|
26.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 430/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009
li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Kölsch (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ġeografika protetta “Kölsch”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2325/97 (3). |
|
(2) |
Peress li l-emendi kkonċernati ma kinux minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), b'applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom ikunu approvati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Klassi 2.1. Birer
IL-ĠERMANJA
Kölsch (IĠP)