21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II ta’ mal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-kwistjonijiet ta’ oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif stabbilit fl-introduzzjoni għall-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 54zzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006):

“, kif emendat permezz ta’:

—

32008 R 0282: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 86, 28.3.2008, p. 9).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 55 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2011):

“56.

32008 R 0282: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 (ĠU L 86, 28.3.2008, p. 9).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-paragrafu 4 (d) tal-Protokoll 1 ta’ mal-Ftehim ma jkunx applikabbli għall-Artikolu 6 tar-Regolament.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 282/2008 bl-ilsien Islandiż u b’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 12.

(2)   ĠU L 86, 28.3.2008, p. 9.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali