32001D0028



Official Journal L 006 , 11/01/2001 P. 0021 - 0021


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Diċembru 2000

li temenda d-Deċiżjoni 1999/465/KE li tistabbilixxi l-istat uffiċjali ta’ ħielsa minn enzootic-bovine-leukosis ta’ merħliet bovini ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 4146)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2001/28/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/20/KE [2], u b’mod partikolari Anness DI(E) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/465/KE tat-13 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istatus ta’ uffiċjalment ħielsa minn enzootic-bovine-leukosis ta’ merħliet bovini ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni ta’ Stati Membri [3], tat dan l-istatus għal ċerti Stati Membri u reġjuni tagħhom

(2) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Isvezja ssottomettew dokumentazzjoni lill-Kumissjoni li turi l-konformità mal-kondizzjonijiet kollha li għalihom hemm provdut f’Anness DI(E) għad-Direttiva 64/432/KEE.

(3) Għalhekk jidher xieraq li l-Isvezja tiġi kkunsidrata uffiċjalment libera minn enzootic-bovine-leukosis skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija hawn fuq, u sabiex tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/465/KE bix-xieraq.

(4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 1999/465/KE hija emendata biż-żjieda tal-kelma ‘Svezja’ mal-lista ta’ l-Istati Membri f’Anness I.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri

Magħmula Brussel, fis-27 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Ċ 121, tad- 29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 163, ta’ l-4.7.2000, p. 35.

[3] ĠU L 181, tas-16.7.1999, p. 32.

--------------------------------------------------