31992R3667



Official Journal L 370 , 19/12/1992 P. 0050 - 0050
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0267
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0267


Ir-Regolament tal-Kummissjoni

(KEE) Nru 3667/92

tat-18 ta’ Diċembru 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1840/92 rigward il-limitu taż-żmien għan-notifika lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet tal-prodotti koperti bl-applikazzjonijiet ammissibbli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 525/92 tal-25 ta’ Frar 1992 dwar il-kumpens temporanju għall-impatt tas-sitwazzjoni fil-Jugoslavja fuq it-trasport tal-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel friski mill-Greċja [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1840/92 [2] li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 525/92 jiffissa limitu taż-żmien ta’ xahrejn għan-notifika lill-Kummisjonji rigward il-kwantitajiet ġenerali tal-prodotti koperti bl-applikazzjonijiet ammissibbli; billi dan iż-żmien ma jgħinx lill-awtoritajiet kompetenti Griegi li jeffettwaw l-iskrutinju meħtieġ u għandu għahekk jiġi mtawwal;

Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Ġestjoni tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1849/92, il-frażi "Mhux iktar tard mninn xahrej wara…" tiġi mibdula bil-frażi "Mhux iktar tard minn erba’ xhur wara…".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 58, tat-3.3.1992, p. 1.

[2] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 28.

--------------------------------------------------