|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/735 |
25.3.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/735
tas-17 ta’ Marzu 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE (Rieżami tal-ASE)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikoli 62 u 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Jentħieġ li r-Regolamenti (UE) 2019/2175 (3) u (UE) 2019/2176 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttiva (UE) 2019/2177tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. RAOUNA
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6, http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2894/oj.
(2) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2175/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/2176 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 146, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2176/oj).
(5) Id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 155, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2177/oj).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/…
ta’ …
li jemenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u r-Regolament (UE) 2015/847 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 131, 5.5.2022, p. 9, għandhom jiġu nkorporati fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2176 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Il-partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li ġie rifless fil-paragrafu 2 tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA fl-14 ta’ Ottubru 2014 rigward l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti tal-UE dwar l-ASE fil-Ftehim ŻEE (4), u għalhekk jenħtieġ li tiġi interpretata f’konformità mal-prinċipji li jinkorporaw dawk il-Konklużjonijiet. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 L 2177: Id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 155).”. |
Artikolu 2
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 23b (id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 L 2177: Id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 155).”. |
Artikolu 3
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 23ba (ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat minn:
|
— |
32019 R 2175: Ir-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1), kif rettifikat permezz tal-ĠU L 131, 5.5.2022, p. 9.”. |
Artikolu 4
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 31ba (id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32019 L 2177: Id-Direttiva (UE) 2019/2177 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 334, 27.12.2019, p. 155).”. |
Artikolu 5
Il-punt 31baa (ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(2) |
It-test tal-adattament (a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.”. |
|
(3) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (e):
|
|
(4) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (f):
|
|
(5) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (h):
|
|
(6) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (j):
|
|
(7) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (m):
|
Artikolu 6
Il-punt 31f (ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiżdied dan li ġej: “, kif emendat minn:
|
|
(2) |
It-test tal-adattament (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għal dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru/i, awtoritajiet kompetenti, u awtoritajiet superviżorji għandhom jinftiehmu li jinkludu, minbarra t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji tagħhom, rispettivament. Dan ma għandux japplika fir-rigward tal-Artikoli 5(2), 9(5) u 11(1)(c).”. |
|
(3) |
It-test tal-adattament (c) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 6(2):
|
|
(4) |
It-test tal-adattament (d) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 13(1):
|
|
(5) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (d):
|
|
(6) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (g):
|
|
(7) |
Fl-adattament (g), jitħassru l-kliem “Artikolu 17(1) u (2) u fi”. |
Artikolu 7
Il-punt 31g (ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(2) |
It-test tal-adattament (b) huwa sostitwit mibdul b’dan li ġej: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.”. |
|
(3) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (f):
|
|
(4) |
It-test tal-adattament (g)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej: “fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinqraw kif ġej: ‘Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien bla bżonn abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha twettaq rieżami tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f’intervalli xierqa u mill-inqas kull 6 xhur. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi lill-Awtorità bid-data ta’ skadenza. Fi żmien propizju qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ 6 xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità għandha tissottometti konklużjonijiet lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati minn abbozz jekk ikun meħtieġ. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tinforma lill-Awtorità bi kwalunkwe żvilupp li tikkunsidra relevanti għar-rieżami. Wara mill-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi, u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni. Stat tal-EFTA jista’ jitlob lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), tikkunsidra tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Fejn l-Awtorità temenda jew tħassar kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien bla bżonn.’.”. |
|
(5) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (g):
|
|
(6) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (h):
|
|
(7) |
It-test tal-adattament (i) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 17:
|
|
(8) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (i):
|
|
(9) |
It-test tal-adattament (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 19:
|
|
(10) |
It-test tal-adattament (o) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 22(4), il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni’.”. |
|
(11) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (o):
|
|
(12) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (p):
|
|
(13) |
It-test tal-adattament (r) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 36(5), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni’ għandu jsir ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”. |
|
(14) |
It-test tal-adattament (t) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 39:
|
|
(15) |
It-test tal-adattament (v) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 43:
|
|
(16) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (z):
|
|
(17) |
It-test tal-adattament (za) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 67: ‘L-Istati tal-EFTA għandhom jagħtu privileġġi u immunitajiet lill-Awtorità u lill-persunal tagħha ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.’.”. |
Artikolu 8
Il-Punt 31h (ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(2) |
It-test tal-adattament (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.”. |
|
(3) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (f):
|
|
(4) |
It-test tal-adattament (g)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej: “fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinqraw kif ġej: ‘Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien bla bżonn abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha twettaq rieżami tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f’intervalli xierqa u mill-inqas kull sitt xhur. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi lill-Awtorità bid-data ta’ skadenza. Fi żmien xieraq qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità għandha tippreżenta lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA l-konklużjonijiet, akkumpanjati jekk meħtieġ minn abbozz. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tinforma lill-Awtorità bi kwalunkwe żvilupp li tikkunsidra relevanti għar-rieżami. Wara mill-inqas żewġ tiġdid konsekuttivi, u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni. Stat tal-EFTA jista’ jitlob lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), tikkunsidra tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Fejn l-Awtorità temenda jew tħassar kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien bla bżonn.’.” |
|
(5) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (g):
|
|
(6) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (h):
|
|
(7) |
It-test tal-adattament (i)(iv) huwa sostitwit b’dan li ġej: “is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 2: ‘Fejn l-Awtorità tispjega kif biħsiebha tipproċedi b’każ u, fejn xieraq, tinvestiga ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat tal-EFTA, għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar in-natura u l-iskop tal-investigazzjoni u tipprovdilha regolarment wara dan l-informazzjoni aġġornata meħtieġa biex l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA twettaq il-kompiti tagħha kif suppost skont il-paragrafi 4 u 6.’.”. |
|
(8) |
It-test tal-adattament (i)(vii) huwa sostitwit b’dan li ġej: “fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kliem ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-TFUE’ għandu jinqara ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja’, u l-kliem ‘l-Awtorità’ għandu jinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”. |
|
(9) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (i):
|
|
(10) |
It-test tal-adattament (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 19:
|
|
(11) |
It-test tal-adattament (n) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 22(4), il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni’.”. |
|
(12) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (n):
|
|
(13) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (o):
|
|
(14) |
It-test tal-adattament (q) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 39:
|
|
(15) |
It-test tal-adattament (s) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 43:
|
|
(16) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (w):
|
|
(17) |
It-test tal-adattament (x) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 67: ‘L-Istati tal-EFTA għandhom jagħtu privileġġi u immunitajiet lill-Aġenzija u lill-persunal tagħha ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.’.”. |
Artikolu 9
Il-Punt 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(2) |
It-test tal-adattament (b) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.”. |
|
(3) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (f):
|
|
(4) |
It-test tal-adattament (g)(ii) huwa sostitwit b’dan li ġej: “fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinqraw kif ġej: ‘Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien bla bżonn abbażi ta’ abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha twettaq rieżami tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f’intervalli xierqa u mill-inqas kull sitt xhur. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi lill-Awtorità bid-data ta’ skadenza. Fi żmien xieraq qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sitt xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità għandha tippreżenta l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati jekk meħtieġ minn abbozz. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tinforma lill-Awtorità dwar kwalunkwe żvilupp li tqis rilevanti għar-rieżami. Wara mill-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi, u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni. Stat tal-EFTA jista’ jitlob lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA sabiex tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), tikkunsidra tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Fejn l-Awtorità temenda jew tħassar kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien bla bżonn.’.”. |
|
(5) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (g):
|
|
(6) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (h):
|
|
(7) |
It-test tal-adattament (i)(iv) huwa sostitwit b’dan li ġej: “is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 2: ‘Fejn l-Awtorità tispjega kif biħsiebha tipproċedi b’każ u, fejn xieraq, tinvestiga ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat tal-EFTA, għandha tinforma lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar in-natura u l-iskop tal-investigazzjoni u tipprovdilha regolarment wara dan l-informazzjoni aġġornata meħtieġa biex l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA twettaq il-kompiti tagħha kif suppost skont il-paragrafi 4 u 6.’.”. |
|
(8) |
It-test tal-adattament (i)(vii) huwa sostitwit b’dan li ġej: “fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kliem ‘Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE’ jinqara ‘Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja’, u l-kelma ‘l-Awtorità’ għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”. |
|
(9) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (i):
|
|
(10) |
It-test tal-adattament (k) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 19:
|
|
(11) |
It-test tal-adattament (n) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 22(4), il-kliem ‘, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni’.”. |
|
(12) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (n):
|
|
(13) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (o):
|
|
(14) |
It-test tal-adattament (q) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 39:
|
|
(15) |
It-test tal-adattament (s) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Fl-Artikolu 43:
|
|
(16) |
L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (w):
|
|
(17) |
It-test tal-adattament (x) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 67: ‘L-Istati tal-EFTA għandhom jagħtu privileġġi u immunitajiet lill-Awtorità u lill-persunal tagħha ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.’.”. |
Artikolu 10
Il-punt 311 (ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
(2) |
It-test tal-adattament (a) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini Stat(i) Membru(i) u awtoritajiet kompetenti għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.”. |
|
(3) |
L-adattamenti (b) sa (e) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti (f) sa (i), rispettivament. |
|
(4) |
L-adattamenti li ġejjin jiddaħħlu wara l-addattament (a):
|
|
(5) |
L-adattamenti li ġejjin huma imdaħħla wara l-adattament (i):
|
Artikolu 11
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2019/2175, kif rettifikati permezz tal-ĠU L 131, 5.5.2022, p. 9, u (UE) 2019/2176 u d-Direttiva (UE) 2019/2177 fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 12
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 13
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 334, 27.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2175/oj.
(2) ĠU L 334, 27.12.2019, p. 146, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2176/oj.
(3) ĠU L 334, 27.12.2019, p. 155, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2177/oj.
(4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA, ST 14178/1/14 REV 1.
(*1) [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Partijiet Kontraenti għad-Deċiżjoni Nru …/… li tinkorpora r-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim
Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2175 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni diretta tal-Protokoll 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA fit-territorju ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 11 ta’ dak il-Protokoll.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/735/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)