23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/1


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/659

tal-15 ta’ April 2021

dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97

(notifikata bid-dokument C(2021) 2416)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tal-10 ta’ Jannar 1997 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet ta’ roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jimponi d-dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet reġistrati taħt ir-Regolament (KE) Nru 703/96 (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/45 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1379 dwar l-estensjoni tad-dazju tal-anti-dumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti komponenti tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (3),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97, tad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 4 sa 7 tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

(1)

Dazju antidumping japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) (“id-dazju estiż”) bħala riżultat tal-estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97.

(2)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 71/97, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta l-miżuri meħtieġa biex tawtorizza l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti li ma jevitawx id-dazju anti-dumping.

(3)

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97 li jistabbilixxi s-sistema ta’ eżenzjoni speċifika.

(4)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżentat għadd ta’ persuni li jimmuntaw ir-roti mid-dazju estiż (“il-partijiet eżentati”).

(5)

Kif previst fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea listi sussegwenti tal-partijiet eżentati (5).

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1409 (6) li tikkonċerna l-eżenzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 ġiet adottata fid-29 ta’ Settembru 2020.

(7)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

1.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI

(8)

Bejn it-8 ta’ Mejju 2018 u l-25 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 2, it-talbiet għal eżenzjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tiddetermina jekk dawn it-talbiet kinux ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

(9)

Il-partijiet li talbu eżenzjoni ngħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom.

(10)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni, il-pagament tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn dawn il-partijiet elenkati fit-Tabelli 1 u 3 ta’ hawn taħt ġie sospiż mid-data li fiha l-Kummissjoni rċeviet it-talbiet rispettivi tagħhom ’il quddiem.

2.   L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI

(11)

Ġie konkluż l-eżami tal-merti tat-talba tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1.

Tabella 1

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C481

FJ Bikes Europe Unipessoal Lda

Praça do Município 8, Sala 1D

PT-3750 111 Águeda, il-Portugall

C499

Frog Bikes Manufacturing Ltd

Unit A, Mamhilad Park Estate,

GB-Pontypool, Torfaen, NP4 0HZ, ir-Renju Unit

(12)

Matul l-eżaminazzjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-valur tal-partijiet li joriġinaw fiċ-Ċina kien jikkostitwixxi inqas minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet tar-roti kollha assemblati minn FJ Bikes Unipessoal Lda u li l-valur miżjud mal-partijiet miġjuba matul l-operazzjonijiet tal-immuntar ta’ Frog Bikes Manufacturing Ltd kien akbar minn 25 % tal-kostijiet tal-manifattura.

(13)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjonijiet tal-immuntar rispettivi ta’ FJ Bikes Unipessoal Lda u ta’ Frog Bikes Manufacturing Ltd ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(14)

Għal din ir-raġuni, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, il-partijiet elenkati fit-Tabella 1 jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, jenħtieġ li l-eżenzjoni tidħol fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talba ’l quddiem. Id-dejn doganali fir-rigward tad-dazju estiż mill-partijiet li qed jitolbu eżenzjoni jenħtieġ li, għalhekk, jitqies null mill-istess data.

(16)

Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-merti tat-talbiet tagħhom rispettivament u ngħataw opportunità biex jikkummentaw dwarhom.

(17)

Peress li l-eżenzjonijiet japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 1, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jinnotifikaw lill-Kummissjoni (7) mingħajr dewmien dwar kull tibdil f’din id-data (pereżempju, wara li jinbidel l-isem, il-forma ġuridika jew l-indirizz jew wara lil jitwaqqfu entitajiet ġodda tal-immuntar).

(18)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-partijiet eżentati jipprovdu l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħhom marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi għal tali parti.

3.   SOSPENSJONI TAL-PAGAMENTI TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(19)

L-eżami tal-mertu tat-talbiet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 2 għadu għaddej. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talbiet tagħhom, il-pagament tad-dazju estiż għal dawn il-partijiet huwa sospiż.

(20)

Billi s-sospensjonijiet se japplikaw biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella 2, jenħtieġ li dawn il-partijiet jinnotifikaw lill-Kummissjoni (8) minnufih dwar kwalunkwe bidla f’din id-data (pereżempju wara bidla fl-isem, fil-forma ġuridika jew fl-indirizz jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-immuntar).

(21)

F’każ ta’ bidla fir-referenza, jenħtieġ li l-parti tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari dwar kull modifika fl-attivitajiet tagħha marbuta ma’ operazzjonijiet tal-immuntar. Fejn xieraq, il-Kummissjoni se taġġorna r-referenzi ta’ tali parti.

Tabella 2

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C527

FIRMA ADAM Adam Ziętek

Muchy 56

PL-63-524 Czajków, il-Polonja

C529

Rowerland Piotr Tokarz

ul. Klubowa 23,

PL-32-600 Broszkowice, il-Polonja

C557

Berria Bike SL

Calle Blasco de Garay 19,

ES-02600 Villarrobledo, Spanja

C559

Northtec Sp. Z.o.o.

ul. Dworcowa 15a,

PL-43-502 Czechowice-Dziedzice, il-Polonja

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Bajcsy-Zsilinszky út 78,

HU-1055 Budapest, l-Ungerija

C492

MOTOKIT Veiculos e Accesórios S.A.

Rua Padre Vicente Maria da Rocha 448, 1o Esq.,

PT-3840-453 Vagos, il-Portugall

C609

Nextbike Gmbh

Erich Zeigner Allee 69-73

DE-04229 Leipzig, il-Ġermanja

4.   AĠĠORNAMENT TA’ REFERENZI GĦALL-PARTIJIET EŻENTATI JEW SOSPIŻI

(22)

Bejn it-28 ta’ Lulju 2020 u d-9 ta’ Diċembru 2020, il-partijiet eżentati jew sospiżi elenkati fit-Tabella 3 innotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet fir-referenzi tagħhom (ismijiet, forom legali u/jew indirizzi). Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni mressqa, ikkonkludiet li dawn il-bidliet bl-ebda mod ma jaffettwaw l-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni jew sospensjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 88/97.

(23)

Filwaqt li l-eżenzjoni jew is-sospensjoni ta’ dawn il-partijiet mid-dazju estiż awtorizzata skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97 tibqa’ mhux affettwata, jenħtieġ li r-referenzi għal dawn il-partijiet jiġu aġġornati.

Tabella 3

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-referenza ta’ qabel

Bidla

A630

Vizija Sport d.o.o.

Tržaška cesta 77,

SI-1370 Logatec, is-Slovenja

L-isem ta’ din il-parti eżentata inbidel għal:

CULT d.o.o.

8983

Mandelli SpA

Via Tommaso Grossi 5,

IT-20841 Carate Brianza (MB), l-Italja

Il-forma ġuridika ta’ din il-parti eżentata inbidel għal:

Mandelli s.r.l.

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Bajcsy-Zsilinszky út 78,

HU-1055 Budapest, l-Ungerija

L-indirizz ta’ din il-parti sospiża inbidel għal:

Jedlik Ányos utca 1,

HU-3200 Gyöngyös, l-Ungerija

A813

Leader-96 Ltd.

19 Sedianka str.,

BG-4003 Plovdiv, il-Bulgarija

L-indirizz ta’ din il-parti sospiża inbidel għal:

3 Vazrazhdane str.,

BG-4140 Rogosh, il-Bulgarija

A565

Arkus & Romet Group Sp. Z o.o.

Podgrodzie 32 C PL-39-200 Dębica, il-Polonja

L-isem ta’ din il-parti eżentata inbidel għal:

Romet Sp. Z o.o.

5.   TNEĦĦIJA TAS-SOSPENSJONI TAL-PAGAMENT TAD-DAZJI GĦALL-PARTIJIET LI QED JIĠU EŻAMINATI

(24)

Jenħtieġ li s-sospensjoni tal-pagament tad-dazji għall-partijiet li qed jiġu eżaminati titneħħa għall-parti elenkata fit-Tabella 4 mid-29 ta’ Novembru 2018 sal-24 ta’ Settembru 2020.

Tabella 4

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C492

MOTOKIT Veiculos e Accesórios S.A.

Rua Padre Vicente Maria da Rocha 448, 1o Esq.,

PT-3840-453 Vagos, il-Portugall

(25)

Fid-29 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand il-parti elenkata fit-Tabella 4 (“Motokit”) għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk din it-talba kinitx ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

(26)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talba, il-ħlas tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn Motokit ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talba għall-eżenzjoni.

(27)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC C492 ġie assenjat lil Motokit sabiex jidentifika l-importazzjonijiet ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera u soġġett għas-sospensjoni tal-pagament tad-dazju estiż.

(28)

Fit-22 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet talba minn Motokit biex tiġi rtirata l-applikazzjoni għal eżenzjoni, waqt li kien għaddej l-eżami tal-merti tagħha u l-pagament tad-dazju estiż kien sospiż.

(29)

Il-Kummissjoni aċċettat l-irtirar u konsegwentement jenħtieġ li s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż titneħħa u d-dazju estiż jinġabar mid-data li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni, jiġifieri d-29 ta’ Novembru 2018.

(30)

Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet talba ġdida mingħand Motokit għal eżenzjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk din it-talba kinitx ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

(31)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 88/97 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-mertu tat-talba, il-ħlas tad-dazju estiż fir-rigward ta’ kull importazzjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni libera minn Motokit ġie sospiż mill-jum li fih il-Kummissjoni rċeviet it-talba l-ġdida għall-eżenzjoni, jiġifieri l-25 ta’ Settembru 2020.

(32)

Għalhekk, jenħtieġ li s-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju estiż titneħħa għall-perjodu ta’ qabel il-25 ta’ Settembru 2020. Jenħtieġ li d-dazju estiż jinġabar mid-data tal-wasla tal-ewwel talba għal eżenzjoni mressqa minn Motokit, jiġifieri mill-29 ta’ Novembru 2018 sal-24 ta’ Settembru 2020. Għalhekk, sakemm tittieħed deċiżjoni fuq il-merti tat-talba għal eżenzjoni, jenħtieġ li d-data l-ġdida li fiha daħlet fis-seħħ is-sospensjoni tad-dazju estiż tinbidel fil-25 ta’ Settembru 2020.

(33)

Il-parti elenkata fit-Tabella 4 ġiet informata bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħatat l-opportunità tikkummenta dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment.

6.   TALBIET GĦAL EŻENZJONI DDIKJARATI INAMMISSIBBLI

(34)

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 5 ressqu talbiet għal eżenzjoni li nstab li kienu inammissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, minħabba li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a).

Tabella 5

Isem

Indirizz

UW Werkmaatschappij B.V.

Postbus 9255, NL-3506GG Utrecht, In-Netherlands

Profil Bicycles CZ, s.r.o.

Hněvotín 31, CZ-783 47 Hněvotín, ir-Repubblika Ċeka

TechniBike GmbH

Julius-Saxler-Strasse 3, DE-54550 Daun/Eifel, il-Ġermanja

HNF GmbH

Bahnhofstrasse 14, DE-16359 Biesenthal, il-Ġermanja

(35)

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 5 ġew informati bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u ngħataw opportunità jikkummentaw dwarhom. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

7.   PARTIJIET LI GĦALIHOM L-AWTORIZZAZZJONI TA’ EŻENZJONI HIJA RTIRATA

(36)

Kif imsemmi fil-premessa (1), id-dazju estiż japplika fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ partijiet essenzjali tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina.

(37)

Wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim tal-24 ta’ Jannar 2020 dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5(3) u (4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, id-dazju estiż ma jibqax applikabbli għall-importazzjonijiet li jiġu rilaxxati mid-dwana fir-Renju Unit.

(38)

Konsegwentement, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju estiż għall-partijiet elenkati fit-Tabella 6 tiġi rtirata mill-1 ta’ Jannar 2021.

Tabella 6

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

A995

Planet X Ltd

Unit 38-41, Aldwarke Wharfe Business Park, Waddington Way,

GB-Rotherham, South Yorkshire S65 3SH, ir-Renju Unit

C049

CycleSport North Ltd

363 Leach Place, Walton Summit Center,

GB-Preston PR5 8AS, ir-Renju Unit

C499

Frog Bikes Manufacturing Ltd

Unit A, Mamhilad Park Estate, Pontypool

GB-Torfaen NP4 0HZ, ir-Renju Unit

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma b’dan eżentati mill-estensjoni bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 tad-dazju anti-dumping definittiv fuq roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 (9) fuq importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 88/97, l-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-wasla tat-talbiet tal-parti ’l quddiem. Din id-data hija mogħtija fil-kolonna intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

L-eżenzjoni għandha tapplika biss għall-partijiet speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-partijiet eżentati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih, b’kull bidla fl-isem u fl-indirizz, waqt li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha, partikolarment dwar kull modifika fl-attivitajiet tal-partijiet marbuta mal-operazzjonijiet tal-immuntar fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.

Il-partijiet eżentati

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

C481

FJ Bikes Europe Unipessoal Lda

Praça do Município 8, Sala 1D,

PT-3750 111 Águeda, il-Portugall

8.5.2018

C499

Frog Bikes Manufacturing Ltd

Unit A, Mamhilad Park Estate,

GB-Pontypool, Torfaen, NP4 0HZ, ir-Renju Unit

7.1.2019

Artikolu 2

Il-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 88/97.

Is-sospensjonijiet tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għandhom ikunu fis-seħħ mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni mid-dati tal-wasla tat-talbiet għas-sospensjoni tal-partijiet rispettivi ’l quddiem. Dawn id-dati huma previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ”.

Dawn is-sospensjonijiet tal-pagamenti għandhom japplikaw biss għall-partijiet li qed jiġu eżaminati speċifikament imsemmija fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Il-partijiet li qed jiġu eżaminati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet tal-immuntar tagħhom marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha bħala evidenza. Dawn il-bidliet jinkludu, iżda mhumiex limitati, xi bidliet fl-ismijiet, fl-attivitajiet, fil-forom ġuridiċi, u fl-indirizzi tal-partijiet.

Il-partijiet eżentati

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

Id-data tad-dħul fis-seħħ

C527

FIRMA ADAM Adam Ziętek

Muchy 56

PL-63-524 Czajków, il-Polonja

29.8.2019

C529

Rowerland Piotr Tokarz

ul. Klubowa 23,

PL-32-600 Broszkowice, il-Polonja

17.10.2019

C557

Berria Bike SL

Calle Blasco de Garay 19,

ES-02600 Villarrobledo - Spanja

27.7.2020

C559

Northtec Sp. Z.o.o.

ul. Dworcowa 15a,

PL-43-502 Czechowice-Dziedzice - il-Polonja

27.7.2020

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Jedlik Ányos utca 1,

HU-3200 Gyöngyös - l-Ungerija

15.7.2020

C492

MOTOKIT Veiculos e Accesórios S.A.

Rua Padre Vicente Maria da Rocha 448, 1o Esq.,

PT-3840-453 Vagos, il-Portugall

25.9.2020

C609

Nextbike Gmbh

Erich Zeigner Allee 69-73

DE-04229 Leipzig, il-Ġermanja

25.11.2020

Artikolu 3

Ir-referenzi aġġornati għall-partijiet eżentati jew sospiżi elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu huma previsti fil-kolonna intitolata “Referenza ġdida”. Dawn l-aġġornamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fid-dati previsti fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Data tad-dħul fis-seħħ” tat-Tabella.

Il-kodiċijiet addizzjonali TARIC korrispondenti li qabel kienu attribwiti lil dawk il-partijiet eżentati jew sospiżi kif previst fil-kolonna tat-Tabella intitolata “Kodiċi addizzjonali TARIC” jibqgħu l-istess.

Il-partijiet eżentati jew sospiżi li għalihom għandha tiġi aġġornata r-referenza

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-referenza ta’ qabel

Referenza ġdida

Id-data tad-dħul fis-seħħ

A630

Vizija Sport d.o.o.

Tržaška cesta 77,

SI-1370 Logatec, is-Slovenja

CULT d.o.o.

Tržaška cesta 77,

SI-1370 Logatec, is-Slovenja

28.7.2020

8983

Mandelli SpA

Via Tommaso Grossi 5,

IT-20841 Carate Brianza (MB), l-Italja

Mandelli s.r.l.

Via Tommaso Grossi 5,

IT-20841 Carate Brianza (MB), l-Italja

2.9.2020

C560

Giant Gyártó Hungary Kft.

Bajcsy-Zsilinszky út 78,

HU-1055 Budapest, l-Ungerija

Giant Gyártó Hungary Kft.

Jedlik Ányos út 1,

HU-3200 Gyöngyös, l-Ungerija

17.9.2020

A813

Leader-96 Ltd.

19 Sedianka str.,

BG-4003 Plovdiv, il-Bulgarija

Leader-96 Ltd.

3 Vazrazhdane str.,

BG-4140 Rogosh, il-Bulgarija

7.12.2020

A565

Arkus & Romet Group Sp. Z o.o.

Podgrodzie 32 C

PL-39-200 Dębica, il-Polonja

Romet Sp. Z o.o.

Podgrodzie 32 C

PL-39-200 Dębica, il-Polonja

9.12.2020

Artikolu 4

Is-sospensjoni tal-pagament tad-dazju anti-dumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija matul il-perjodu mid-29 ta’ Novembru 2018 sal-24 ta’ Settembru 2020 għall-parti elenkata fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

Id-dazju estiż għandu jinġabar mid-29 ta’ Novembru 2018 sal-24 ta’ Settembru 2020.

parti li s-sospensjoni tagħha tneħħiet

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

C492

MOTOKIT Veiculos e Accesórios S.A.

Rua Padre Vicente Maria da Rocha 448, 1o Esq.,

PT-3840-453 Vagos, il-Portugall

Artikolu 5

It-talbiet għal eżenzjoni ppreżentati mill-partijiet elenkati fit-Tabella ta’ dan l-Artikolu rispettivament huma inammissibbli u għalhekk miċħuda.

parti li għaliha t-talba ta’ eżenzjoni ġiet miċħuda

Isem

Indirizz

UW Werkmaatschappij B.V.

Postbus 9255, NL-3506GG Utrecht, In-Netherlands

Profil Bicycles CZ, s.r.o.

Hněvotín 31, CZ-783 47 Hněvotín, ir-Repubblika Ċeka

TechniBike GmbH

Julius-Saxler-Strasse 3, DE-54550 Daun/Eifel, il-Ġermanja

HNF GmbH

Bahnhofstrasse 14, DE-16359 Biesenthal, il-Ġermanja

Artikolu 6

L-awtorizzazzjonijiet tal-eżenzjoni mill-pagament tad-dazju anti-dumping estiż hija b’dan irtirata għall-partijiet elenkati fit-Tabella f’dan l-Artikolu.

partijiet li għalihom l-awtorizzazzjoni ta’ eżenzjoni hija rtirata

Kodiċi addizzjonali TARIC

Isem

Indirizz

A995

Planet X Ltd

Unit 38-41, Aldwarke Wharfe Business Park, Waddington Way,

GB-Rotherham, South Yorkshire S65 3SH, ir-Renju Unit

C049

CycleSport North Ltd

363 Leach Place, Walton Summit Center,

GB-Preston PR5 8AS, ir-Renju Unit

C499

Frog Bikes Manufacturing Ltd

Unit A, Mamhilad Park Estate, Pontypool

GB-Torfaen NP4 0HZ, ir-Renju Unit

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli minn 1 sa 6 u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Valdis DOMBROVSKIS

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)   ĠU L 16, 18.1.1997, p. 55.

(3)   ĠU L 16, 21.1.2020, p. 7.

(4)   ĠU L 17, 21.1.1997, p. 17.

(5)   ĠU C 45, 13.2.1997, p. 3, ĠU C 112, 10.4.1997, p. 9, ĠU C 220, 19.7.1997, p. 6, ĠU L 193, 22.7.1997, p. 32, ĠU L 334, 5.12.1997, p. 37, ĠU C 378, 13.12.1997, p. 2, ĠU C 217, 11.7.1998, p. 9, ĠU C 37, 11.2.1999, p. 3, ĠU C 186, 2.7.1999, p. 6, ĠU C 216, 28.7.2000, p. 8, ĠU C 170, 14.6.2001, p. 5, ĠU C 103, 30.4.2002, p. 2, ĠU C 35, 14.2.2003, p. 3, ĠU C 43, 22.2.2003, p. 5, ĠU C 54, 2.3.2004, p. 2, ĠU L 343, 19.11.2004, p. 23, ĠU C 299, 4.12.2004, p. 4, ĠU L 17, 21.1.2006, p. 16, ĠU L 313, 14.11.2006, p. 5, ĠU L 81, 20.3.2008, p. 73, ĠU C 310, 5.12.2008, p. 19, ĠU L 19, 23.1.2009, p. 62, ĠU L 314, 1.12.2009, p. 106, ĠU L 136, 24.5.2011, p. 99, ĠU L 343, 23.12.2011, p. 86, ĠU L 119, 23.4.2014, p. 67, ĠU L 132, 29.5.2015, p. 32, ĠU L 331, 17.12.2015, p. 30, ĠU L 47, 24.2.2017, p. 13, ĠU L 79, 22.3.2018, p. 31, ĠU L 171, 26.6.2019, p. 117, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 8, ĠU L 158, 20.5.2020, p. 7, ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74.

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1409 tad-29 ta’ Settembru 2020 dwar l-eżenzjonijiet mid-dazju antidumping estiż fuq ċerti partijiet tar-rota li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 88/97 (ĠU L 325, 7.10.2020, p. 74).

(7)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu

(8)  Il-partijiet huma mogħtija l-parir jużaw l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: TRADE-BICYCLE-PARTS@ec.europa.eu

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93 tat-8 ta’ Settembru 1993 li jimponi dazju definittiv anti-dumping lejn il-Komunità ta' biċikletti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju anti-dumping (ĠU L228, 9.9.1993, p. 1).