|
7.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 56/2022
tat-18 ta’ Marzu 2022
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/1124]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 52 (ir-Regolament (UE) Nru 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“52a. |
32021 R 0535: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, p.1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 55/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) Ara l-paġna 27 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.