<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑538/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0538</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:188">EU:T:2015:188</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150325">25.3.2015</DATE> – KAWŻA T‑538/11</P><P>IL-BELĠJU vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Saħħa pubblika</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mogħtija għall-finanzjament ta’ testijiet għall-iscreening tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (EST) fl-annimali tal-ifrat</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Att li jikkawża preġudizzju</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ vantaġġ</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ selettività</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑538/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju</HT>, irrappreżentat minn C. Pochet u J.‑C. Halleux, bħala aġenti, assistiti minn L. Van den Hende, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata inizjalment minn H. van Vliet u S. Thomas, sussegwentement minn H. van Vliet u S. Noë, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 5457 finali, tas-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining [screening] għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="274" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2011">ĠU L 274, p. 36</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, I. Pelikánová u E. Buttigieg (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Plingers, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 999/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered [trażmissibbli] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 289), ġie adottat abbażi tal-Artikolu 152(4)(b) KE. Hekk kif jirriżulta mill-premessa 2 tiegħu, dan ir-regolament għandu bħala għan l-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (EST), fosthom l-enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB), fid-dawl tal-gravità tar-riskju li huma jippreżentaw għas-saħħa tal-annimali.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 999/2001, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Sistema ta’ sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kull Stat Membru għandu jwettaq programm annwali għas-sorveljanza ta’ ESB u <HT TYPE="ITALIC">scrapie</HT> skond l-Anness III, Kapitolu A. Dak il-programm għandu jinkludi kull proċedura ta’ screening bl-użu ta’ testijiet rapidi [mgħaġġla].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 999/2001, il-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tiegħu kien jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għal kull programm ta’ sorveljanza tal-ESB f’annimali tal-ifrat. Huwa kien jipprovdi, b’mod partikolari, l-għażla ta’ ċerti sottopopolazzjonijiet ta’ annimali tal-ifrat ta’ iktar minn 30 xahar, inkluż fosthom dawk sottoposti għal qatla normali għall-konsum mill-bniedem, għall-finijiet ta’ dan il-program.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 999/2001, il-Parti IV tal-Kapitolu A tal-Anness III tiegħu kien jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-ebda parti tal-ġisem ta’ annimali meħuda bħala kampjun skond dan l-Anness ma jintuża[x] għall-ikel tal-bnedmin, ġwież ta’ l-annimali u fertilizzanti, sakemm tiġi konkluża l-eżaminazzjoni laboratorja b’riżultati negativi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001, tat-<DATE ISO="20010622">22 ta’ Ġunju 2001</DATE>, li jemenda l-Annessi III, X u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32, p. 450), estenda, mill-<DATE ISO="20010701">1 ta’ Lulju 2001</DATE>, l-obbligu ta’ screening tal-ESB permezz ta’ testijiet mgħaġġla għall-annimali kollha tal-ifrat ta’ iktar minn 24 xahar li jkunu nqatlu b’urġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2002, tal-<DATE ISO="20020821">21 ta’ Awwissu 2002</DATE>, li jemenda l-Annessi III, VII u XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 550), estenda dan l-istess obbligu għall-annimali tal-ifrat ta’ iktar minn 24 xahar li jkunu mietu jew inqatlu għal finijiet oħra għajr, b’mod partikolari, il-konsum mill-bniedem.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-linji gwida EST</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej adottat, fl-2002, il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat marbuta mat-testijiet EST, mal-annimali li jinstabu mejta u mal-iskart tal-biċċeriji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="324" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2002">ĠU C 324, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>linji gwida EST<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-paragrafu 12 tal-linji gwida EST jippreċiża li dawn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex jiġu koperti l-ispejjeż sostnuti minħabba t-testijiet għall-[iscreening tal-]EST, l-annimali li jinstabu mejta u l-iskart tal-biċċeriji, mogħtija lill-operaturi li jaħdmu fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti mill-annimali li jaqgħu taħt l-Anness I tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda b’mod iktar partikolari t-testijiet għall-iscreening tal-EST, il-paragrafi 23 sa 25 tal-linji gwida EST jistabbilixxu dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>23.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi promossa l-adozzjoni ta’ miżuri intiżi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin, il-Kummissjoni ddeċidiet li ser tkompli tawtorizza l-għajnuna mill-Istat li tkopri 100 % tal-ispejjeż marbuta mat-testijiet għall-[iscreening tal-]EST, skont il-prinċipji esposti fil-punt 11.4 tal-linji gwida agrikoli.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>[…] mill-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, għal dak li jirrigwarda l-eżami ESB obbligatorju ta’ annimali tal-ifrat maqtula għall-konsum mill-bniedem, l-għajnuna pubblika diretta u indiretta, inklużi l-ħlasijiet tal-Komunità, ma tistax teċċedi total ta’ EUR 40 għal kull test. L-obbligu ta’ eżami jista’ jkun bbażat fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali. Dan l-ammont jirreferi għall-ispiża totali tat-testijiet, inkluż it-tagħmir għat-testijiet, it-teħid ta’ kampjuni, it-trasport, l-eżami, il-ħażna u d-distruzzjoni tal-kampjuni. Dan l-ammont ikun jista’ jitnaqqas fil-futur, ladarba l-ispejjeż marbuta mat-testijiet jonqsu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-għajnuna mill-Istat intiża li tkopri l-ispejjeż sostnuti minħabba t-testijiet għall-[iscreening tal-]EST għandha titħallas lill-operatur minn fejn il-kampjuni għall-finijiet tat-test għandhom jittieħdu. Madankollu, sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni ta’ din l-għajnuna, il-ħlas jista’ jsir lill-laboratorju, bil-kundizzjoni li jkun jista’ jintwera li l-ammont sħiħ tal-għajnuna jkun ġie mħallas lill-operatur. F’kull każ, għajnuna mill-Istat riċevuta direttament jew indirettament minn operatur minn fejn il-kampjuni għall-finijiet tat-test għandhom jittieħdu għandha tiġi riflessa fi tnaqqis ekwivalenti tal-prezzijiet mitluba minnu<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-għajnuna mill-Istat intiża li tkopri l-ispejjeż sostnuti minħabba t-testijiet għall-iscreening tal-EST u tal-ESB, li tkun ingħatat illegalment qabel l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, il-paragrafu 45 tal-linji gwida EST jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tevalwa l-kompatibbiltà tagħha skont il-punt 11.4 tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam agrikolu (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="028" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2000">ĠU 2000 C 28, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>linji gwida agrikoli 2000‑2006<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u skont il-prattika tagħha mill-2001 li taċċetta tali għajnuna, li tista’ tkopri 100 % tal-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura quddiem il-Kummissjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F’Jannar u fi Frar tal-2004, il-Kummissjoni rċeviet ilmenti fir-rigward ta’ abbozz ta’ digriet irjali intiż li jintroduċi, fil-Belġju, taxxa parafiskali intiża li tiffinanzja t-testijiet għall-iscreening tal-ESB.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20040127">27 ta’ Jannar 2004</DATE>, il-Kummissjoni talbet lir-Renju tal-Belġju sabiex jagħtiha informazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju wieġeb għal din it-talba għal informazzjoni permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20040206">6 ta’ Frar 2004</DATE>. Huwa indika b’mod partikolari lill-Kummissjoni li, mill-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE>, it-testijiet għall-iscreening tal-ESB kienu obbligatorji, fil-Belġju, għall-annimali tal-ifrat ta’ iktar minn 30 xahar u għall-annimali tal-ifrat ta’ iktar minn 24 xahar li jkunu nqatlu b’urġenza abbażi tar-Regolament Nru 999/2001. Barra minn hekk, huwa ppreċiża li, mill-1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20011231">31 ta’ Diċembru 2001</DATE>, l-ispiża tat-testijiet obbligatorji<?PAGE NO="4"?> għall-iscreening tal-ESB kienet ġiet iffinanzjata mit-Teżor pubbliku u, mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, mill-Bureau d’Intervention et de Restitution belge (uffiċċju Belġjan għal miżuri ta’ intervent u għal ħlas lura, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>BIRB<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20040123">23 ta’ Jannar 2004</DATE>, irreġistrata fit-28 tal-istess xahar, ir-Renju tal-Belġju nnotifika abbozz ta’ digriet irjali dwar il-finanzjament tal-iscreening tal-EST fl-annimali. Din il-miżura ġiet irreġistrata bin-numru N 54/04.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Billi l-abbozz ta’ digriet irjali inkwistjoni kien jindika li kienet diġà ngħatat għajnuna u li kienu nġabru taxxi mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE>, il-miżura ġiet irreġistrata bħala mhux innotifikata fid-<DATE ISO="20040719">19 ta’ Lulju 2004</DATE> bin-numru NN 45/04.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20081126">26 ta’ Novembru 2008</DATE>, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju tal-Belġju bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-finanzjament tat-testijiet għall-iscreening tal-EST imwettqa fil-Belġju mill-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> sal-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, u stiednet lil terzi interessati sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Id-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fis-<DATE ISO="20090116">16 ta’ Jannar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="011" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2009">ĠU C 11, p. 8</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>It-terzi interessati ma ppreżentawx osservazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20090225">25 ta’ Frar 2009</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/678/UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining [screening] għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) [(EST)] fil-bovini implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)], (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="274" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2011">ĠU L 274, p. 36</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni eżaminat is-sistema Belġjana ta’ finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB sabiex tivverifika jekk din kinitx tissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi sabiex għajnuna mill-Istat tkun teżisti, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, il-Kummissjoni kkonstatat li, mill-1 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20011231">31 ta’ Diċembru 2001</DATE>, it-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB kienu ġew iffinanzjati kompletament mit-Teżor pubbliku u, mill-<DATE ISO="20020101">1 ta’ Jannar 2002</DATE> sat-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, mill-BIRB, jiġifieri stabbiliment pubbliku federali bi personalità ġuridika, taħt is-superviżjoni tal-ministre de l’Agriculture et des Classes moyennes belge (Ministru Belġjan tal-Agrikoltura u tal-Klassijiet Medji) u li jiddisponi minn fondi governattivi inklużi fil-baġit għas-setgħa tiegħu ta’ sorveljanza fuq livell federali, kif ukoll minn ċertu dħul proprju. Barra minn hekk, mill-1 ta’ Lulju sat-<DATE ISO="20041130">30 ta’ Novembru 2004</DATE>, it-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB kienu ġew iffinanzjati mill-Agence fédérale pour la sécurité de la chaîne alimentaire (Aġenzija federali għas-sigurtà tal-katina alimentari, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>AFSCA<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jiġifieri minn stabbiliment pubbliku b’personalità ġuridika li, skont il-liġi tal-<DATE ISO="20000204">4 ta’ Frar 2000</DATE> dwar il-ħolqien tal-AFSCA, kien iffinanzjat minn dħul varju bħal ħlasijiet remunerattivi (jiġifieri tariffi), kontributi (jiġifieri taxxi parafiskali), dħul minn multi amministrattivi, donazzjonijiet u legati oħra, eċċ. Fl-aħħar nett, għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20041201">1 ta’ Diċembru 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni kkonstatat li t-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB kienu ġew iffinanzjati, minn naħa, permezz ta’ tariffa ta’ EUR 10.70 għal kull annimal tal-ifrat ittestjat imħallsa mill-biċċeriji u ffatturata lill-klijenti ta’ dawn tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, permezz ta’ finanzjament tal-AFSCA mir-riżervi tagħha u mill-antiċipu rimborsabbli li tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha mit-Teżor pubbliku.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet, minn naħa, li mill-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> sal-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE> it-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB kienu ġew iffinanzjati permezz tar-riżorsi tal-Istat u, min-naħa l-oħra, li l-parti tal-ammont ta’ dawn it-testijiet iffinanzjata, mill-<DATE ISO="20041201">1 ta’ Diċembru 2004</DATE>, permezz tat-tariffa ta’ EUR 10.70 għal kull annimal tal-ifrat ittestjat ma kinitx ġiet iffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni vverifikat jekk is-sistema Belġjana ta’ finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB kinitx tat vantaġġ ekonomiku selettiv lil ċerti impriżi jew lil ċerti prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, qabelxejn, il-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB permezz tar-riżorsi tal-Istat, inklużi l-kontributi, il-Kummissjoni qieset li l-ispiża tal-kontrolli obbligatorji li kienu jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti kienet spiża li normalment kienet ta’ piż għall-baġit ta’ impriża. Għaldaqstant, fl-opinjoni tagħha, l-iffinanzjar tal-ispiża tal-imsemmija testijiet mir-Renju tal-Belġju mill-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> kien ta vantaġġ lil minn irabbi l-annimali, lill-biċċeriji u lill-impriżi l-oħra li kienu jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibigħu jew jikkummerċjalizzaw prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-ifrat suġġetti għal dawn it-testijiet. F’dan ir-rigward, hija osservat li l-prezz ta’ dawn l-istess testijiet kien jitħallas direttament lil-laboratorji, li kellhom l-obbligu li jwettqu t-testijiet inkwistjoni fuq talba tal-biċċeriji, u li kienu jiffatturaw l-ispiża tagħhom lill-AFSCA.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-kundizzjoni dwar is-selettività kienet issodisfatta, peress li l-vantaġġ deskritt preċedentement kien irriżervat unikament għas-settur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tat-trobbija tal-annimali sottomessi għat-testijiet għall-[iscreening tal‑]BSE [ESB]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, sussegwentement, il-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB permezz ta’ ħlasijiet remunerattivi, jiġifieri permezz ta’ tariffi mħallsa minn operaturi fis-settur, il-Kummissjoni osservat li dan ma kienx ta vantaġġ lill-operaturi fis-settur tal-annimali tal-ifrat, għaliex it-tariffi kienu tħallsu mill-benefiċjarji tas-servizzi pprovduti mill-AFSCA bħala remunerazzjoni għal dawn is-servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni kkonstatat li l-miżura inkwistjoni kienet twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni u kienet affettwat il-kummerċ bejn Stati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB permezz ta’ riżorsi tal-Istat kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni osservat li l-għajnuna inkwistjoni kienet illegali għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, għaliex l-imsemmija għajnuna kienet ingħatat bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li, mill-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, l-għajnuna inkwistjoni kienet koperta mill-eżenzjoni tal-obbligu ta’ notifika prevista mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2004, tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [107 TFUE] u [108 TFUE] dwar l-għajnuna tal-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tal-agrikoltura (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 24). Madankollu, hija kkonstatat li l-kundizzjonijiet imposti mir-regolament iċċitat iktar ’il fuq ma kinux ġew osservati f’dan il-każ u, għalhekk, li l-imsemmija għajnuna kienet illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni vverifikat jekk kinitx teżisti rabta ta’ allokazzjoni vinkolanti bejn id-dħul mill-kontributi li għandhom jiġu ffinanzjati mill-AFSCA, miġbura mill-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE>, u l-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB. Billi ma kkonstatatx l-eżistenza ta’ tali rabta, hija kkonkludiet li l-kontributi ma kinux jikkostitwixxu parti integrali mill-għajnuna inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni evalwat il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern. Hija vverifikat ukoll jekk il-kundizzjonijiet imposti mil-linji gwida EST ġewx osservati f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwardaw, minn naħa, il-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB mogħti illegalment qabel l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE>, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tal-linji gwida EST, il-Kummissjoni kkonstatat li l-kundizzjonijiet imposti mill-punt 11.4 tal-linji gwida agrikoli 2000‑2006, li jirreferi għalihom il-paragrafu 45 tal-linji gwida EST, kienu ssodisfatti. Hija kkonkludiet għalhekk li l-għajnuna mogħtija matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u l-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE> kienu kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, il-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB mogħti bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni qieset li biss il-kundizzjoni imposta mill-paragrafu 24 tal-linji gwida EST, jiġifieri li l-għajnuna nazzjonali u Komunitarja ma teċċedix il-limitu massimu ta’ EUR 40 għal kull test, ma kinitx ġiet osservata matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>. F’dan ir-rigward, hija osservat li l-ammont totali ta’ dan l-eċċess kien jammonta għal EUR 6 619 810.74.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-ħames u fl-aħħar lok, il-Kummissjoni kkonstatat li s-sistema ta’ rkupru tal-għajnuna li teċċedi l-ammont ta’ EUR 40 għal kull test, propost mir-Renju tal-Belġju, ma kienx konformi mar-regoli fil-qasam tal-irkupru ta’ għajnuna illegali u inkompatibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li, matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>, ir-Renju tal-Belġju kien implementa l-għajnuna għall-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-għajnuna kienet inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni tal-ammonti li jeċċedu l-limitu massimu ta’ EUR 40 għal kull test mogħtija matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkompatibbli, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mogħtija lil proġetti speċifiċi li, meta ngħatat l-għajnuna, kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Artikolu 1</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ffinanzjati permezz tar-retribuzzjonijiet [ħlasijiet remunerattivi] mhumiex għajnuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-finanzjament tat-testijiet għall-[iscreening tal-]BSE [ESB] permezz tar-riżorsi tal-Istat jikkostitwixxi għajnuna kumpatibbli mas-suq intern li tingħata lill-bdiewa, lill-biċċeriji u lil entitajiet oħrajn li jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibiegħu jew jikkumerċjalizzaw prodotti li jkunu ġejjin mill-bovini [annimali tal-ifrat] u sottomessi għal test obbligatorju għall-BSE għall-perjodu li jkopri bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u l-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE> u għall-perjodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-finanzjament tat-testijiet għall-[iscreening tal-]BSE permezz tar-riżorsi tal-Istat għall-perjodu li jkopri bejn l-<DATE ISO="20030101">1 ta’ Jannar 2003</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE> huwa għajnuna kumpatibbli mas-suq intern li tingħata lill-bdiewa, lill-biċċeriji u lil entitajiet oħrajn li jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibiegħu jew jikkumerċjalizzaw prodotti li jkunu ġejjin mill-bovini u sottomessi għal test obbligatorju għall-BSE għall-ammonti taħt EUR 40 għal kull test. L-ammonti li jaqbżu EUR 40 għal kull test mhumiex kumpatibbli mas-suq intern u għandhom jiġu rkuprati, minbarra l-għajnuna mogħtija lil proġetti speċifiċi li, meta ngħatat l-għajnuna, kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> applikabbli.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Belġju implimenta b’mod illegali għajnuna għall-finanzjament tat-testijiet għall-[iscreening tal-]BSE bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE matul il-perjodu li jkopri bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Belġju għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna illegali u mhux kumpatibbli msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4), mingħand il-benefiċjarji.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3), għandu jkun immedjat u effettiv.</ALINEA><ALINEA>Il-Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, il-Belġju għandu jippreżenta din l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-lista tal-benefiċjarji li rċevew għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4), u l-ammont totali tal-għajnuna li rċieva kull wieħed minnhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-ammont totali (kapital u imgħax tal-irkupru) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><ALINEA>Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20111010">10 ta’ Ottubru 2011</DATE>, ir-Renju tal-Belġju ppreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-dispożittiv tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, stiednet lill-partijiet sabiex iwieġbu bil-miktub għal xi mistoqsijiet. Il-partijiet ikkonformaw ruħhom ma’ dawn il-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura fit-termini imposti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20140905">5 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Mingħajr ma tqajjem formalment l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti Ġenerali tiddikjara dan ir-rikors inammissibbli sa fejn huwa indirizzat kontra l-Artikolu 1(2) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(3) tad-deċiżjoni kkontestata, li jikklassifikaw il-miżura inkwistjoni bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern. F’dan ir-rigward, hija ssostni, essenzjalment, li din il-parti tad-dispożittiv ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 263 TFUE, għaliex hija ma tipproduċix effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-Renju tal-Belġju talab sabiex ir-rikors jiġi ddikjarat ammissibbli, b’mod partikolari sa fejn huwa kien indirizzat kontra l-Artikolu 1(2) u (3) tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita żviluppata fil-kuntest ta’ rikorsi għal annullament ippreżentati minn Stati Membri jew minn istituzzjonijiet jirriżulta li kull dispożizzjoni adottata mill-istituzzjonijiet, irrispettivament mill-forma, intiża sabiex tipproduċi effetti legali vinkolanti titqies li hija att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE (sentenzi tal-<DATE ISO="19710331">31 ta’ Marzu 1971</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, 22/70, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:32">EU:C:1971:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42; tat-<DATE ISO="19940302">2 ta’ Marzu 1994</DATE>, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill, C‑316/91, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:76">EU:C:1994:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 8, u tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Deutsche Post u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, C‑463/10 P u C‑475/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:656">EU:C:2011:656</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36). Barra minn hekk mill-ġurisprudenza jirriżulta li Stat Membru jista’ jippreżenta rikors għal annullament ta’ att li jipproduċi effetti legali vinkolanti mingħajr il-bżonn li dan juri interess ġuridiku (sentenzi Deutsche Post u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:656">EU:C:2011:656</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36, u tal-<DATE ISO="20120920">20 ta’ Settembru 2012</DATE>, France vs Il‑Kummissjoni, T‑154/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:452">EU:T:2012:452</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex jiġi evalwat jekk id-deċiżjoni kkontestata tistax tiġi kkontestata, għandu jiġi eżaminat jekk din tikkostitwixxix att intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Deutsche Post u Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, punt 47 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:656">EU:C:2011:656</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40), liema fatt għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-kontenut tagħha (sentenza France vs Il‑Kummissjoni, punt 47 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:452">EU:T:2012:452</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 1(2) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(3) tad-deċiżjoni kkontestata, li jikklassifikaw il-miżura inkwistjoni bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern, huma neċessarjament intiżi li jipproduċu effetti legali vinkolanti u jikkostitwixxu, għalhekk, att li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 263 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20110908">8 ta’ Settembru 2011</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi il-Baxxi, C‑279/08 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 35 sa 42).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza ċċitata mill-Kummissjoni ma tistax tinvalida l-konklużjoni preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, qabelxejn, il-kawża li tat lok għad-digriet tat-<DATE ISO="20040128">28 ta’ Jannar 2004</DATE>, Il‑Pajjiżi il-Baxxi vs Il‑Kummissjoni (C‑164/02, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:54">EU:C:2004:54</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), biżżejjed jiġi kkonstatat li r-raġuni li wasslet għal dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors tar-Renju tal-Pajjiżi il-Baxxi, ippreżentat kontra<?PAGE NO="9"?> deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna mas-suq intern, kienet ikkostitwita mill-fatt li dan l-Istat Membru kien talab l-annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>sa fejn il-Kummissjoni [kienet] ikkonkludiet li l-kontributi allokati lill-awtoritajiet portwali […] [kienu] jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, filwaqt li din il-konklużjoni ma tinsabx fid-dispożittiv ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Sussegwentement, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma qisitx fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-oppożizzjoni espliċita ta’ Stat Membru għall-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ta’ miżura, b’mod partikolari fil-mument tan-notifika, hija element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>determinanti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għall-finijiet tal-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat minn dan l-Istat Membru kontra deċiżjoni li tiddikjara l-imsemmija miżura kompatibbli mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li , fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 107(1) u (3) TFUE, li, filwaqt li tikklassifika l-miżura inkwistjoni bħala għajnuna mill-Istat, tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni, kellha titqies bħala att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, għar-raġuni li l-klassifikazzjoni żbaljata ta’ miżura bħala għajnuna mill-Istat kellha konsegwenzi ġuridiċi għall-Istat Membru li jinnotifika inkwantu din il-miżura kienet suġġetta għal sorveljanza kostanti mill-Kummissjoni u għal kontroll perjodiku min-naħa tagħha, b’tali mod li dan l-Istat Membru kellu marġni ta’ manuvra ristretta fl-implementazzjoni tal-miżura nnotifikata (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 41 u 42).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, iċ-ċirkustanza, invokata mill-Kummissjoni, li tgħid li, qabel il-proċedura amministrattiva, ir-Renju tal-Belġju kien ammetta, għall-inqas b’mod impliċitu, li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, anki jekk jiġi preżunt li dan huwa minnu, ma jistax ikollha effett fuq l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest tal-kontroreplika l-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li, mil-lat strettament legali, il-fatt li ammetta preċedentement li l-miżura inkwistjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna ma jċaħħadx ir-Renju tal-Belġju mid-dritt li jikkontesta dan il-fatt.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, dan ir-rikors għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jqajjem motiv uniku insostenn tar-rikors, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat il-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, ir-Renju tal-Belġju jqis li waħda mill-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi affermata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat hija ma hijiex preżenti f’dan il-każ, jiġifieri l-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv mogħti mill-miżura inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-motiv uniku jinqasam f’ħames partijiet ibbażati, rispettivament, l-ewwel nett, fuq l-assenza ta’ taffija ta’ spiża li normalment hija ta’ piż għall-baġit ta’ impriża, it-tieni nett, fuq l-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB, it-tielet nett, fuq l-assenza ta’ kumpens eċċessiv li jirriżulta mill-miżura inkwistjoni, ir-raba’ nett, fuq l-assenza ta’ natura selettiva tal-miżura inkwistjoni u, il-ħames nett, fuq l-irrilevanza tas-sistemi ta’ finanzjament tal-imsemmija testijiet fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li għandha tiġi eżaminata qabelxejn it-tieni parti tal-motiv invokat qabel ma tiġi eżaminata l-ewwel, ir-raba’, il-ħames u t-tielet parti tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni, essenzjalment, li, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB fl-Unjoni Ewropea, huwa kien liberu li jiffinanzja huwa stess l-ispiża tal-imsemmija testijiet mingħajr ma dan jiġi eżaminat fid-dawl tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li din il-parti tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-Artikolu 107(1) TFUE huwa intiż li jipprevjeni li l-kummerċ bejn Stati Membri jiġi affettwat minn vantaġġi permessi mill-awtoritajiet pubbliċi li, f’diversi forom, joħolqu jew jheddu li joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni billi jiffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti produtturi (sentenzi tat-<DATE ISO="19740702">2 ta’ Lulju 1974</DATE>, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni, 173/73, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:71">EU:C:1974:71</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, u tal-<DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Air Liquide Industries Belgium, C‑393/04 u C‑41/05, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:403">EU:C:2006:403</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Sabiex jiżgura l-effikaċja tal-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat li taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, sa fejn din twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni, l-Artikolu 108 TFUE jimponi, fuq il-Kummissjoni, obbligu speċifiku ta’ kontroll u, fuq l-Istati Membri, obbligi preċiżi sabiex jiġi ffaċilitat il-kompitu tal-Kummissjoni u sabiex jiġi evitat li din tiġi ffaċċata b’fait accompli (sentenza tat-<DATE ISO="20011108">8 ta’ Novembru 2001</DATE>, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer &amp; Peggauer Zementwerke, C‑143/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:598">EU:C:2001:598</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-proġetti sabiex tingħata jew sabiex tiġi mmodifikata għajnuna, l-Artikolu 108(3) TFUE jitlob li l-Kummissjoni tiġi informata dwar dan fil-ħin sabiex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha. Dan il-paragrafu jobbliga, sussegwentement, lill-Kummissjoni tibda mingħajr dewmien il-proċedura kontradittorja prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, jekk hija tqis il-proġett innotifikat ma jkunx kompatibbli mas-suq intern. Fl-aħħar nett, l-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE tipprojbixxi, fi kliem ċar, lill-Istat Membru milli jdaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti, qabel ma din il-proċedura jkollha deċiżjoni finali (sentenza Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer &amp; Peggauer Zementwerke, punt 63 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:598">EU:C:2001:598</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-interventi tal-Istati Membri fl-oqsma li ma kinux is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll ta’ għajnuna mill-Istat. Ammissjoni kuntrarja tirrendi, neċessarjament, ineffettivi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan is-sens, pereżempju, l-interventi statali fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi tal-Istati Membri, bħat-tassazzjoni diretta, jistgħu jiġu eżaminati fid-dawl tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Government of Gibraltar u Ir‑Renju Unit, C‑106/09 P u C‑107/09 P, Ġabra, EU:C:2011:732; tad-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, 3M Italia, C‑417/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:184">EU:C:2012:184</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25, u d-digriet tad-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, Safilo, C‑529/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:188">EU:C:2012:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, ir-Renju tal-Belġju kien għalhekk obbligat jiżgura ruħu li, billi jiffinanzja kompletament l-ispiża tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB, huwa ma kienx qiegħed jikser l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, u dan irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk il-finanzjament tal-imsemmija testijiet kienx jew le s-suġġett ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-motiv uniku għandha tiġi miċħuda għal din ir-raġuni biss, mingħajr in-neċessità li jiġu eżaminati l-argumenti, superfluwi, invokati mir-Renju tal-Belġju, intiżi li jistabbilixxu l-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-assenza ta’ taffija ta’ spiża li normalment hija ta’ piż għall-baġit ta’ impriża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni kkonkludiet b’mod żbaljat li jeżisti vantaġġ ekonomiku mogħti mill-miżura inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li din il-parti tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) TFUE jiddefinixxi l-għajnuna mill-Istat bħala għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat taħt kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn Stati Membri. Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huwa iktar ġenerali minn dak ta’ sussidju, peress li jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, bħas-sussidji infushom, iżda wkoll interventi li, taħt forom diversi, itaffu l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża u li, b’hekk, mingħajr ma jkunu sussidji fis-sens strett tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom l-istess effetti. Il-provvista ta’ beni jew ta’ servizzi b’kundizzjonijiet preferenzjali hija eżempju tal-vantaġġi indiretti li għandhom l-istess effetti bħas-sussidji (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-interventi li, taħt kwalunkwe forma, jistgħu jiffavorixxu direttament jew indirettament lil impriżi jew li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq jitqiesu bħala għajnuna (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 87 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju ma jikkontestax li, matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20010101">1 ta’ Jannar 2001</DATE> u l-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE>, it-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB ġew iffinanzjati minn riżorsi pubbliċi. Għalhekk, għandu jiġi evalwat jekk, billi sostniet li dan il-finanzjament ħeles l-impriżi fis-settur tal-annimali tal-ifrat minn spiża li normalment hija ta’ piż għall-baġit tagħhom, il-Kummissjoni vvizzjatx id-deċiżjoni kkontestata bi żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni qieset, fil-premessa 90 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-ispiża għall-kontrolli obbligatorji li kienu jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, bħat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB, kienet spiża li normalment kienet ta’ piż għall-baġit tal-impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Renju tal-Belġju joġġezzjona li l-obbligu li jitwettqu testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB ma jirriżultax mill-kundizzjonijiet normali tas-suq, iżda minn intervent tal-awtoritajiet pubbliċi. F’dan ir-rigward, huwa jinvoka l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża GEMO (C‑126/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:273">EU:C:2002:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fihom huwa jispjega li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>normalment<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fil-kundizzjonijiet ta’ suq mingħajr interventi tal-Istat jew mingħajr lakuni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża, iċċitati iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:273">EU:C:2002:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 77). Għaldaqstant, f’dan il-każ, huwa jsostni li, mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi, l-imsemmija testijiet obbligatorji ma kinux jikkostitwixxu spiża li normalment hija ta’ piż għall-baġit tal-operaturi fis-settur tal-annimali tal-ifrat.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, il-kunċett ta’ spejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża jinkludi, b’mod partikolari, l-ispejjeż supplimentari li l-impriżi għandhom ibatu minħabba obbligi legali, regolamentari jew kuntrattwali li japplikaw għal attività ekonomika (ara, b’analoġija, is-sentenzi L‑Italja vs Il‑Kummissjoni, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:71">EU:C:1974:71</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33; tal-<DATE ISO="19991005">5 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Franza vs Il‑Kummissjoni, C‑251/97, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:480">EU:C:1999:480</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40, u tat-<DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>, Heiser, C‑172/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:130">EU:C:2005:130</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball meta qieset li l-ispiża tal-kontrolli li jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, obbligatorji permezz ta’ liġi jew regolament, bħat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB, kienet spiża li normalment kienet ta’ piż għall-baġit ta’ impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-Renju tal-Belġju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Renju tal-Belġju jsostni, essenzjalment, li l-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB permezz ta’ riżorsi tal-Istat ma jagħti ebda vantaġġ lill-operaturi fis-settur tal-annimali tal-ifrat, peress li l-obbligu li jitwettqu dawn it-testijiet għandu għan ta’ interess ġenerali, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li l-Artikolu 107 TFUE ma jagħmilx distinzjoni skont ir-raġunijiet jew l-għanijiet tal-interventi inkwistjoni, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom (sentenzi L‑Italja vs Il‑Kummissjoni, punt 62 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:71">EU:C:1974:71</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27; tat-<DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni, C‑5/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:754">EU:C:2002:754</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45, u Il‑Kummissjoni vs Government of Gibraltar u Ir‑Renju Unit, punt 66 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:732">EU:C:2011:732</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 87).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika mfittex mill-miżura inkwistjoni, jekk jiġi preżunt korrett, ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi eskluża l-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat stabbilita mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-Renju tal-Belġju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Renju tal-Belġju jsostni li għandha ssir distinzjoni bejn din il-kawża u dik li tat lok għas-sentenza tal-<DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, GEMO (C‑126/01, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:622">EU:C:2003:622</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-iffinanzjar tal-ispejjeż għall-ġbir u għar-rimi tal-karkassi ta’ bhejjem u tal-iskart ta’ biċċeriji mir-Repubblika Franċiża kien jagħti vantaġġ lil min irabbi l-annimali u lill-biċċeriji, peress li dawn l-ispejjeż kienu jikkostitwixxu piż inerenti fl-attività ekonomika tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>min iniġġeż iħallas<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, applikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza GEMO, punt 83 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:622">EU:C:2003:622</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma huwiex applikabbli f’din il-kawża. F’dan ir-rigward, huwa jsostni li l-karkassi ta’ bhejjem u l-iskart ta’ biċċeriji huma avvenimenti esterni inerenti fl-attività ta’ min irabbi l-annimali u ta’ biċċeriji, għad-differenza tal-ESB li hija marda li ma tirriżultax direttament mill-attività ta’ min irabbi l-annimali u ta’ biċċeriji u li għalhekk ma għandha l-ebda rabta ċara u diretta ma’ produttur speċifiku jew ma’ impriża partikolari. Fl-opinjoni tiegħu, dan l-argument huwa kkonfermat mil-linji gwida EST, li l-partijiet IV u V tagħhom, li jirrigwardaw, rispettivament, l-annimali li jinsabu mejta u l-iskart ta’ biċċeriji, jirreferu espressament għall-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>min iniġġeż iħallas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, filwaqt li din ir-referenza ma tidhirx fil-parti III tal-imsemmija linji gwida li tirrigwarda t-testijiet għall-iscreening tal-EST.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Madankollu, il-kunċett ta’ spejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża ma huwiex limitat għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>min iniġġeż iħallas<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għalhekk, il-fatt li l-imsemmi prinċipju ma huwiex applikabbli f’din il-kawża, anki jekk jiġi preżunt li dan huwa minnu, ma jistax jinvalida l-konklużjoni li tinsab fil-punt 76 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-Renju tal-Belġju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Renju tal-Belġju jsostni, billi jibbaża ruħu fuq is-sentenzi tal-<DATE ISO="19760205">5 ta’ Frar 1976</DATE>, Conceria Bresciani (87/75, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:18">EU:C:1976:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u tal-<DATE ISO="19931215">15 ta’ Diċembru 1993</DATE>, Ligur Carni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑277/91, C‑318/91 u C‑319/91, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:927">EU:C:1993:927</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li sistema ta’ kontrolli obbligatorji intiża, bħal f’dan il-każ, li tipproteġi s-saħħa pubblika ma hijiex servizz ipprovdut lill-impriżi li għalih huma għandhom normalment iħallsu.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fis-sentenzi ċċitati fil-punt 87 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li t-tariffi suġġetti għall-istħarriġ tagħha, dovuti minħabba kontrolli sanitarji mwettqa fl-interess ġenerali fuq prodotti importati li kienu diġà suġġetti għal kontrolli analogi fil-pajjiż ta’ oriġini, ma setgħux jitqiesu li tħallsu inkambju għal servizz u li kienet l-awtorità pubblika li kellha tbati l-ispiża tal-imsemmija kontrolli.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li, fis-sentenzi ċċitati fil-punt 87 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi biss dwar il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-finanzjament ta’ ċerti kontrolli sanitarji fid-dawl tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u, għaldaqstant, ma ddeċidietx dwar il-legalità tal-imsemmi finanzjament fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-ġurisprudenza invokata mir-Renju tal-Belġju ma hijiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-Renju tal-Belġju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Ir-raba’ u l-aħħar nett, ir-Renju tal-Belġju jsostni, essenzjalment, li t-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB huma marbuta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika u, għaldaqstant, ma għandhomx natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat FUE. Konsegwentement, huwa jqis li seta’ jbati huwa stess l-ispiża kollha tal-imsemmija testijiet, mingħajr ma din il-miżura tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tiegħu għal mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, ir-Renju tal-Belġju kkjarifika l-argument imsemmi fil-punt 92 iktar ’il fuq, billi indika li l-organizzazzjoni tat-testijiet għall-iscreening tal-ESB, inkluża l-organizzazzjoni tal-finanzjament tagħhom, taqa’ taħt il-prerogattivi ta’ awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biżżejjed jiġi kkonstatat, hekk kif tosserva ġustament il-Kummissjoni u mingħajr ma ġie kkontestat mir-Renju tal-Belġju, li l-operaturi fis-settur tal-annimali tal-ifrat huma obbligati biss, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jwettqu t-testijiet għall-iscreening tal-ESB fuq l-annimali tal-ifrat li jkunu ser jinqatlu qabel ma jkunu jistgħu jikkummerċjalizzaw il-laħam, ix-xaħam u l-ġewwieni tagħhom, liema fatt ma jimplikax, min-naħa tagħhom, l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argument imsemmi fil-punt 92 iktar ’il fuq ma jistax jinvalida l-konklużjoni li tgħid li l-ispiża tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB hija spiża li l-operaturi fis-settur tal-annimali tal-ifrat għandhom ibatu fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività ekonomika tagħhom (ara l-punti 69 sa 86 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett u f’kull każ, għandu jiġi osservat li, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 76 iktar ’il fuq, il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi li l-impriżi għandhom ibatu ċertu spejjeż, li għalhekk ikunu marbuta neċessarjament mal-eżerċizzju mill-Istat Membru kkonċernat tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika, ma jipprekludix li tali spejjeż jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>spejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-Renju tal-Belġju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, l-ewwel parti tal-motiv uniku għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba’ parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-assenza ta’ natura selettiva tal-miżura inkwistjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni, essenzjalment, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset il-miżura inkwistjoni bħala selettiva.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li din il-parti tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-klassifikazzjoni bħala għajnuna teħtieġ li l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 107(1) TFUE jiġu ssodisfatti (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61). B’mod partikolari, hekk kif ġie osservat fil-punt 71 iktar ’il fuq, vantaġġ ekonomiku mogħti minn Stat Membru għandu n-natura ta’ għajnuna biss jekk huwa ta’ natura li jiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex jiġi pprovat li l-miżura inkwistjoni tapplika b’mod selettiv għal ċerti impriżi jew għal ċerti produtturi, il-Kummissjoni għandha turi li din tintroduċi distinzjonijiet bejn impriżi li jinsabu, fir-rigward tal-għan tal-miżura inkwistjoni, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi indikat ukoll li l-kunċett ta’ għajnuna ma jkoprix miżuri li jintroduċu distinzjoni bejn l-impriżi fil-qasam tal-ispejjeż meta din id-distinzjoni tirriżulta min-natura u mill-istruttura tas-sistema ta’ spejjeż inkwistjoni. Huwa l-Istat Membru li introduċa tali distinzjoni bejn l-impriżi fil-qasam tal-ispejjeż li għandu juri li din hija effettivament iġġustifikat min-natura u mill-istruttura tas-sistema inkwistjoni (sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi, punt 49 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:551">EU:C:2011:551</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni qieset ġustament, fil-premessa 90 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-ispiża tal-kontrolli obbligatorji li jirrigwardaw il-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti kienet spiża li normalment kienet ta’ piż għall-baġit ta’ impriża (ara l-punt 77 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tal-miżura inkwistjoni, ir-Renju tal-Belġju taffa l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-premessa 92 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li, fil-Belġju, il-vantaġġ inkwistjoni kien irriżervat unikament għal settur speċifiku, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>dak tat-trobbija tal-annimali sottomessi għat-testijiet għall-[iscreening tal-]BSE [ESB]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li, bi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub magħmula mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni spjegat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>settur tat-trobbija tal-annimali sottomessi għat-testijiet għall-[iscreening tal-]BSE [ESB]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ifisser l-operaturi kollha fis-settur tal-annimali tal-ifrat li d-deċiżjoni kkontestata kienet identifikat bħala l-benefiċjarji tal-miżura inkwistjoni, jiġifieri min irabbi l-annimali, il-biċċeriji u l-entitajiet l-oħra li jipproċessaw, jimmaniġġjaw, ibigħu jew jikkummerċjalizzaw prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-ifrat u li huma suġġetti għal test obbligatorju għall-iscreening tal-ESB.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 101 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni qieset ġustament, fil-premessa 92 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-miżura inkwistjoni kienet selettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Renju tal-Belġju joġġezzjona li l-Kummissjoni, li fuqha jaqa’ l-oneru tal-prova tan-natura selettiva tal-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB, ma werietx li l-imsemmi finanzjament kien introduċa distinzjoni bejn impriżi li jinsabu, fir-rigward tal-għan tal-miżura inkwistjoni, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni kkonstatat li l-operaturi fis-settur tal-annimal tal-ifrat kienu jibbenefikaw minn vantaġġ li ma kienx disponibbli għall-impriżi ta’ setturi oħra, peress li huma kienu jibbenefikaw mill-fatt li l-kontrolli li huma kellhom iwettqu b’mod obbligatorju qabel it-tqegħid fis-suq jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom kienu b’xejn, filwaqt li l-impriżi ta’ setturi oħra ma kellhomx din il-possibbiltà, liema fatt ma huwiex ikkontestat mir-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi validament li r-Renju tal-Belġju introduċa distinzjoni bejn impriżi fil-qasam tal-ispejjeż, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 101 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-Renju tal-Belġju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Renju tal-Belġju jsostni li n-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni tista’ tiġi evalwata biss fir-rigward tal-impriżi li jipproduċu, jikkummerċjalizzaw jew jipproċessaw il-prodotti suġġetti għat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB, billi l-impriżi l-oħra ma humiex f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li n-natura selettiva ta’ miżura għandha tiġi evalwata fil-konfront tat-totalità tal-impriżi, u mhux fil-konfront tal-impriżi benefiċjarji tal-istess vantaġġ ġewwa l-istess grupp (sentenzi tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni, T‑222/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:194">EU:T:2009:194</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66, u tat-<DATE ISO="20120913">13 ta’ Settembru 2012</DATE>, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni, T‑379/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:422">EU:T:2012:422</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, permezz tal-argument tiegħu li jgħid li biss l-impriżi li jipproduċu, jikkummerċjalizzaw jew jipproċessaw il-prodotti suġġetti għat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli, ir-Renju tal-Belġju jsostni li dawn l-impriżi għandhom ibatu spiża speċifika li l-impriżi ta’ setturi oħra ma għandhomx ibatu, jiġifieri l-ispiża tal-imsemmija testijiet, huwa ma jipprovax jikkontesta n-natura selettiva tal-miżura inkwistjoni, iżda jipprova jiġġustifikaha.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Issa, f’każ bħal dan, tali argument għandu jiġi miċħud, billi dan huma manifestament insuffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li d-distinzjoni bejn impriżi, introdotta mill-miżura inkwistjoni, hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura tas-sistema ta’ spejjeż inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball meta qieset li l-miżura inkwistjoni kienet selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ parti tal-motiv uniku għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-ħames parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-irrilevanza tas-sistemi ta’ finanzjament tal-imsemmija testijiet fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività</P></TI></TITLE><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni li, fil-premessi 91 u 92 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti vantaġġ selettiv wara li kkonstatat li l-miżura inkwistjoni setgħet twassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni fil-konfront tal-impriżi fl-Istati Membri fejn it-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB kienu ffinanzjati b’mod differenti milli fil-Belġju. Issa, il-kundizzjoni dwar is-selettività tista’ tiġi evalwata biss fir-rigward tal-impriżi li huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li minnu toriġina l-miżura inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni tammetti li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ selettiv, ma huwiex rilevanti li jittieħdu inkunsiderazzjoni d-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-portata tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB. F’dan il-kuntest, hija tippreċiża li s-sentenza tal-premessa 92 tad-deċiżjoni kkontestata, ikkontestata mir-Renju tal-Belġju, tirrigwarda l-evalwazzjoni tad-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni u mhux dik ta’ vantaġġ selettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, qabelxejn, li l-premessa 92 tad-deċiżjoni kkontestata tinsab fil-punt 5.1.2 tad-deċiżjoni kkontestata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Vantaġġ selettiv għal impriża<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, u mhux fil-punt 5.1.3 tal-imsemmija deċiżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ fl-UE<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-kliem ċar tal-premessa 92 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat jekk il-kundizzjoni dwar is-selettività kinitx issodisfatta b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>F’dan il-każ, fil-livell nazzjonali, il-finanzjament tat-testijiet għall-[iscreening tal‑]BSE [ESB] mill-Istat jibbenefika lil settur speċifiku, dak tat-trobbija tal-annimali sottomessi [għall-imsemmija testijiet]. Fil-livell Komunitarju, il-finanzjament [ta’ dawn it-testijiet] favur impriżi Belġjani mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat jagħti vantaġġ lil dawn l-impriżi fuq il-kompetituri barranin li l-finanzjament [tal-istess testijiet] obbligatorji [...] ma jsirx mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa żbaljat li l-Kummissjoni ssostni li l-paragun bejn is-sitwazzjoni tal-benefiċjarji tal-miżura inkwistjoni u dik ta’ impriżi ta’ Stati Membri oħra li huma esklużi minnha, imwettaq fil-premessa 92 tad-deċiżjoni kkontestata, jirrigwarda l-evalwazzjoni tad-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni, stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE u relatata mal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri, tikkonsisti f’li jiġi eżaminat jekk l-impriżi jew il-produtturi ta’ Stat Membru humiex vantaġġati meta mqabbla mal-impriżi jew mal-produtturi tal-Istati Membri l-oħra, filwaqt li l-kundizzjoni dwar is-selettività, stabbilita fl-istess paragrafu ta’ dan l-artikolu, tista’ tiġi evalwata biss fil-kuntest ta’ Stat Membru wieħed u tirriżulta biss minn analiżi tad-differenza fit-trattament bejn l-impriżi jew il-produtturi ta’ dan l-Istat Membru biss (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20041111">11 ta’ Novembru 2004</DATE>, Spanja vs Il‑Kummissjoni, C‑73/03, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:711">EU:C:2004:711</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan il-każ, billi ma bbażatx ruħha unikament fuq differenza fit-trattament bejn l-impriżi li huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-istess Stat Membru, iżda bbażat ruħha wkoll fuq differenza fit-trattament bejn l-impriżi ta’ Stat Membru u dawk ta’ Stati Membri oħra (ara l-punti 121 u 122 iktar ’il fuq), il-Kummissjoni wettqet żball fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-kundizzjoni dwar is-selettività.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-punti 104 sa 117 iktar ’il fuq, anki fl-assenza ta’ din il-kunsiderazzjoni żbaljata, il-motivi l-oħra tad-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-ewwel sentenza tal-premessa 92 tagħha, jiġġustifikaw il-konklużjoni li tgħid li l-miżura inkwistjoni hija selettiva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iżball imwettaq mill-Kummissjoni ma jqiegħedx inkwistjoni l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, il-ħames parti tal-motiv uniku għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet parti tal-motiv uniku, fuq l-assenza ta’ kumpens eċċessiv</P></TI></TITLE><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB permezz ta’ riżorsi tal-Istat qatt ma qabeż l-ispiża reali tal-imsemmija testijiet, biex b’hekk jeskludi kull kumpens eċċessiv favur il-benefiċjarji identifikati fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jindika, barra minn hekk, li l-laboratorji li wettqu t-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>rċevew<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> prezz konformi ma’ dak tas-suq għas-servizzi tagħhom u ntgħażlu skont proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa u nondiskriminatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li din il-parti tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 44(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikors promotur għandu jinkludi sunt tal-motivi invokati. Din l-informazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed sabiex tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi fuq ir-rikors, skont il-każ, mingħajr ebda informazzjoni oħra ta’ sostenn. Ir-rikors għandu, għalhekk, jispjega fiex jikkonsisti l-motiv li fuqu huwa bbażat ir-rikors, b’mod li s-sempliċi dikjarazzjoni astratta tiegħu ma tissodisfax<?PAGE NO="17"?> ir-rekwiżiti tar-Regoli tal-Proċedura (sentenza tat-<DATE ISO="19950112">12 ta’ Jannar 1995</DATE>, Viho vs Il‑Kummissjoni, T‑102/92, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:3">EU:T:1995:3</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68). Rekwiżiti simili huma meħtieġa meta oġġezzjoni hija invokata insostenn ta’ motiv (sentenza tal-<DATE ISO="19980514">14 ta’ Mejju 1998</DATE>, Mo och Domsjö vs Il‑Kummissjoni, T‑352/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:103">EU:T:1998:103</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 333).</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, hemm bżonn, sabiex argument ikun ammissibbli, li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom dan tal-aħħar ikun ibbażat jirriżultaw, minn tal-inqas sommarjament, iżda b’mod koerenti u li jiftiehem, mit-test tar-rikors stess (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<DATE ISO="20001020">20 ta’ Ottubru 2000</DATE>, RJB Mining vs Il‑Kummissjoni, T‑110/98, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:239">EU:T:2000:239</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata, u s-sentenza tal-<DATE ISO="20030410">10 ta’ April 2003</DATE>, Travelex Global and Financial Services u Interpayment Services vs Il‑Kummissjoni, T‑195/00, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:111">EU:T:2003:111</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Renju tal-Belġju ma ppreċiżax suffiċjentement fir-rikors l-ilment tiegħu bbażat fuq l-assenza ta’ kumpens eċċessiv. Barra minn hekk, l-argumenti li huwa jressaq fl-imsemmi rikors insostenn ta’ dan l-ilment ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni imposti mill-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura. Fil-fatt, huwa ma ppreċiżax sa fejn l-allegata assenza ta’ kumpens eċċessiv tippermetti li jitqies li l-miżura inkwistjoni ma tatx vantaġġ ekonomiku selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, it-tielet parti tal-motiv uniku għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-Renju tal-Belġju tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Buttigieg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="18"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament Nru 999/2001</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-linji gwida EST</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura quddiem il-Kummissjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-deċiżjoni kkontestata</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-finanzjament tat-testijiet obbligatorji għall-iscreening tal-ESB</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-assenza ta’ taffija ta’ spiża li normalment hija ta’ piż għall-baġit ta’ impriża</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-assenza ta’ natura selettiva tal-miżura inkwistjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ħames parti tal-motiv uniku, ibbażata fuq l-irrilevanza tas-sistemi ta’ finanzjament tal-imsemmija testijiet fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettivitŕ</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet parti tal-motiv uniku, fuq l-assenza ta’ kumpens eċċessiv</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>