400), Kleinniedesheim (3961), Klingenmünster (5375), Knittelsheim (5618), Knöringen (5403), Lambsheim (3971), Landau in der Pfalz (Arzheim (5560), Dammheim (5555), Godramstein (5558), Landau (5551), Mörlheim (5553), Mörzheim (5562), Nußdorf (5556), Queichheim (5554), Wollmesheim (5561)), Laumersheim (4406), Leinsweiler (5391), Lingenfeld (5599), Lustadt (Niederlustadt (5597), Oberlustadt (5596)), Maikammer (5453),, Marnheim (4572), Meckenheim (4306), Mertesheim (4418), Minfeld (5675), Morschheim (4570), Neuleiningen (4398), Neustadt an der Weinstraße (Diedesfeld (4254), Duttweiler (4252), Geinsheim (4251), Gimmeldingen (4259), Haardt (4258), Hambach (4256), Königsbach (4260), Lachen-Speyerdorf (4253), Mußbach (4261), Neustadt (4257)), Niederhorbach (5362),, Niederkirchen bei Deidesheim (4308), Niederotterbach (5357), Oberhausen (Südliche Weinstraße) (5361), Oberotterbach (5364), Obersülzen (4409), Obrigheim (Pfalz) (Albsheim an der Eis (4411), Colgenstein- Heidesheim (4410), Mühlheim (4412), Obrigheim (4413)), Offenbach an der Queich (5515), Ottersheim (4549), Ottersheim bei Landau (5617), Pleisweiler-Oberhofen (5373), Ranschbach (5392), Rhodt unter Rietburg (Rhodt unter Rietburg (5487), 3 Mittelhainger (5488)), Rittersheim (4568), Rödersheim-Gronau (Alsheim-Gronau (3992), Rödersheim (3991)), Römerberg (Berghausen (4071), Heiligenstein (4072), Mechtersheim (4073)), Rohrbach (Südliche Weinstraße) (5530), Roschbach (5481), Rüssingen (4547), Ruppertsberg (4307), Sankt Martin (5451), Schwegenheim (5600), Schweigen-Rechtenbach (Rechtenbach (5353), Schweigen (5351)), Schweighofen (5354), Siebeldingen (5395), Speyer (4101), Steinfeld (5356), Steinweiler (5673), Stetten (4566), Venningen (5468), Vollmersweiler (5677), Wachenheim an der Weinstraße (4336), Walsheim (5401), Weingarten (Pfalz) (5602), Weisenheim am Berg (4377), Weisenheim am Sand (4367), Westheim (Pfalz) (5598), Weyher in der Pfalz (Weyher in der Pfalz (5489), 3 Mittelhainger (5490)), Winden (Germersheim) (5674), Zeiskam (5616), Zellertal (Harxheim (4551), Niefernheim (4552), Zell (4553)).

Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, demarkati bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

Il-produzzjoni tal-inbid ta’ kwalità, tal-inbid b’attributi speċjali, tas-sekt magħmul f’reġjun speċifiku jew tal-inbid semispumanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku li jkollhom l-isem protett “Pfalz” jistgħu jiġu prodotti f’żona oħra għajr iż-żona tal-kultivazzjoni speċifikata li fiha jinqata’ l-għeneb u li hija indikata fuq it-tikketta, dment li ż-żona ta’ produzzjoni tkun tinsab fl-istess stat federali jew fi stat federali li jmiss miegħu.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Accent

Acolon

Adelfränkisch - Grüner Adelfränkisch

Albalonga

Allegro

Alvarinho - Albarino

Arneis

Artaban

Auxerrois - Auxerrois blanc, Pinot Auxerrois

Bacchus

Barbera

Blauer Frühburgunder - Pinot Noir Précoce, Pinot Madeleine, Madeleine Noir, Frühburgunder, Pinot Madelaine

Blauer Gänsfüßer

Blauer Limberger - Lemberger, Blaufränkisch, Limberger

Blauer Muskateller - Muskateller, Schwarzblauer Muskateller; Muscat Noir, Schwarzer Muskateller, Muscat a petits grains noirs

Blauer Portugieser

Blauer Silvaner

Blauer Spätburgunder

Blauer Trollinger - Trollinger, Vernatsch

Blauer Zweigelt - Zweigeltrebe, Rotburger, Zweigelt

Blütenmuskateller

Bolero

Bronner

Cabaret Noir

Cabernet Blanc

Cabernet Bordo

Cabernet Cantor

Cabernet Carbon

Cabernet Carol

Cabernet Cortis

Cabernet Cubin

Cabernet Dorio

Cabernet Dorsa

Cabernet Eidos

Cabernet Franc

Cabernet Jura

Cabernet Mitos

Cabernet Sauvignon

Cabertin

Calandro

Calardis Blanc

Calardis Musqué

Carignan Noir

Carménère

Chardonnay

Chenin Blanc

Cinsault

Dakapo

Deckrot

Divico

Dolcetto

Domina

Donauriesling

Dornfelder

Dunkelfelder

Ehrenfelser

Faberrebe

Felicia

Fer Servadou

Fernao Pires

Floreal

Früher Malingre - Malinger

Früher Roter Malvasier - Malvasier, Früher Malvasier, Malvoisie

Gamaret

Gelber Muskateller

Gelber Orleans - Orleans

Gf 2004-043-0010

Gf 2010-011-0048

Gf 84-58-988

Gf Nf 10-1026

Gf-Ga 52-42

Glera

Gm 674-1

Goldmuskateller - Muskateller

Grenache blanc

Grenache noir - Grenache

Grüner Silvaner - Silvaner, Sylvaner

Grüner Veltliner - Veltliner

Grünfränkisch

Helfensteiner

Helios

Heroldrebe

Hibernal

Huxelrebe - Huxel

Hölder

Johanniter

Juwel

Kanzler

Kerner

Kernling

Lagrein - Blauer Lagrein, Lagrain

Laurot

Malbec

Manzoni bianco - Manzoni bianco

Mariensteiner

Marsanne blanche - Marsanne

Marselan

Merlot

Merlot Kanthus

Merlot Khorus

Monastrell - Mourvèdre

Morio Muskat

Muscaris

Muskat Ottonel - Muskat-Ottonel

Muskat Trollinger

Müller Thurgau - Rivaner

Müllerrebe - Schwarzriesling, Pinot Meunier

Nebbiolo

Nobling

Optima 113 - Optima

Ortega

Palas

Perle

Petit Manseng

Petit Verdot

Petite Syrah

Phoenix - Phönix

Pinot Nova

Pinotage

Pinotin

Piroso

Pollux

Primitivo - Zinfandel, Blaucher Scheuchner

Prior

Reberger

Regent

Reichensteiner

Rieslaner

Rinot

Roesler - Rösler

Rondo

Rosenmuskateller - Muskateller

Rosé Chardonnay - Chardonnay, Rosa Chardonnay, Chardonnay Rosé

Roter Elbling - Elbling Rouge

Roter Gutedel - Chasselas Rouge, Fendant Rouge

Roter Muskateller - Muskateller, Muscat, Moscato

Roter Müller-Thurgau

Roter Riesling

Roter Traminer - Clevner, Traminer

Roter Veltliner

Roussanne

Ruländer - Pinot Grigio, Grauburgunder, Grauer Burgunder, Pino Gris

Saint Laurent - St. Laurent, Sankt Laurent

Sangiovese

Saphira

Satin Noir

Sauvignac

Sauvignon Blanc - Muskat Silvaner

Sauvignon Gris

Sauvignon Gryn

Sauvignon Nepis

Sauvignon Rytos

Sauvignon Sary

Sauvitage

Scheurebe

Schwarzblauer Riesling

Schwarzer Urban

Schönburger

Semillon

Siegerrebe

Solaris

Soreli

Souvignier Gris

Syrah

Tannat

Tauberschwarz

Tempranillo

VB 32-7

VB 91-26-5

VB 91-26-8

VB Cal 1-22

VB Cal 1-28

Verdicchio bianco - Trebbiano di Soave

Veritage

Vidoc

Villaris

Viognier

We 70-281-36

We 70-281-37

We 73-45-84

We 94-26-36

We 94-27-5

We 94-28-32

We S 509

Weißer Burgunder - Pinot Bianco, Weißburgunder, Pinot Blanc

Weißer Elbling - Elbling, Kleinberger

Weißer Gutedel - Chasselas Blanc, Fendant Blanc, Fendant

Weißer Heunisch - Heunisch

Weißer Lagler

Weißer Riesling - Riesling renano, Rheinriesling, Klingenberger, Riesling

Würzer

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Mil-lat strutturali u ġeoloġiku, il-Haardtrand u l-artijiet baxxi tal-Vorderpfalz jappartjenu għall-Pjanura tar-Renu ta’ Fuq, wied tettoniku li jgħaddi mill-Grieg it-Tramuntana għan-Nofsinhar il-Lbiċ. Il-vitikultura f’Pfalz hija limitata għall-Vorderpfalz/Rheinpfalz, jiġifieri mit-truf tal-muntanji tal-Foresta tal-Pfalz fil-Punent, taqsam il-Haardtrand, sal-artijiet baxxi ta’ Vorderpfalz, fil-partijiet ċentrali u tal-Lvant. Bħala medja, il-vinji jinsabu madwar 170 m ’il fuq mil-livell tal-baħar. Il-vitikultura ssir prinċipalment fil-Haardtrand u fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten miksija bil-loess. L-aktar inklinazzjonijiet weqfin, li għandhom gradjenti sa 60 % u għalhekk fuqhom jinsabu vinji b’inklinazzjonijiet weqfin, jinsabu fil-Punent, fit-truf tal-Foresta ta’ Pfalz u fil-Haardtrand. Il-vinji ċatti (gradjent ta’ < 10 %) jinsabu l-aktar fuq l-istrixxi ta’ art bejn il-widien u l-qraten. Il-gradjent medju tal-vinji ta’ Pfalz kollha huwa ta’ madwar 4,5 %. L-aspett medju huwa ta’ 140° (Xlokk).

Lejn il-Lvant, il-Foresta ta’ Pfalz twassal għat-truf tal-għoljiet tal-Haardtrand, iż-żona proprja tal-qasma tal-Pjanura tar-Renu ta’ Fuq. Din iż-żona, li hija wiesgħa biss ftit kilometri, għandha kompożizzjoni ġeoloġika varjata ħafna. Minbarra sedimenti Terzjarji, jista’ jinstab blat Mesożojku hemmhekk f’xi postijiet. Dan il-blat spiss ikun kompletament miksi minn sediment ta’ kopertura relattivament oħxon mill-Kwaternarju. Fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Pfalz, proporzjon sinifikanti tad-dwieli jikbru fuq il-loess u fuq derivattivi tal-loess. Id-dwieli jinstabu wkoll fuq it-tafal, ir-ramel u ż-żrar fluvjali Kwaternarju. Il-ġebel tal-ġir u l-lom Terzjarji huma t-tip ta’ ħamrija t-tielet l-aktar prevalenti skont l-erja tas-superfiċe. Id-dwieli huma kkultivati wkoll fuq blat ramli tar-Rotliegend u blat ramli mtebba’, għalkemm biss sa ċertu punt. Il-ġebel tal-ġir, il-lom u d-dolomiti mill-eri Muschelkalk, Keuper u Ġurassika essenzjalment huma blat eżotiku. Jistgħu jinstabu wkoll depożiti kompletament iżolati ta’ blat vulkaniku tar-Rotliegend u Terzjarju u blat tal-Paleożojku Bikri.

F’termini tal-kompożizzjoni tal-ħamrija, il-loess u d-derivattivi tal-loess jikkostitwixxu s-sediment primarju, li fih żviluppat ħamrija parakannella, chernozem u pararendzina. L-aktar ħamrija komuni fis-sedimenti fluvjali hija ħamrija regosol u ħamrija kannella, filwaqt li l-ħamrija vegen u gley-vegen tinsab ukoll fil-pjanuri tal-għargħar. Fis-sedimenti Terzjarji, iffurmaw varjetà ta’ tipi ta’ ħamrija, notevoli fosthom il-ferrallit, fersjallit u Terrae calcis. Minkejja r-raded maħrutin fil-fond maħluqa għall-kultivazzjoni tad-dwieli, it-tipi ta’ ħamrija naturali spiss jibqgħu jintgħarfu.

Il-klima tar-reġjun tal-vitikultura regio ta’ Pfalz hija kif ġej: It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 10 °C u t-temperatura medja matul l-istaġun tat-tkabbir hija ta’ 14,7 °C. Fil-prinċipju, it-temperatura tiżdied mill-Punent (il-Haardtrand) għal-Lvant (il-Pjanura tar-Renu). Iż-żona tesperjenza medja ta’ (madwar) 655 mm xita kull sena, li 60 % (390 mm) minnhom ġeneralment ikunu matul l-istaġun tat-tkabbir. Il-Lbiċ tar-reġjun tal-vitikultura ta’ Pfalz jesperjenza l-ogħla livelli ta’ xita, filwaqt li l-inqas preċipitazzjoni annwali medja sseħħ fil-Grigal tar-reġjun. Id-dwieli f’Pfalz jirċievu medja ta’ 665 000 Wh/m2 ta’ xemx diretta matul l-istaġun tat-tkabbir.

Fatturi umani: Il-vitikulturi jaħsdu rqajja’ kbar u konnessi, li tfisser li l-mekkanizzazzjoni taħdem tajjeb u ż-żoni jistgħu jiġu kkultivati b’mod kosteffettiv. Huma jaħilfu bil-firxa ta’ varjetajiet ta’ dwieli u l-potenzjal għat-tkabbir tagħhom, kif magħmul possibbli mid-diversi profili tal-ħamrija. Dan jirriżulta f’firxa wiesgħa ta’ togħmiet għall-konsumatur. Is-settur tal-inbid kiseb momentum partikolari fl-aħħar 20 sena. In-numru dejjem jikber ta’ prodotturi żgħażagħ mill-aqwa huwa prova ta’ dan il-momentum. Il-fattur uman huwa bbażat fuq tradizzjoni ta’ vitikultura li tmur lura sekli sħaħ.

Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli

Ir-rabtiet imsemmija huma relatati mal-produzzjoni tal-prodotti bażiċi mill-għeneb li huma differenti fin-natura tagħhom minħabba l-varjetà tal-ħamrija u l-metodi tal-ipproċessar. Wara l-ħsad, dawn jiġu kklassifikati fil-grad ta’ kwalità tal-produzzjoni tal-inbid xieraq.

Kategorija “Inbid”

L-inbejjed ta’ kwalità jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi għal kull kategorija ta’ varjetà tal-għeneb stabbiliti f’punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u jistgħu jiġu arrikkiti. Il-Prädikatsweine (inbejjed b’attributi speċjali) iridu jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stabbiliti fil-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jridux ikunu arrikkiti. Meta jikkultiva l-prodott primarju li hu l-għeneb biex jintuża għall-produzzjoni tal-inbid b’attributi speċjali, il-vitikultur jista’ jwettaq miżuri speċjali għall-kura tal-pjanti matul l-istaġun tat-tkabbir, bħat-tneħħija tal-weraq minn madwar l-għeneb jew it-tnaqqija tal-għeneb, biex jikseb kwalità aħjar u kompożizzjoni aktar intensa tal-komponenti tal-għeneb. Barra minn hekk, id-diversi metodi ta’ maturazzjoni relatati mat-teknoloġija tal-kantina tal-inbid jistgħu, bħala fattur uman addizzjonali, isawru l-inbid b’attributi speċjali li fl-aħħar mill-aħħar jiġi prodott.

Il-kategorija “Inbid semifrizzanti”

Għall-inbid semispumanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku, il-prodott bażiku jrid jissodisfa r-rekwiżiti minimi għall-inbid ta’ kwalità fir-reġjun inkwistjoni stabbiliti taħt il-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Parti mill-aċidu karboniku li jirriżulta mill-fermentazzjoni naturali tinżamm matul il-fermentazzjoni.

Il-kategorija “Inbid spumanti ta’ kwalità”

Il-prodott primarju jrid jissodisfa l-kriterji stipulati f’punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Skont l-istadju tat-tkabbir u l-post fejn jinsabu, l-għeneb minn vinji magħżula li jintuża biex isir is-sekt bażi, irid jinħasad aktar kmieni sabiex iżomm l-istruttura tal-aċidu li tispikka fis-sekt magħmul f’reġjun speċifiku. L-inbid jiġi prodott permezz tal-ewwel jew it-tieni proċess tal-fermentazzjoni fit-tank jew fil-flixkun. Meta l-produzzjoni ssir bil-metodu tradizzjonali speċjali tal-fermentazzjoni fil-flixkun, il-prodott irid ikun għadda mit-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun biex isir inbid spumanti. F’dan il-każ, il-prodott irid jitħalla jimmatura fil-flixkun għal mill-inqas disa’ xhur.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Inbid, inbid spumanti ta’ kwalità, inbid semifrizzanti

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed iridu jgħaddu minn spezzjoni uffiċjali sabiex jiġu ttikkettati bit-termini tradizzjonali Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità magħmul f’reġjun speċifiku) jew Sekt b.A. (sekt magħmul f’reġjun speċifiku). In-numru tal-ispezzjoni maħruġ f’dan il-kuntest (amtliche Prüfungsnummer jew A.P.-Nummer.) irid jiġi indikat fuq it-tikketta. Dan jieħu post in-numru tal-lott.

Minbarra l-isem tal-inbid protett eżistenti, l-inbid u l-prodotti tal-inbid iridu jkunu ttikkettati b’wieħed mit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-użu tat-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa fakultattiv.

Jistgħu jintużaw elementi statutorji ta’ denominazzjoni f’konformità mal-liġi applikabbli.

Barra minn hekk, ir-reġistru tal-vinji jipprovdi l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (unità katastali, sottounità katastali, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz. Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:

—

it-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att Federali dwar l-Inbid (Weingesetz)

—

it-Taqsima 29 tar-Regolament Federali dwar l-Inbid (Weinverordnung)

—

l-Att tar-Rheinland-Pfalz dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tal-vinji (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz))

—

it-Taqsima 2(16) tar-Regolament tar-Rheinland-Pfalz dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts).

Il-konfini ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjoni kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att Federali dwar l-Inbid. Il-konfini ta’ unità ġeografika żgħira jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjoni kompetenti skont Taqsima 22g tal-Att dwar l-Inbid, li għandha tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2508/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)