2012R1155 — MT — 08.12.2012 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2012 tal-5 ta’ Diċembru 2012 (ĠU L 335, 7.12.2012, p.40) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1155/2012
tal-5 ta’ Diċembru 2012
li jemenda għall-183 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,
Billi:|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Novembru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi sitt entitajiet mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:
(a)
“Al-Hamati Sweets Bakeries. Indirizz: Al-Mukallah, Hadhramawt Governorate, il-Jemen. Tagħrif ieħor: (a) Ikkontrollata minn Mohammad Hamdi Mohammad Sadiq al-Ahdal; (b) Allegatament ma baqgħetx teżisti. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.10.2001.”
(b) ►C1
“Benevolence International Fund (psewdonimu (a) Benevolent International Fund, (b) BIF-Kanada). L-Indirizz: (a) 2465, Cawthra Road, Unit 203, Mississauga, Ontario, L5 A 3P2 il-Kanada; (b) Kaxxa postali 1508, Station B, Mississauga, Ontario, L4Y 4G2 il-Kanada; (c) Kaxxa postali 40015, 75, King Street South, Waterloo, Ontario, N2J 4V1 il-Kanada; (d) 92, King Street, 201, Waterloo, Ontario, N2J 1P5 il-Kanada. Informazzjoni oħra: Assoċjata mal-Benevolence International Foundation. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 21.11.2002.”
◄(c)
“Bosanska Idealna Futura (alias (a) BIF-Bosnia, (b) Bosnian Ideal Future. Tagħrif ieħor: (a) Bosanska Idealna Futura kienet uffiċjalment irreġistrata fil-Bosnja-Ħerzegovina bħala assoċjazzjoni u organizzazzjoni umanitarja taħt in-numru ta’ reġistru 59; (b) Hi kienet is-suċċessur legali tal-uffiċji fil-Bosnja-Ħerzegovina ta’ Benevolence International Foundation li kienet qed tagħmel negozju bħala BECF Charitable Educational Center, Benevolence Educational Center; (c) Bosanska Idealna Futura ma baqgħetx teżisti minn Diċembru 2008. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 21.11.2002.”
(d)
“Heyatul Ulya. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.”
(e)
“Red Sea Barakat Company Limited. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.”
(f)
“Somali Internet Company. Indirizz: Mogadixu, is-Somalja. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 9.11.2001.”
( 1 ) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.