European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1168

18.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1168

tat-12 ta’ April 2024

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika Taljana,

Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-mandat tas-Sur Pietro RUSSO skada fid-29 ta’ Frar 2024.

(2)

Ir-Repubblika Taljana pproponiet li s-Sur Carlo Alberto MANFREDI SELVAGGI jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2030.

(3)

Is-Sur Carlo Alberto MANFREDI SELVAGGI, għaldaqstant, jenħtieġ li jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Carlo Alberto MANFREDI SELVAGGI huwa b’dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2024 sat-30 ta’ April 2030.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

V. VAN PETEGHEM


(1)  Opinjoni tal-14 ta’ Marzu 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1168/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)