<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑291/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0291</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:896">EU:T:2014:896</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20141016">16.10.2014</DATE> — KAWŻA T‑291/11 [<HT TYPE="ITALIC">ESTRATTI</HT>]</P><P>PORTOVESME vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa preferenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna ġdida</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Terminu raġonevoli</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑291/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Portovesme Srl</HT>, stabbilita f’Ruma (l-Italja), irrappreżentata minn F. Ciulli, G. Dore, M. Liberati u A. Vinci, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, prinċipalment, talba għall-annullament totali, jew parzjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sa fejn meqjus raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-<DATE ISO="20110223">23 ta’ Frar 2011</DATE>, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija sa fejn fiha hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President, M. Kancheva u C. Wetter (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Portovesme Srl, hija produttur ta’ metalli li ma fihomx ħadid, fost liema hemm, f’dak li jikkonċerna l-fabbriki tagħha ta’ Portoscuso (l-Italja) u San Gavino (l-Italja), iż-żingu, il-fidda u ċ-ċomb.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 1 tad-Digriet tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tas-<DATE ISO="20040206">6 ta’ Frar 2004</DATE> (GURI Nru 93, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, p. 5; iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Digriet tal-2004<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>il-kundizzjonijiet [tariffarji] stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Digriet tal-Ministeru għall-Industrija, Kummerċ u Artiġjanat tad-<DATE ISO="19951219">19 ta’ Diċembru 1995</DATE> [ġew estiżi] għall-provvista tal-enerġija elettrika għall-produzzjoni tal-aluminju, ċ-ċomb, il-fidda u ż-żingu limitati għal impjanti li diġà jeżistu fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet u li jinsabu fuq gżejjer u li huma kkaratterizzati minn nuqqas jew insuffiċjenza ta’ mezzi ta’ konnessjoni mal-grids nazzjonali tal-elettriku u l-gass<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>B’hekk, id-Digriet tal-2004 ppermetta lil benefiċjarji ġodda, fosthom lir-rikorrenti, li tiġi applikata fil-konfront tagħhom it-tariffa preferenzjali diġà mogħtija sal-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE> lil Alcoa Trasformazioni Srl, produttur tal-aluminju stabbilita f’Sardegna (l-Italja), bid-Digriet Ministerjali tad-<DATE ISO="19951219">19 ta’ Diċembru 1995</DATE> (GURI Nru 39, tas-<DATE ISO="19960216">16 ta’ Frar 1996</DATE>, p. 8, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Digriet tal-1995<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Din l-estensjoni kellha tkun ta’ natura temporanja u tintemm bl-implementazzjoni u bir-rinfurzar tal-konnessjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jew, sa mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20070630">30 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li d-Digriet tal-1995 kien jidħol fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ Alumix SpA. Din il-privatizzazzjoni wasslet għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra u lill-persuni interessati oħra, b’mod konformi mal-Artikolu[88](2) [KE], dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Gvern Taljan favur Alumix, innotifikata lir-Repubblika Taljana u ppubblikata fl-<DATE ISO="19961001">1 ta’ Ottubru 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="288" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="1996">ĠU C 288, p. 4</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Deċiżjoni Alumix<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Digriet tal-2004 jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tiegħu, li l-Autorità per l’energia elettrica e il gas (Awtorità Taljana għall-enerġija elettrika u l-gass, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>AEEG<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>tiftiehem il-kundizzjonijiet tariffarji previsti fil-punt 2<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tad-Digriet tal-1995. Dan tal-aħħar jinkludi fih ħames punti, li l-ewwel tnejn minnhom huma rilevanti għal din il-kawża. Il-punt 1 tal-imsemmi digriet jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-iskala tal-provvista ta’ elettriku għall-produzzjoni ta’ aluminju primarju li tinsab fit-tabella A-9 annessa mad-Deċiżjoni Nru 15 tal-<DATE ISO="19931214">14 ta’ Diċembru 1993</DATE> hija mħassra mill-<DATE ISO="19960101">1 ta’ Jannar 1996</DATE><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[m]inflok japplikaw it-tariffi skont is-sigħat previsti fit-tabella A-6 ta’ din il-miżura<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Il-punt 2 tad-Digriet tal-1995 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>is-sistema ta’ taxxa addizzjonali prevista mill-miżura iċ-CIP Nru 13 tal-<DATE ISO="19920724">24 ta’ Lulju 1992</DATE> u l-emendi ulterjuri tagħha, li għandha tiġi applikata għal kull provvista intiża għall-produzzjoni ta’ aluminju primarju fil-limiti tal-istrutturi eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet, għandha titħassar mill-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li fl-Italja, huwa l-Comitato interministeriale dei prezzi (Kumitat interministerjali tal-prezzijiet; iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>CIP<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) li għandu jiffissa l-livell ta’ prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-provvista tal-elettriku. It-tariffa tal-elettriku tinkludi parti fissa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>korrispondenti għall-enerġija elettrika mwegħda jew ipprovduta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u parti varjabbli, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>skont l-enerġija kkonsmata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (punt 2.5.1 tad-Deċiżjoni Alumix). Din il-parti varjabbli tinkludi fiha stess żewġ komponenti, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>prezz tal-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. L-istess bħall-parti fissa, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>prezz tal-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jservi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>biex ikopri […] l-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji tal-produzzjoni tal-elettriku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (l-istess punt tad-Deċiżjoni Alumix) filwaqt li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>hija marbuta mal-prezzijiet tal-karburanti użati għall-produzzjoni tal-elettriku u l-prezzijiet tax-xiri ta’ elettriku b’oriġini nazzjonali jew barranija<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (l-istess punt tad-Deċiżjoni Alumix).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-parti fissa u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>prezz tal-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> kienu ġew iddeterminati, fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Alumix, bid-Deċiżjoni Nru 45/1990 taċ-CIP, filwaqt li t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ġiet iddeterminata bid-Deċiżjoni Nru 26/1989. Bid-Deċiżjoni Nru 13/1992 taċ-CIP, it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> għall-produzzjoni ta’ aluminju tal-ewwel fużjoni fil-funderija li tinsab fit-territorju tal-komun ta’ Portovesme, f’Sardegna, tnaqqset b’żewġ terzi, minn liri Taljani (ITL) 26,6 għal kull kilowatt/sigħa għal ITL 8,8. Din it-tariffa (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>tariffa qabel Alumix<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) tippreċedi d-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet Taljani, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ Alumix, dwar it-tariffi tal-elettriku applikabbli għall-funderiji tal-aluminju stabbiliti fit-territorju tal-komuni ta’ Portovesme u ta’ Fusina, fil-Veneto (l-Italja).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kienet indikat li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[fir-rigward tat-]tariffa l-antika applikabbli għall-funderija ta’ Portovesme abbażi tad-Deċiżjoni Nru 13/[1992] tas-CIP, li kienet tipprevedi tnaqqis fit-taxxa addizzjonali termika, [kellu] jiġi konkluż li tan it-tnaqqis termiku [kien] jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, peress li din id-deċiżjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>adottata unilateralment mill-Gvern Taljan, [naqqset] il-prezz imħallas minn din il-funderija, mingħajr ma tat il-benefiċċju ta’ din il-miżura lil industriji oħra fil-bqija tal-Italja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (punt 4.2 tad-Deċiżjoni Alumix).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-tariffa qabel Alumix ġiet eżaminata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>mill-angolu tat-tfittix tal-għan ta’ żvilupp reġjonali fuq żmien twil fis-sens tal-Artikolu 92(3)[(a)] KE<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (punt 4.2 tad-Deċiżjoni Alumix) u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li dawn it-tariffi preferenzjali kienu tħassru mill-<DATE ISO="19960101">1 ta’ Jannar 1996</DATE>. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>injezzjonijiet ta’ kapital, il-ħlas tad-djun iffriżati u [<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>t-tariffa qabel Alumix<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kienu jiffurmaw parti] mid-derogi previsti fl-Artikolu 92(3)[(a) u (ċ)] KE<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (punt 5 tad-Deċiżjoni Alumix).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-privatizzazzjoni ta’ Alumix (li wasslet għat-trasferiment tal-parti l-kbira tal-attiv tal-grupp Alumix lil Alcoa Italia SpA, li saret, fl-aħħar ta’ dan il-proċess, Alcoa Trasformazioni) kienet wasslet lil-leġiżlatur Taljan biex jadotta sensiela ta’ miżuri, li xi wħud minnhom kienu jikkonċernaw it-tnaqqis tat-tariffi tal-elettriku applikabbli għal din il-kumpannija. Għal dan il-għan kienu ġew adottati tliet tariffi differenti, waħda li tikkonċerna l-fabbrika li tinsab f’Portovesme, it-tnejn l-oħra li jikkonċernaw il-fabbrika li tinsab f’Fusina. Għal dawn iż-żewġ fabbriki, it-tariffa kienet tinkludi l-prezz marġinali ta’ produzzjoni tal-elettriku fir-reġjun ikkonċernat, jiġifieri ITL 36 għal kull kilowatt/siegħa għall-fabbrika ta’ Portovesme u ITL 39 għal kull kilowatt/siegħa għall-fabbrika ta’ Fusina, liema bażi kienet miżjuda bil-parteċipazzjoni fil-prezzijiet fissi.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>It-tabella riprodotta wara r-raba’ paragrafu tal-punt 2.5.2 tad-Deċiżjoni Alumix tesponi t-tariffa applikabbli għall-funderija li tinsab f’Portovesme mill-1996 sal-2005. Fir-rigward tal-funderija ta’ Fusina, il-provvista tagħha kienet is-suġġett ta’ żewġ kuntratti distinti, wieħed konkluż bejn l-Ente nazionale per l’energia elettrica (ENEL) u SAVA, impriża mixtrija minn Alumix, l-ieħor li jiffissa tariffa kkalkolata abbażi tal-prezz marġinali medju tal-elettriku prodott, jiġifieri ITL 39 għal kull kilowatt/siegħa. Huma l-ewwel u t-tielet tariffa li kienu jikkostitwixxu, fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Alumix, l-aħħar evoluzzjoni tat-tariffi preferenzjali tal-elettriku (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>tariffa Alumix<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-ewwel każ, f’dak li jikkonċerna l-fabbrika ta’ Portovesme, il-Kummissjoni kkunsidrat is-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[F]iċ-ċirkustanzi attwali, ENEL għandha l-imġiba normali ta’ impriża kummerċjali u […] t-tariffa li din tipprattika ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 92(1) [KE].<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (punt 4.2 tad-Deċiżjoni Alumix).</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-tieni każ, li jikkonċerna l-fabbrika ta’ Fusina, hija adottat raġunament simili fir-rigward tat-tielet tariffa, ikkalkolata abbażi tal-prezz marġinali medju tal-elettriku prodott.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Finalment, dejjem f’dak li jikkonċerna lil din il-fabbrika, iżda fir-rigward tal-kuntratt konkluż bejn ENEL u SAVA (it-tieni tariffa), hija indikat li din kienet operazzjoni kummerċjali normali u li, minflok ma’ tħallas f’daqqa, il-ħlas ta’ ħames ċentrali idroelettriċi u tan-netwerk korrispondenti kien ġie skalat fuq diversi snin u kien sar taħt forma ta’ provvista tal-elettriku.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>B’hekk il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn it-tliet tariffi — fosthom it-tariffa Alumix — ma kien fihom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ebda element ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 92(1) [KE]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (l-aħħar paragrafu tal-punt 4.2 tad-Deċiżjoni Alumix).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-implementazzjoni tat-tariffa preferenzjali li tirriżulta mid-Digriet tal-2004, esposta fil-punti 2 u segwenti iktar ’il fuq, kienet tippresupponi li l-AEEG tieħu deċiżjoni f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Din adottat id-Deċiżjoni Nru 110/04, tal-<DATE ISO="20040705">5 ta’ Lulju 2004</DATE>, li tissuġġetta l-għoti tat-tariffa preferenzjali għar-riżultat pożittiv tal-proċedura ta’ notifika, fis-sens tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, irriżulta li l-awtoritajiet Taljani ma kinux wettqu n-notifika msemmija, iżda li kien b’riżultat tal-komunikazzjoni li kienet saritilha ta’ artikli tal-istampa li l-Kummissjoni kienet talbet lir-Repubblika Taljana, b’ittri tat-22 ta’ Jannar u tad-<DATE ISO="20040319">19 ta’ Marzu 2004</DATE>, għal kjarifiki fir-rigward tal-miżuri inkwistjoni. B’ittri tad-9 ta’ Frar, 9 ta’ Ġunju u <DATE ISO="20040920">20 ta’ Settembru 2004</DATE>, dan l-Istat Membru ppreżenta preċiżazzjonijiet lill-Kummissjoni, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna d-Digriet tal-2004, informa lill-AEEG bil-kuntest li fih kienu ġew ipprovduti dawn l-elementi u taha istruzzjonijiet biex timplementa d-digriet imsemmi, liema ħaġa saret permezz tad-Deċiżjoni Nru 148/04, tad-<DATE ISO="20040809">9 ta’ Awwissu 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’deċiżjoni nnotifikata lir-Repubblika Taljana b’ittra tas-<DATE ISO="20041116">16 ta’ Novembru 2004</DATE>, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/2004 (ex NN 58/04) – Għajnuna favur il-kumpannija Portovesme Srl (miġbura fil-qosor fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, C 30, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20041217">17 ta’ Diċembru 2004</DATE>, l-AEEG informat lill-ministru tal-Attivitajiet produttivi Taljani bil-fatt li, fid-dawl tad-deċiżjoni msemmija, hija kienet ser tinterrompi qabel iż-żmien l-applikazzjoni tas-sistema li tirriżulta mid-Digriet tal-2004.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni kkomunikata mir-Repubblika Taljana fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva jirriżulta li, b’applikazzjoni tas-sistema msemmija, għall-elettriku kkonsmat bejn April u Ottubru 2004, ir-rikorrenti rċeviet mingħand l-organiżmu pubbliku Cassa Conguaglio per il settore elettrico (Fond ta’ Aġġustament Taljan għas-settur tal-elettriku) ħlasijiet f’ammont totali ta’ EUR 12 845 892.82, li jirrappreżenta l-kumpens miksub mid-differenza bejn il-prezz ipprattikat mill-fornitur tal-elettriku tar-rikorrenti u t-tariffa preferenzjali ffissata mill-Istat, multiplikata bil-kwantità ta’ enerġija elettrika kkonsmata.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, fl-<DATE ISO="20050314">14 ta’ Marzu 2005</DATE>, l-awtoritajiet Taljani adottaw id-Digriet Liġi Nru 35 (GURI Nru 111, tal-<DATE ISO="20050514">14 ta’ Mejju 2005</DATE>, p. 4), li nqaleb f’liġi, wara emenda, bil-Liġi Nru 80, tal-<DATE ISO="20050514">14 ta’ Mejju 2005</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 91, tal-<DATE ISO="20050514">14 ta’ Mejju 2005</DATE>; iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Liġi tal-2005<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 11(12) tal-Liġi tal-2005, it-tariffa preferenzjali mogħtija lir-rikorrenti ġiet estiża sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Madankollu, filwaqt li d-Digriet tal-2004 ma kienx is-suġġett ta’ notifika lill-Kummissjoni, hekk kif lanqas l-Artikolu 11(11) tal-Liġi tal-2005, dwar it-tariffa preferenzjali applikata lil Alcoa Trasformazioni, l-Artikolu 11(12) ta’ din l-istess liġi ġie nnotifikat lill-Kummissjoni b’mod konformi mal-Artikolu 88(3) KE fit-<DATE ISO="20051123">23 ta’ Novembru 2005</DATE>, filwaqt li ittra supplimentari ntbagħtet fit-28 ta’ Novembru segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20051222">22 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni talbet preċiżazzjonijiet addizzjonali lir-Repubblika Taljana, li din ipprovdiet b’ittra tat-<DATE ISO="20060303">3 ta’ Marzu 2006</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>B’deċiżjoni nnotifikata lir-Repubblika Taljana b’ittra tas-<DATE ISO="20060426">26 ta’ April 2006</DATE>, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE, dwar l-għajnuna mill-Istat C 13/06 (ex N 587/05) – Tariffa tal-elettriku preferenzjali mogħtija lil ċerti industriji ta’ konsum kbir tal-enerġija f’Sardegna (miġbura fil-qosor fil-<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2006">ĠU C 145, p. 8</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060822">22 ta’ Awwissu 2006</DATE>, il-Kummissjoni talbet preċiżazzjonijiet addizzjonali, li r-Repubblika Taljana pprovdiet b’ittra tat-<DATE ISO="20060928">28 ta’ Settembru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-applikazzjoni tas-sistema stabbilita mill-Artikolu 11(12) tal-Liġi tal-2005 hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, fid-dawl tan-notifika li saret, is-sistema msemmija ma ġietx implementata.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20081029">29 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina separatament it-tariffa preferenzjali stabbilita mid-Digriet tal-2004 skont jekk tikkonċernax, minn naħa, lil Alcoa Trasformazioni u, min-naħa l-oħra, lill-benefiċjarji l-ġodda tat-tariffa msemmija, fosthom ir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Wara diversi skambji bejn il-Kummissjoni u r-Repubblika Taljana, deher li t-tariffa preferenzjali li kienet tibbenefika minnha Alcoa Trasformazioni ma kinitx, fil-fatt, ġiet estiża bid-Digriet tal-2004, peress li din tal-aħħar kienet għada rregolata bid-Digriet tal-1995 sad-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 11(11) tal-Liġi tal-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Bid-Deċiżjoni 2011/746/UE, tat-<DATE ISO="20110223">23 ta’ Frar 2011</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) implementata mill-Italja favur Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>; iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), il-Kummissjoni, minn naħa, fir-rigward tal-għajnuna li tirriżulta, skontha, mill-Artikolu 11(12) tal-Liġi tal-2005, ikkunsidrat li din kienet inkompatibbli mas-suq intern u, konsegwentement, ipprekludiet lir-Repubblika Taljana milli timplementaha u, min-naħa l-oħra, dwar l-għajnuna li tirriżulta, skontha, mid-Digriet tal-2004, ikkunsidratha bħala inkompatibbli wkoll mas-suq intern u, konsegwentement, ordnat lir-Repubblika Taljana biex tipproċedi bl-irkupru tagħha mingħand minn ibbenefika minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata ġiet innotifikata lir-rikorrenti fil-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla totalment, jew parzjalment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>sa fejn meqjus raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, id-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni msemmija sa fejn fiha hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-talbiet prinċipali tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali biex tipproċedi, qabel kollox, bl-annullament totali tad-deċiżjoni kkontestata u, sussegwentement, fin-nuqqas, bl-annullament parzjali ta’ din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>sa fejn meqjus raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Fil-kuntest tat-talbiet sussidjarji tagħha, din titlob lill-Qorti Ġenerali biex tipproċedi bl-annullament tad-deċiżjoni kkontestata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>sa fejn fiha hemm ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, mitluba mill-Qorti Ġenerali, waqt is-seduta, biex tippreċiża l-portata tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti indikat li l-kapijiet tat-talbiet tagħha kellhom jinftehmu fis-sens li jillimitaw ruħhom għal talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din id-deċiżjoni kienet tikkonċerna lilha, liema indikazzjoni ttieħdet nota tagħha fil-proċess tas-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Dawn il-preċiżazzjonijiet iwasslu biex ir-rikors jitqies bħala ammissibbli sa fejn ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna lilha u, sussidjarjament, l-annullament ta’ din l-istess deċiżjoni sa fejn din tobbligaha tħallas lura l-għajnuna li kienet ingħatatilha.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, f’dak li jikkonċerna t-talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>sa fejn meqjus raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, għandu jitfakkar li, meta quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea titressaq talba għal annullament ta’ att imsemmi fl-Artikolu 263 TFUE, il-ġurisdizzjoni tagħha hija limitata għall-istħarriġ tal-legalità tal-att ikkontestat (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, DSM vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-5/93 P" PAGE.ECR="I-4695" YEAR="1999">C-5/93 P, Ġabra p. I-4695</REF.DOC.ECR>, punt 36, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, NDSHT vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-152/06" PAGE.ECR="II-1517" YEAR="2009">T-152/06, Ġabra p. II-1517</REF.DOC.ECR>, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>B’hekk, il-konstatazzjoni ta’ illegalità, għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, għandha twassalha biex tannulla, skont il-każ, totalment jew parzjalment, l-att imsemmi, skont, b’mod partikolari, in-natura u l-portata tal-illegalità msemmija, mingħajr ma tista’ tiddeċiedi dwar dan l-annullament jew tibdel il-portata tiegħu għal kunsiderazzjonijiet marbuta mal-ekwità jew mal-opportunità (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Micha vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-50/04" PAGE.ECR="II-1499" PAGE.SUM="I-A-339" YEAR="2005">T-50/04, ĠabraSP p. I-A-339 u II-1499</REF.DOC.ECR>, punt 46), għal liema kunsiderazzjonijiet tidher li tirreferi r-rikorrenti bl-użu tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>sa fejn meqjus raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikors huwa ammissibbli, bl-eċċezzjoni tat-tieni parti tal-kap tat-talbiet ippreżentat prinċipalment mir-rikorrenti, intiża għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>sa fejn meqjus raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem ħdax-il motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-Artikoli 4, 7, 10 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1999">ĠU L 83, p. 1</REF.DOC.OJ>), it-tieni motiv huwa bbażat fuq l-espożizzjoni żbaljata u inkompleta tal-kuntest legali applikabbli għal din il-kawża, u fuq il-ksur konsekuttiv tad-dmir ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità tal-Kummissjoni, it-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament bejn Alcoa Trasformazioni u r-rikorrenti, ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni adottat premessi ineżatti biex tadotta d-deċiżjoni kkontestata, is-sitt motiv huwa bbażat fuq in-natura<?PAGE NO="7"?> ineżistenti tal-għajnuna inkwistjoni, is-seba motiv huwa bbażat fuq il-kompatibbiltà tagħha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>mas-suq komuni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, it-tmien motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2 KE, 3 KE, 5 KE u 12 KE kif ukoll tal-prinċipji ta’ ugwaljanza ta’ trattament u ta’ proporzjonalità, id-disa’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 174 TFUE u tad-Dikjarazzjoni Nru 30, relattiva għall-gżejjer, anness mal-att finali tat-Trattat ta’ Amsterdam, li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti konnessi (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="340" PAGE.FIRST="136" DATE.PUB="1997">ĠU 1997, C 340, p. 136</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>id-dikjarazzjoni relattiva għall-gżejjer<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>), l-għaxar motiv ibbaża fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3)(a) sa (ċ) TFUE, tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat bi skop reġjonali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="074" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="1998">ĠU 1998, C 74, p. 9</REF.DOC.OJ>) u n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat bi skop reġjonali għall-perijodu 2007-2013 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="054" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 54, p. 13</REF.DOC.OJ>), u l-ħdax-il motiv, l-istess bħall-ewwel, huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tmien motiv, relattiv għall-ksur tal-Artikoli 2 KE, 3 KE, 5 KE u 12 KE kif ukoll tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba’ motiv, fir-rigward tat-tieni parti tiegħu, f’dak li jikkonċerna t-tieni lment ta’ dan tal-aħħar, relattiv għall-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tan-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-Artikoli 4, 7, 10 u 14 tar-Regolament Nru 659/1999, u l-ħdax-il motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni motiv, li jirrigwarda l-espożizzjoni żbaljata u inkompleta tal-kuntest legali applikabbli għal din il-kawża, u fuq il-ksur konsekuttiv tad-dmir ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità tal-Kummissjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li d-determinazzjoni, bid-Digriet tal-2004 u d-deċiżjonijiet li implementawh, tat-tariffa preferenzjali twassal għal tariffa identika għat-tariffa qabel Alumix, meqjusa mill-Kummissjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni fid-Deċiżjoni Alumix. Hija tqis li għandha d-dritt li tinvoka dan il-preċedent biex l-għajnuna titqies li hija kompatibbli mas-suq intern. Jekk dan ikun il-każ, ir-rikorrenti ma tkunx marbuta li tħallas lura l-ammonti rċevuti abbażi tal-miżura msemmija. Madankollu, dan jippresupponi li l-prassi deċiżjonali inkwistjoni hija legali u invokabbli (għaliex il-Kummissjoni ma hijiex marbuta mill-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha, iżda hija marbuta, min-naħa l-oħra, mill-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-istess għajnuna).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tibbaża l-analiżi tagħha fuq is-segwenti raġunament: id-Digriet tal-2004, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tiegħu, jirreferi għall-punt 2 tad-Digriet tal-1995, li huwa stess jirreferi għad-Deċiżjoni Nru 13/92 taċ-CIP. Issa, din id-deċiżjoni stabbilixxiet, b’mod partikolari fir-rigward tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, it-tariffa qabel Alumix. Hija għalhekk din it-tariffa, rikonoxxuta, fl-1996, bħala kompatibbli mas-suq komuni, li ġiet applikata fil-konfront tagħha fl-2004, liema ħaġa naturalment timplika, skontha, l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata fuq din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tieni motiv tar-rikorrenti ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għandu qabel kollox jiġi enfasizzat li, fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta’ Alumix, ir-Repubblika Taljana kienet intrabtet fil-konfront ta’ Alcoa Italia li tirrispetta t-tariffa Alumix [din tal-aħħar kellha anki d-dritt kuntrattwali li tissospendi l-operat tal-fabbriki msemmija iktar ’il fuq jekk, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>matul tliet xhur jew iktar, fuq perijodu ta’ sitt xhur, it-tariffi tal-elettriku [kienu] jaqbżu b’mill-inqas 5 % it-tariffi previsti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><?PAGE NO="8"?> (punt 2.7 tad-Deċiżjoni Alumix)], b’tali mod li, meta ġie adottat id-Digriet tal-1995, dan irriproduċa l-karatteristiċi tat-tariffa Alumix, hekk kif ġie kkonfermat mill-Kummissjoni waqt is-seduta. Għalhekk, id-Deċiżjoni Alumix, adottata fl-1996, tivvalidaha b’mod impliċitu.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Hekk kif tfakkar fil-punti 6 sa 15 iktar ’il fuq, it-tariffa preferenzjali approvata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni Alumix kienet tkopri realtà multiformi, jiġifieri, qabel kollox, it-tariffa oriġinali, mogħtija minn ENEL lil Alumix abbażi, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni Nru 13/1992 tas-CIP (it-tariffa qabel Alumix) u, sussegwentement, it-tariffi kkonsentiti lil Alumix fid-dawl tal-privatizzazzjoni tagħha u kkonfermati bid-Digriet tal-1995 favur ix-xerrej prinċipali tal-grupp Alumix, Alcoa Italia, li saret Alcoa Trasformazioni (it-tariffa Alumix).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Sussegwentement għandu jiġi rrilevat li għalkemm, minn perspettiva formali, huwa minnu li d-Digriet tal-2004 jagħmel riferiment għall-punt 2 tad-Digriet tal-1995, xorta jibqa’ l-fatt li, kif tindika ġustament il-Kummissjoni, dan ma jistax jinqara b’mod iżolat mill-punt 1. Skont dan tal-aħħar, kif imfakkar fil-punt 5 iktar ’il fuq, is-sistema speċifika ta’ prezz għall-aluminju primarju li tinsab fit-tabella A-9 annessa mad-Deċiżjoni Nru 15/93 taċ-CIP tħassret mill-<DATE ISO="19960101">1 ta’ Jannar 1996</DATE>, favur sistema li tinkludi tariffi skont is-sigħat, li tinsab fit-tabella A-6 annessa mad-deċiżjoni msemmija, mingħajr ma dan iwassal għal bidla fir-rigward tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ddefinita b’mod konformi mad-Deċiżjoni Nru 13/92 taċ-CIP.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Konsegwentement, kemm it-tariffa qabel Alumix kif ukoll it-tariffa Alumix kien fihom, fost l-elementi li jippermettu d-determinazzjoni tagħhom, it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>taxxa addizzjonali termika<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> ridotta, l-uniku element li jidħol fid-determinazzjoni tal-prezz finali tal-elettriku ddefinit bid-Deċiżjoni Nru 13/92 tas-CIP.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Għalhekk, la hija t-tariffa qabel Alumix u lanqas it-tariffa Alumix li ġiet applikata fil-konfront tar-rikorrenti, iżda s-sistema li ġiet stabbilita bid-Digriet tal-1995 hekk kif evolviet sal-livell tal-2004. B’hekk, fl-2004, l-estensjoni tat-tariffa msemmija għal benefiċjarji oħra bid-Digriet tal-2004 ma kellhiex iktar l-istess skop bħall-1996, id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Alumix.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Dan iwassal biex it-tieni motiv jiġi miċħud, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa ta’ imparzjalità tal-Kummissjoni, peress li din ittrattat bl-istess mod lir-rikorrenti u lil Alcoa Trasformazioni mill-adozzjoni tal-miżuri l-ġodda (jiġifieri d-Digriet tal-2004 u l-Liġi tal-2005), liema ħaġa ser tiġi żviluppata f’iktar dettall mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tar-risposta tagħha għat-tielet motiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn Alcoa Trasformazioni u r-rikorrenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tosserva, fil-kuntest tat-tielet motiv tagħha, li l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni 2010/460, ikkunsidrat li t-tariffa preferenzjali kkonsentita lil Alcoa Trasformazioni kienet illegali biss għall-perijodu wara l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, it-terminu tal-validità, skont din l-istituzzjoni, tad-Deċiżjoni Alumix. Issa, ir-rikorrenti hija tal-fehma li peress li t-tariffa applikata lil Alcoa Trasformazioni u dik li ġiet applikata lilha mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-AEEG Nru 148/04 huma identiċi (abbażi tad-Digriet tal-1995, u wara, skontha, tad-Digriet tal-2004, għal Alcoa Trasformazioni,u mid-Digriet tal-2004 waħdu, għaliha), id-differenza fit-trattament ma tidhirx li hija ġġustifikata la fir-rigward tal-konstatazzjoni ta’ illegalità tal-għajnuna u lanqas, konsegwentement, fir-rigward tat-talba għall-ħlas lura tal-kumpensi rċevuti abbażi tad-Digriet tal-2004.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li tali motiv ma jistax jirnexxi. Hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament teħtieġ li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux trattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux trattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Koninklijke Coöperatie Cosun, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-248/04" PAGE.ECR="I-10211" YEAR="2006">C-248/04, Ġabra p. I-10211</REF.DOC.ECR>, punt 72, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan il-każ, Alcoa Trasformazioni u r-rikorrenti ma kinux, inizjalment, f’sitwazzjoni legali paragunabbli: Alcoa Trasformazioni kienet tibbenefika minn tariffa preferenzjali, ivvalidata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni Alumix, u din ġiet estiża, filwaqt li r-rikorrenti hija benefiċjarja ġdida tat-tariffa msemmija abbażi tad-Digriet tal-2004, li fil-prattika, ma ġiex applikat fil-konfront ta’ Alcoa Trasformazioni. Barra minn hekk, il-Liġi tal-2005 tinkludi fiha żewġ dispożizzjonijiet differenti, waħda, l-Artikolu 11(11) li ma ġiex innotifikat lill-Kummissjoni, li kien jikkonċerna lil Alcoa Traformazioni, u l-ieħor, l-Artikolu 11(12) li kien jikkonċerna lill-benefiċjarji l-ġodda tat-tariffa preferenzjali u ġie nnotifikat regolarment lill-Kummissjoni. Dawn l-elementi diverġenti huma barra minn hekk suffiċjenti biex jiġġustifikaw l-għażla tal-Kummissjoni li taqsam l-evalwazzjoni tal-kawżi skont jekk kinux jikkonċernaw il-benefiċjarju inizjali tat-tariffa preferenzjali jew lill-benefiċjarji l-ġodda tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tariffa preferenzjali, hekk kif evolviet, iż-żewġ kumpanniji kienu jinsabu fl-istess sitwazzjoni u ġew ittrattati b’mod identiku mill-Kummissjoni, li, fiż-żewġ każijiet, qieset it-tariffa msemmija bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli u, konsegwentement, ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Ċertament huwa minnu li, peress li t-tariffa preferenzjali wara l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE> titqies bħala illegali fid-deċiżjoni kkontestata u peress li hija identika għal dik eżatt qabel din id-data, ir-rikorrenti tinvoka b’mod rilevanti li l-Kummissjoni kienet fondata li taġixxi qabel, minħabba bidla sostanzjali fin-natura tal-għajnuna inizjalment ivvalidata. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li Alcoa Trasformazioni setgħet tirċievi, minħabba l-emendi li seħħew fir-rigward tad-determinazzjoni u l-ħlas tat-tariffa preferenzjali lilha, fl-aħħar tal-perijodu inizjali (1995-2005), u b’mod iktar preċiż fl-2004 u 2005, għajnuna mill-Istat illegali (liema ħaġa hija, qabel kollox, konformi b’mod sħiħ mad-Deċiżjoni 2010/460 u l-fatt li l-estensjoni tat-tariffa preferenzjali tqieset li tikkostitwixxi tali għajnuna).</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Madankollu, hija ġurisprudenza stabbilita li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi rrikonċiljat mal-osservanza tal-legalità, liema ħaġa tissupponi li ħadd ma jista’ jinvoka, favurih, illegalità mwettqa favur ħaddieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19841009">9 ta’ Ottubru 1984</DATE>, Witte vs Il-Parlament, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="188/83" PAGE.ECR="3465" YEAR="1984">188/83, Ġabra p. 3465</REF.DOC.ECR>, punt 15; tal-<DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, Williams vs Il-Qorti tal-Awdituri, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="134/84" PAGE.ECR="2225" YEAR="1985">134/84, Ġabra p. 2225</REF.DOC.ECR>, punt 14, u tal-<DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, The Rank Group, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-259/10+C-260/10" PAGE.ECR="I-10947" YEAR="2011">C-259/10 u C-260/10, Ġabra p. I-10947</REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT><P>It-tielet motiv</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni adottat premessi ineżatti biex tadotta d-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq in-natura eżistenti tal-għajnuna inkwistjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li għandhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst mill-Artikolu 108(3) TFUE il-miżuri li huma intiżi biex jistabbilixxu jew biex jemendaw għajnuna, filwaqt li jiġi ppreċiżat li l-emendi jistgħu jirrigwardaw kemm għajnuna eżistenti, kif ukoll proġetti inizjali nnotifikati lill-Kummissjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19841009">9 ta’ Ottubru 1984</DATE>, Heineken Brouwerijen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="91/83+127/83" PAGE.ECR="3435" YEAR="1984">91/83 u 127/83, Ġabra p. 3435</REF.DOC.ECR>, punti 17 u 18, u tad-<DATE ISO="19940809">9 ta’ Awwissu 1994</DATE>, Namur-Les assurances du crédit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-44/93" PAGE.ECR="I-3829" YEAR="1994">C-44/93, Ġabra p. I-3829</REF.DOC.ECR>, punt 13).</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dan il-każ, in-natura ġdida tal-att hija kjarament stabbilita.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Minn naħa, l-emendi ekonomiċi u legali li seħħew wara l-adozzjoni tat-tariffa Alumix juru l-passaġġ minn prezz ipprattikat minn fornitur għal tariffa sussidjata mir-Repubblika Taljana. Filwaqt li, fil-każ tat-tariffa Alumix, il-prezz ikkonsentit kien ekwivalenti għat-tnaqqis mogħti mill-imsemmi fornitur, anki jekk f’sitwazzjoni ta’ monopolju (ENEL), lil wieħed mill-iktar klijenti importanti tagħha, il-miżuri li kienu s-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata jinvolvu tnaqqis fil-prezz iffissat mill-awtoritajiet Taljani, iffinanzjat minn tnaqqis parafiskali li jippermetti rimbors lir-rikorrenti tad-differenza bejn it-tariffa normalment iffatturata lill-impriżi u t-tariffa preferenzjali li ġiet irrikonoxxuta lilha.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jitqies li l-evoluzzjoni li seħħet bejn il-metodi ta’ għoti u ta’ determinazzjoni tat-tariffa preferenzjali inizjalment mogħtija lil Alcoa Trasformazioni abbażi tad-Digriet tal-1995 u dik li kienet is-suġġett tad-Digriet tal-2004, u wara tal-Liġi tal-2005, tippermetti, minnha nnifisha, li jitqies li kienet għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-istess japplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> fir-rigward tal-estensjoni tal-għajnuna hekk evoluta lil benefiċjarji ġodda, li ma jifformawx parti mill-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna diġà awtorizzata, iżda jingħataw għajnuna li kellha biss, sa dak iż-żmien, benefiċjarju wieħed.</TXT><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>mas-suq komuni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-disa’ motiv, li jirrigwarda l-ksur tal-Artikolu 174 TFUE u tad-dikjarazzjoni relattiva għall-gżejjer</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-għaxar motiv, li jirrigwarda l-ksur tal-Artikolu 107(3)(a) sa (ċ) TFUE, tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat bi skop reġjonali u n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat bi skop reġjonali għall-perijodu 2007-2013</P></TI></TITLE><P><HT TYPE="ITALIC">[omissis]</HT></P></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni talbet għall-kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż, u peress li din tal-aħħar tilfet, hemm lok, b’applikazzjoni tal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li din tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Portovesme Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>