|
10.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/7 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità
Emenda fl-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tal-ajru skedati
2014/C 6/04
|
Stat Membru |
Spanja |
|||||||||
|
Rotta kkonċernata |
Almeria–Seville |
|||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
29.4.2009 |
|||||||||
|
Data tad-dħul fis-seħħ tal-bidliet |
15.1.2014 |
|||||||||
|
Indirizz fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra relatata mal-obbligi tas-servizz pubbliku. |
|
Ir-rotta suġġetta għall-obbligi tas-servizz pubbliku tista' tiġi operata fuq bażi ta' aċċess ta' kompetizzjoni libera skont il-kundizzjonijiet il-ġodda mill-15 ta' Jannar 2014. Jekk fi żmien 15-il jum tal-kalendarju wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta' servizzi f'konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti, l-aċċess se jkun ristrett għal trasportatur uniku tal-ajru permezz tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti korrispondenti, skont l-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.