|
21.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11084 – SMRP / SAS AUTOSYSTEMTECHNIK)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 218/05)
1.
Fl-14 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Samvardhana Motherson Automotive Systems Group B.V. (“SMRP,” in-Netherlands), proprjetà kollha kemm hi ta’ Samvardhana Motherson International Limited (“SAMIL”, l-Indja), |
|
— |
SAS Autosystemtechnik GmbH (“SAS”, il-Ġermanja), sussidjarja indiretta proprjetà kollha kemm hi ta’ Faurecia SE (“Faurecia”, Franza). |
SMRP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ SAS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
SMRP hija fornitur globali ta’ komponenti tal-karozzi, jiġifieri ta’ pannelli tal-istrumenti, pannelli tal-bibien, pannelli għall-kontroll taċ-ċentru u trims dekorattivi, u l-assemblaġġ ta’ moduli tal-kabina tas-sewwieqa, |
|
— |
SAS hija speċjalizzata fl-assemblaġġ ta’ moduli tal-kabina tas-sewwieqa, consoles ċentrali u moduli interni oħra għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11084 – SMRP / SAS AUTOSYSTEMTECHNIK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezzz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).