<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1101005701.case.xml"><NO.CASE>C-262/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0262</NO.CELEX><NO.SEQ>0002.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>10059</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10073</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET RUIZ-JARABO — KAWŻA C-262/06</LEFT><RIGHT>DEUTSCHE TELEKOM</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Ruiz-Jarabo Colomer</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20070628">28 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070227">27 ta' Frar 2007</DATE> ppreżentajt il-konk-lużjonijiet tiegħi fil-kawża C-64/06, Telefonica 02 Czech Republic<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="20070614">14 ta' Ġunju 2007</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-64/06" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4887">C-64/06, Ġabra p. I-4887</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fejn l-Obvodní soud (Qorti ta' l-Ewwel Istanza) numru 3 ta' Praga qajmet xi kwistjonijiet dwar is-sistema tat-telekomunikazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea. F'dawn il-konklużjonijiet aċċennajt, fost l-oħrajn, għas-sistema tranżitorja ta' l-hekk imsemmi <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>qafas [qafas] regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dan huwa magħmul minn erba' direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: id-Direttiva 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettronici u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tata' l-Aċċess); id-Direttiva 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronici (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni); id-Direttiva 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettronici (Direttiva Qafas); id-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' I-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronici (Direttiva Servizz Universali).</P></NOTE> approvat fis-<DATE ISO="20020307">7 ta' Marzu 2002</DATE> u ppubblikat fl-24 ta' April<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="108" DATE.PUB="2002" PAGE.FIRST="7">ĠU L 108, p. 7, 21, 33 u 51</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> 2002, mingħajr madankollu ma eżaminajtha, minħabba li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali ma kinitx titlob din l-analiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Bundesverwaltungsgericht (Tribunal Federali Suprem kompetenti għall-kawżi amministrattivi) (il-Ġermanja), illum jipproponi, billi jirrikorri għall-Artikolu 234 KE, dokument, fejn l-imsemmija sistema tranżitorja tassumi rwol fundamentali, minħabba li l-qorti nazzjonali titlob li tiġi ddeterminata lportata ta' l-obbligu impost fuq l-Istati Membri, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva Servizz Universali, li jżommu prowiżorjament fis-seħħ l-obbligi imposti fuq xi operaturi mis-sistema preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tistaqsi jekk dan il-prinċipju ta' kontinwità jirrigwardax l-obbligi stabbiliti direttament mil-liġi jew jekk bilkontra dan jestendix biss għall-obbligi li jirriżultaw minn att individwali, u għalhekk għandha l-intenzjoni li tiċċara jekk dan jirrigwardax ukoll dispożizzjoni li tissuġġetta, għall-awtorizazzjoni preċedenti, it-tariffi applikati minn impriża f'pożizzjoni dominanti lill-utenti tagħha għas-servizzi ta' telefonija vokāli (l-ewwel domanda).</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>F'kull każ, il-qorti tar-rinviju, filwaqt li kkunsidrat li l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali ma jimponux iż-żamma fis-seħħ<?PAGE NO="I-10060"?> ta' obbligi legali, għandha l-intenzjoni tiċċara jekk, għall-inqas, jippermettux dan ġaladarba ma jwettqux armonizzazzjoni sħiħa u jħallu lill-Istati Membri poter diskrezzjonali suffiċ-jenti f'dan is-sens (it-tieni domanda).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-intervent tal-Ko munita fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet huwa organizzai f'zewġ fażijiet: l-ewwel fażi, bdiet fil-bidu tas-snin disgħin tas-seklu li għadda, finalizzata sabiex is-swieq iširu iktar ŕlessibbli u għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali; u tieni fażi mibdija wara li nħolqu l-kundizzjonijiet għall-kompetizzjoni effettiva<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-liberalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi u ta' l-infrastrutturi tattelekomunikazzjoni fil-Komunità nkisbet fl-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar 1998</DATE>, bi perijodi tranżitorji għal xi Stati Membri.</P></NOTE>, li ġiet ikkonkretizzata bl-addozzjoni ta' l-imsemmi <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>qafas regulatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dħalt fìd-dettall ta' dan il-proċess evoluttiv fil-konklużjonijiet</P><P>Nuova società di telecomunicazioni (punti 3 sa 6), liema kawża wasslet għas-sentenza tat-<DATE ISO="20060718">18 ta' Lulju 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-339/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6917">C-339/04, Ġabra p. I-6917</REF.DOC.ECR>), kif ukoll fil-konklużjonijiet Telefónica 02 Czech Republic, iċċitati iktar 'il fuq (punti 4 sa 7).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Bejn iż-żewġ fażijiet, ġiet approvata d-Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980226">26 ta' Frar 1998</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-prowista ta' netwerk mif-tuħ (ONP) għat-telefonija bil-vuċi u t-twaqqif ta' servizz universali tat-telekomunikazzjonijiet fambjent kompetittiv<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="101" DATE.PUB="1998" PAGE.FIRST="24">ĠU L 101, p. 24</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. L-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva intitolat <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Prinċipji sabiex jiġu stabbiliti t-tariffi<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>, kien jorbot lill-awtoritajiet regolatoċi nazzjonali sabiex jassiguraw li l-impriżi li għandhom pożiz-zjoni dominanti fuq is-suq kellhom jistabbilixxu t-tariffi abbażi ta' l-ispejjeż (paragrafi 1 u 2)<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 17(2) jagħmel riferiment għall-kriterji armonizzati</P><P>deskritti fl-Anness II, punt 4, tad-Direttiva tal-Kunsill 90/387/KEE tat-<DATE ISO="19900628">28 ta' Ġunju 1990</DATE>, dwar l-istabbiliment tas-suq intern għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet bl-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tan-netwerk miftuħ (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="192" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="1">ĠU L 192, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, indipendentement mit-tip ta' applikazzjoni mwettqa mill-utent, ħlief meta jintalbu ser vizzi jew prestazzjonijiet differenti, fil-każ fejn it-tariffi addizzjonali kellhom jirriżultaw mhux amalgamati mal-bqija (paragrafi 3 u 4). Il-bidliet tariffarji kellhom jidħlu fis-seħħ biss wara perijodu xieraq ta' preawiż lill-pubbliku (paragrafu 5). Fl-aħħar nett, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu xi der ogi għaż-żoni ġeografici fejn ikun stabbilit li hemm kompetizzjoni effettiva (paragrafu 6).</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Sabiex <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>tiġi żgurata l-kontinwità ta' ftehim eżistenti, u biex jiġi evitat vakwu [lakuna] legali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/> (tnax il-premessa tad-Direttiva ta' l-Aċċess), <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>il-qafas ġdid regolatorju<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> tat-telekomunikazzjonijiet, għandu l-intenzjoni li jżomm, sar-reviżjoni tagħhom, l-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni preċedenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10061"?><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas jipprovdi, b'mod ġenerali, li l-Istati Membri għandhom iżommu <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>l-obblig[i] koliha taħt il-liġi nazzjonali msemmija f Artikolu 7 [...] (Direttiva ta l-Aċċess)<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>B'mod partikolari, l-obbligi fil-qasam ta' aċċess u interkonnessjoni mill-impriżi li jmexxu netwerks jew servizzi pubblici ta' komunikazzjoni.</P></NOTE> u Artikolu 16 tad-[...] (Direttiva Servizz Universali) sa dak iż-żmien li ssir determinazzjoni fir-rigward ta' dawk l-obblig [i] mill-awtor ita nazzjonali regolatorja skond Artikolu 16 ta' din id-Dir ettiva.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fi kliem iktar speċifiku, l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva Servizz Universali jżomm fis-seħħ l-obbligi ta' l-Istati Membri tal-Komu-nità li jirrigwar daw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>a)</NO.P><TXT>tariffi bl-imnut għall-forniment ta' aċċess għal u l-użu tan-network pubbliku tat-telefon, imposti taħt l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10/KE</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>sakemm titwettaq reviżjoni u deter minazzjoni magħmula skond il-proċedura tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-imsemmi paragrafu 3 jirreferi għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva Qafas, li jsostni li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti (paragrafu 1) b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u jisseparaw is-swieq li huma effettivament kompetittivi minn dawk li mhumiex, bl-iskop li jirrevokaw l-obbligi imposti fil-passat fuq l-impriżi dominanti, fl-ewwel każ, u jżommuhom jew jemendawhom fit-tieni każ (paragrafi 2, 3 u 4).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(1) tat-Telekommunikationsgesetz (ligi dwar it-telekomunikazzjoni; iktar 'il quddiem: it-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>TKG<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>) tal-<DATE ISO="19960725">25 ta' Lulju 1996</DATE><NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl. 1996 I, p. 1120.</P></NOTE>, b nferiment għall-Artikoli 24 u 27 sa 31 ta' l-istess ligi, jissuġġetta għall-awtoriz-zazzjoni amministrattiva t-tariffi, li l-impriżi fpożizzjoni dominanti kellhom l-intenzjoni li jimponu fuq il-konsumaturi aħħarin bħala ħlas għall-prowista ta' servizzi telefoniċi, hekk bħall-elementi l-oħra inklużi fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt. L-imsemmi Artikolu 24(1) kien jorbot id-dħul tat-tariffi ma' l-ispejjeż tal-provvisti relattivi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10062"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 150(1) tat-TKG tat-<DATE ISO="20040622">22 ta Ġunju 2004</DATE><NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl. 2004 I, p. 1190.</P></NOTE> jipprovdi għaż-żamma fis-seħħ ta' l-obbligi ta' l-imsemmija kategorija ta' impriżi, li joħorġu mit-TKG ta' l-1996, sakemm ma jiġux sostitwiti minn deċiżjoni-jiet ġodda meħuda skond il-parti 2 ta' l-istess liġi ta' l-2004, li tirregola l-modalitajiet ta' definizzjoni u ta' analiżi tas-swieq.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-fatti u l-kawża prinċipali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Deutsche Telekom AG hija kumpannija ta' telekomunikazzjoni li topera fil-Ġer-manja, fejn per mess ta' netwerk fiss, toffri servizzi ta' telefonija bil-vuċi.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040608">8 ta' Ġunju 2004</DATE>, ir-Regulierungsbehörde für Telekommunikation und Post (awtorità Ġermaniża ta' regolamentazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u tal-posta)<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Actual Bundesnetzagentur für Elektrizität, Gas, Teñekommunikation, Post und Eisenbahnen (aġenzija federali tannetwerks tad-dawl, gas, telekomunikazzjonijiet, posta u ferroviji).</P></NOTE> iddeċidiet li t-tariffi applikati minn din l-impriża u l-klawżoli kuntrattwali ġenerali in kwistjoni kienu suġġetti għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 25(1) tat-TKG ta' l-1996.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Wara d-dħul fis-seħħ tat-TKG ta' l-2004, id-Deutsche Telekom ippreżentat rikors skond l-Artikolu 150(1) ta' din il-liġi, fejn sostniet li l-obbligi imposti skond id-deċiż-joni tat-<DATE ISO="20040608">8 ta' Ġunju 2004</DATE>, fdak iż-żmien ma kinux għadhom fis-sehh.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz ta' sentenza tal-<DATE ISO="20050915">15 ta' Settembru 2005</DATE>, il-Verwaltungsgericht (Tribunal kompetenti għall-kawżi amministrattivi) ta' Kolonja, laqa' din l-istanza, fuq il-bażi tal-prinċipju li d-dispożizzjoni tranżitorja ta' l-Artikolu 150(1) tat-TKG ta' 2004 tinkludi biss l-obbligi li ma jitolbu l-ebda att eżekuttiv u li huma kompluti fihom innifishom, kriterji li mhumiex sodisfatti mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 25(1) tat-TKG ta' l-1996.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni konvenuta ppreżen-tat rikors fil-Kassazzjoni quddiem il-Bundesverwaltungsgericht, fejn sostniet li l-obbligi imposti skond il-liġi preċedenti jibqgħu fis-sehh, sa l-adozzjoni ta' deċiżjoni, skond it-TGK ta' l-2004, dwar il-ħtieġa li t-tariffi applikati għall-klijenti jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Domandi preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-riviju ssostni li skond iddritt Ġermaniż, it-talba tad-Deutsche Telekom<?PAGE NO="I-10063"?> hija infondata<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fid-dawl tal-kriterji ta' interpretazzjoni tradizzjonali (litterali, sistematika u teleoloġika) l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 25(1) tat-TGK ta' l-1996, mitluba mid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040608">8 ta' ċunju 2004</DATE>, taqa' taħt is-sistema tranżitorja msemmija fl-Artikolu 150(1) tat-TGK ta' l-2004.</P></NOTE>, iżda mhux ċar jekk l-eżami ta' din id-domanda fid-dawl tad-dritt Komunitarju jwassalx jew le għall-istess riżultat Wara li ssospendiet il-proċedura, hija ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ddomandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-[...] Direttiva Qafas u l-Artikolu 16 (1)(a) tad-[...] Direttiva Servizz Universali għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jinżamm provviżorjament fis-seħħ l-obbligu previst <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> mil-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, li kien jissuġġetta għall-awtorizzazzjoni, it-tariffi tas-ser vizzi ta' telefonija bil-vuċi pprattikati fil-konfront tal-klijenti ahharin minn impriża b'pożizzjoni dominanti fuq is-suq in kwistjoni kif ukoll, bhala konsegwenza, l-att amministrattiv li jikkonferma n-natura obbligatola ta' l-awtorizzazzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt Komunitarju jeskludi estensjoni ta' portata hekk wiesgħa ta' l-obbligu <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> u ta' l-att amministrattiv imsemmija fl-ewwel domanda?<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Id-digriet li fih il-preżenti rinviju preliminari wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="19960615">15 ta' Ġunju 1996</DATE>. Ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub il-Gvernijiet Ġermaniż, Belġjan, Taljan u Litwan, kif ukoll il-partijiet fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni, li intervjenew ukoll fis-seduta li sar et fis-<DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI —</NO.P><TXT>Analiżi taddomandi preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>L-ewwel domanda</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Għal darba ohra ż-żmien għandu rwol importanti f'kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Li wieħed jaħseb li f'din il-ħajja l-affarijiet għandhom dejjem jibqgħu fl-istess stat huwa ħsieb impossibbli; [...] il-ħajja talbniedem timxi lejn l-għan tagħha, b'iktar ħeffa miż-żmien (M. de Cervantes, Don Quijote de la Mancha, it-tieni parti, kapitolu LIII, edizzjoni, daħila u noti ta' Martín de Riquer, Ed. RBA, Barcelona, 1994, p. 1016) (Traduzzjoni mhux uffiċjali).</P></NOTE>. L-oġġett principali tar-rinviju preżenti jinkludi fih fil-verità żewġ problemi: wieħed jikkonsisti fii jiġi stabbilit jekk iż-żamma fis-seħħ tranżitorja, fl-istennija ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni speċifika, ta l-obbligi imposti fuq impriża f'pożizzjoni dominanti fil-qasam tas-suq in kwistjoni skond leġiżlazzjoni preċedenti tirrigwardax<?PAGE NO="I-10064"?> kull tip ta' obbligu jew jekk, bil-kontra, teskludix dawk li, minħabba li huma stabbiliti bil-liġi, jippreżentaw karattru ġenerali u astratt. Is-soluzzjoni ta' din il-problema tiddependi mill-interpretazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikoli 27 tad-Direttiva Qafas u 16(1) (a) tad-Direttiva Servizz Universali.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-problema l-oħra tirrigwarda l-Artikolu 25(1) tat-TKG ta' l-1996, u tikkonsisti fii jiġi ċċarat jekk il-fatt li t-tariffi applikati filkonfront tal-klijenti minn kumpannija f'po-żizzjoni dominanti fil-qasam tas-servizzi ta telefonija bil-vuċi jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni jikkostitwixxix obbligu li għandu jinżamm fis-seħħ fis-sistema l-ġdida skond id-dispożizzjonijiet iċċitati tad-Direttiva Qafas u tad-Direttiva Servizz Universali, li l-ispirtu tagħhom jinkludi wkoll l-Artikolu 150(1) tat-TKG ta' l-2004.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Qabel ma nkompli, u bl-intenzjoni li niċċara l-kuntest tad-dibattitu preliminari, jeħtieġ li jiġi mwarrab l-argument ġdid propost mid-Deutsche Telekom waqt isseduta, fejn sostniet li l-analiżi m'għandhiex tiġi ċċentrata fuq il-forma (dispożizzjonijiet ġenerali jew att amministrattiv) li biha jiġi impost l-obbligu fuq l-operaturi fpożizzjoni dominanti, iżda fuq il-kontenut materjali tiegħu. F'dan is-sens, hija ssostni li, billi tālab awtorizzazzjoni tat-tariffi ta' telefonija bil-vuċi, il-leġiżlatur Ġermaniż mar lil hinn mill-finalità tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dan l-approċċ jitbiegħed mill-kliem li bihom ġiet ifformulata d-domanda preliminari in eżami u jikser il-portata ta' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10, li abbażi tiegħu l-awtoritajiet ta regolamentazzjoni nazzjonali huma mitluba jassiguraw li l-impriżi b'pożizzjoni dominanti fuq is-suq jistabbilixxu tariffi abbażi ta' l-ispejjeż, mingħajr però ma jiġi impost kontroll <HT TYPE="ITALIC">a posteriori,</HT> jew jiġi eskluż wieħed <HT TYPE="ITALIC">ex ante.</HT> F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom il-fakoltà ta' l-għażla.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Barra minn hekk irrid inżid xi ideat addizzjonali li dawn ukoll irriżultaw misseduta: ma jirriżulta l-ebda dewmien sproporzjonat fl-analiżi tas-swieq Ġermaniżi; ilqorti tar-rinviju, li għandha tiċċara l-f atti tal-kawża principali, ma kkunsidratx dan laspett, u l-istess leġiżlazzjoni Komunitarja (Artikolu 7(6) tad-Direttiva Qafas) tipprovdi soluzzjoni għal sitwazzjonijiet li jippreżentaw dawn il-karatteristiċi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Xi kunsiderazzjonijiet preliminari indis-pensabbli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Qabel kollox, jeħtieġ li jiġu enfasizzati tliet affermazzjonijiet, ċari fil-proċedura preliminari preżenti: id-Deutsche Telekom għandha pożizzjoni privileġġjata fis-suq nazzjonali; it-talba tagħha hija infondata skond id-dritt Ġermaniż, kemm ordinarju kif ukoll kostituzzjonali, u t-TKG ta' l-2004 ġie approvat bl-iskop li jiġi traspost il-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>qafas regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> tal-Komunità Ewropea fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10065"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-ewwel affermazzjoni turi li l-kumpannija msemmija iktar 'il fuq tinsab fsitwazzjoni ta' fatt ikkontemplata mid-dispożizzjo-nijiet tranżitorji tas-sistema kemm Komunitarja kif ukoll nazzjonali, minħabba li t-tnejn japplikaw għall-operaturi li jappartjenu għall-istess kategorija tar-rikorrenti fil-kawża preżenti<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas jirreferi għall-Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali li jsemmi t-tariffi bl-imnut awtorizzati skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10, fejn hemm imsemmija l-prindpji li għalihom għandhom jiġu suġġetta l-korpi li għandhom setgħa sinjifìkattiva fis-suq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-tieni tenfasizza l-korrettezza ta' l-approċċ meħud mill-Bundesverwaltungsgericht, li, meta interpretat id-dritt nazzjonali, rat b'mod ċar il-kwistjoni mqajma fil-kawża, iżda tiddubita li d-dritt Komunitarju jaċċetta din il-konklużjoni, u għal din ir-raġuni għamlet dan ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Bit-tielet affermazzjoni jiġi kkonstatat li t-TKG ta' l-2004 tittrasponi d-Direttivi ta' l-2002, u għalhekk ir-regoli ta' interpretazzjoni li jinsabu fl-Artikoli 27 tad-Direttiva Qafas u 16 tad-Direttiva Servizz Universali jirriżultaw trasposti ŕl-Artikolu 150 ta' l-imsemmija ligi. L-istess digriet tar-rinviju jispjega din it-teżi, minħabba li, fil-punti 22 sa 53, il-qorti tar-rinviju tesponi ħafna argumenti sabiex tiċħad it-talba ta' Deutsche Telekom, fid-dawl tad-dritt nazzjonali u wara tirrikorri (punti 63 sa 74) għall-kriterji simili sabiex tikseb riżultat simili skond is-sistema ta' l-Unjoni Ewropea, anke jekk b'akbar diffikultajiet. Il-qorti nazzjonali hekk tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja xenarju li ġie ampjament ikkonfermat flosservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, l-iskambju preliminari jiehu I-importanza tiegħu koliha u, il-bogħod milli jikkostitwixxi interrogatorju fejn l-imħallef jillimita ruħu biex jifformola domandi waqt li jistenna li l-imħallef l-ieħor jagħtih risposta, jippreżenta ruħu bħala djalogu awtentiku, fliema konverżazzjoni l-parteċipanti jesprimu l-kunsiderazzjonijiet tagħhom, anke jekk, għal raġunijiet istituzzjonali u ta' uniformità tas-sistema, huwa d-dritt ta' wieħed biss li jimponi l-opinjoni tiegħu b'kunsidrazzjoni għall-parir ta' lohrajn. Issa, fid-digriet tar-rinviju, il-Bundesverwaltungsgericht tuża metodu ta' xogħol utli li, bħall-parteċipanti l-oħra fil-preżenti diskussjoni, ser naddotta jien fil-paragrafi li ġejjin sabiex nasal għall-konklużjoni aċċettata minn kulħadd, bl-eċċezzjoni, għal raġu-nijiet evidenti, ta' Deutsche Telekom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>In-natura ta' l-obbligi kkontemplati missistema tranżitorja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Indipendentement mill-formola ta' interpretazzjoni magħżula (litterali, sistematika, storika jew teleoloġika), kull interpretazzjoni twassal għall-istess riżultat: l-ewwel<?PAGE NO="I-10066"?> subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva Servizz Universali jirreferu għall-obbligi previsti mis-sistema nazzjonali preċedenti indipendentement minn jekk l-oriġini tagħhom hijiex ġenerali u astratta fil-leġiżlazzjoni jew konkreta u individwali fatt amministrattiv.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-kontenut litterali ta' l-artikoli li tagħ-hom ġiet mitluba l-interpretazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas jindika, ftermini ġenerali, li <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>l-Istati Membri għandhom iżommu <HT TYPE="ITALIC">lobbligfi] koliha taht il-liġi nazzjonali</HT><QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> imsemmija f'Artikolu 7 tad-Direttiva ta' l-Aċċess u Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali. Din l-aħħar dispożizzjoni, fl-ittra a), tadotta formulazzjoni simili sabiex testendi b'mod prowiżorju l-obbligi li jirrigwardaw it-tariffi tas-ser vizzi ta' telefonija<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Toutes les obligations jew Vensemble des obligations, fil-verżjoni Franċiża taż-żewġ dispożizzjonijiet; all obligations, fil-verżjoni Ingliża; alle Verpflichtungen, fil-verżjoni Ġermaniza u tutti gli obbligħi, f'dik Taljana.</P></NOTE>. Lebda waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet tagħti lok għal tifsira differenti; għaldaqstant, fejn il-liġi ma tagħmilx distinzjoni, lanqas għandu jagħmel dan min jinterpretaha <HT TYPE="ITALIC">(ubi lex non distinguit, nec nos distinguere debemus).</HT> Għalhekk huwa possibbli li wieħed isostni li l-leġiżlatur Komunitarju ried iżomm provviżorjament fis-seħħ — kif jagħtu x'jifhmu l-kliem tiegħu — l-obbligi stabbiliti tul is-seħħ tal-leġiżlazzjoni preċedenti, indipendentement min-natura tagħ-hom.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni, ikkonfermata mill-kliem tat-testi in eżami, ma tiġix ikkontestata minħabba l-fatt li, suċċessivament, listess dispożizzjonijiet jattribwixxu lill-awtoritajiet regolatoci nazzjonali d-dmir li jiffissaw terminu għall-imsemmija sistema tran-żitorja, filwaqt li jipproċedu għall-eżami mill-ġdid ta' l-obbligi preċedenti, wara li jagħmlu analiżi tas-swieq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva Qafas. Id-Deutsche Telekom issostni li, jekk dawn il-korpi huma msejħa jiddeċiedu dwar l-estensjoni ta' l-imsemmija obbligi, għandu jiġi presupposi li tali obbligi ġew imposti b'mod individwali minn dawn korpi, billi dawn ta' l-aħħar m'għandhomx il-fakultà li jbiddlu deċiżjonijiet adottati minn korpi li għandhom setgħat leġiżlattivi jew regolatorji.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-argument tal-kumpannija rikorrenti fil-kawża prinċipali jitlaq minn premessa żbaljata, ġaladarba jattribwixxi lill-awtoritajiet regolatoci nazzjonali rwol li la d-Direttiva Qafas u lanqas id-Direttiva Servizz Universali ma jagħtuhom. Fl-iskema ddelinjat mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 u mill-Artikolu 16(1) u (3), rispettivament, ta' dawn id-direttivi, l-imsemmija awtoritajiet ma jissostitwixxux ruħhom għal-leġiżlatur, iżda jwettqu fedelment id-dispożizzjonijiet tiegħu, li jikkonkretizzaw ruħhom bl-implementazzjoni ta' proċedura (fil-paragrafu 10 tal-konklużjonijiet preżenti) fejn, abbażi tar-riżultat ta' l-analiżi tas-suq prevista, fiha għandhom jinżammu, jiġu emendati jew revokati definittivament l-obbligi imposti skond is-sistema, li tpoġġiet f'diskussjoni mad-dħul fis-seħħ tal-<QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>qafas regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-għan ta' din il-proċedura, li tinvolvi analiżi tas-swieq, huwa dak li tirrevoka l-<?PAGE NO="I-10067"?>obbligi mogħtija fil-passat lill-impriżi bpo-żizzjoni dominanti, fejn intlaħaq livell għoli ta' kompetizzjoni, billi żżomm jew temenda dawn l-obbligi fil-każijiet l-oħra, liema miżura tibdel l-imsemmija obbligi indipendentement mis-sors tagħhom: leġiżlazzjoni jew att individwali ta' l-awtoritajiet. Eventwalment, obbligu li joħroġ direttament <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> huwa ssostitwit, b'konformita ma' listruzzjonijiet ta' l-awtur tiegħu, b'obbligu ieħor, adottat b'att individwali. Kif jirrileva tajjeb il-Gvern Ġermaniż (punt 14 ta' losservazzjonijiet bil-miktub), xejn ma jwaqqaf il-leġiżlatur milli jissubordina d-dewmien ta' l-effetti ta' ligi għal deċiżjoni tal-poter eżekuttiv, dejjem jekk, inżid jien, dan mhux ipprojbit minn riżerva kostituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, awtoritajiet regolatorji nazzjonali jtemmu, kif mitlub mid-Direttivi Qafas u Servizz Universali u billi jibbażaw ruħhom fuq informazzjonijiet oġġettivi miksuba permezz tal-proċedura preskritta, sitwazzjoni tranżitorja, iddestinata li tiġi sostitwita mis-sistema preżenti, filwaqt li jżommu fis-seħħ l-obbligi rilevanti — anke jekk b'forma differenti — billi jittrasformahom jew iktar sempliċement iħassruhom. Huwa evidenti li l-imsemmija awtoritajiet ma jassumux kompetenza ta' ħaddieħor, iżda jintervjenu fuq stedina ta' min għandu l-kompetenza in kwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Viżjoni sistematika</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-għan li jiġu evitati lakuni u għalhekk li jiġu integrati l-obbligi previsti mis-sistema preċedenti, b'eċċezzjoni tal-possibiltà ta' eżami mill-ġdid immedjat tagħhom, huwa bbażat fuq il-<QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>qafas regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, per eżempju meta, fit-tnax il-premessa u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' l-Aċċess, li għandhom l-istess spirtu bħall-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali, tiġi mħeġġa ż-żamma provviżorja ta' l-obbligi imposti skond id-direttivi preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>B'mod partikolari, l-imsemmija dispożiz-zjonijiet jirreferu għall-Artikoli 4, 6, 7, 8, 11, 12 u 14 tad-Direttiva 97/33/KE<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19970630">30 ta' ċunju 1997</DATE> dwar l-interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet fir-rigward li jiġi żgurat servizz universali u interoperabbli permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' open network provision (ONP) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="32">ĠU L 199, p. 32</REF.DOC.OJ>)</P></NOTE>, għall-Artikolu 16 tad-Direttiva 98/10 u għall-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 92/44/KEE<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19920605">5 ta' Ġunju 1992</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-provista ta' network miftuħ għal linji mikrija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="27">ĠU L 165, p. 27</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Issa, fost dawn id-dispożizzjonijiet, xi wħud, bħall-Artikolu 4 tad-Direttiva 97/33, iqajmu direttament obbligi fost l-operaturi; oħrajn bħall-Artikoli 6, 7, 8, 11, 12 u 14 tad-Direttiva 97/33, u l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 92/44 u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 98/10, jiddelegaw l-Istati Membri f dan issens. Fi ħdan dan l-aħħar grupp, dispożiz-zjonijiet varji jagħmlu referenza ġenerika għall-awtoritajiet nazzjonali (Artikoli 6, 7 u 8 ta' l-ewwel Direttiva; Artikoli 7 u 8 tat-tieni waħda<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bl-użu ta' l-espressjonijiet <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>l-Istati Membri jipprovdu<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> jew <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>l-Istati Membri jippreskrivu<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>.</P></NOTE>), filwaqt li oħrajn isemmu espressament l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (Artikoli 11, 12 u 14 tad-Direttiva 97/33 u Artikolu 16 tad-Direttiva 98/10).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10068"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jidher għaldaqstant li dawn id-dispożiz-zjonijiet jikkontemplaw kemm atti individwali kif ukoll preskrizzjonijiet ġenerali, min-ħabba li l-obbligi in kwistjoni huma rregolati abbażi ta' proċedura waħda jew oħra in funzjoni tat-tqassim tal-poteri fi hdan kull sistema kostituzzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Din l-idea tiġi kkonfermata jekk, minflok ma wieħed iħares lejn dispożizzjonijiet li m'għandhomx xjaqsmu mad-direttivi, nik-konċentraw fuq id-direttivi nfushom, u b'mod partikolari fuq id-Direttiva Servizz Universali, li fiha d-dispożizzjoni li hija liktar waħda speċifika fost iż-żewġ dispożizzjonijiet li fuqhom tibbaża ruħha l-proċedura preliminari preżenti, jiġifieri l-Artikolu 16 li jirreferi għall-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas. Fil-fatt it-tmienja u għoxrin premessa tad-Direttiva Servizz Universali tirrakkomanda li jibqgħu jiġu applikati d-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>dispożiz-zjonijiet<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> fil-qasam ta' livell minimu ta' ser vizzi ta' linji mikrija sakemm l-awtoritajiet regolatoci nazzjonali jiddeċiedu, skond ir-riżultat ta' l-analiżi tas-suq ikkonċernat, dwar l-estenzjoni tagħhom. Min-naħa tiegħu, kif ifakkar il-Gvern Ġermaniż, l-Anness VII ta' listess direttiva jistieden sabiex jinżammu xi rekwiżiti ffissati mid-Direttiva 92/44 għall-pr o wista taammont minimu ta' linji mikrija, li l-karattru ġenerali u astratt tagħhom huwa ċar, sakemm ma jiġix stabbilit jekk teżistix jew le kompetizzjoni effettiva fil-qasam tas-suq rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sabiex nagħlaq iċ-ċirku u niċċentraw l-analiżi tagħna fuq l-Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-Istati Membri jridu jżommu proviżorjament fis-seħħ kemm l-obbligi ta' or igni legali kif ukoll dawk li jirriżultaw minn att ta' eżekuzzjoni. L-Artikolu 16(1) (c) jirreferi għall-obbligi li jirrigwardaw il-linji mikrija, skond l-Artikoli 3, 4, 6, 7, 8 u 10 tad-Direttiva 92/44, li l-karattru regolatorju tagħhom huwa ċar. Japplikaw bħala eżempji l-Artikolu 8, li jsostni li l-Istati Membri jipprovdu sabiex l-awtoritajiet regolatoċi nazzjonali rispettivi jadottaw proċedura deċiżjonali adegwata u trasparenti sabiex tiġi kkontrollata l-osservanza, mill-operaturi, ta' l-obbligi li jirrigwardaw l-użu ta' u l-aċċess għal dawn il-linji, jew l-Artikolu 6, li jiddelega lill-awtoritajiet nazzjonali l-kompitu li jindikaw ir-raġunijiet ta' interess ġenerali (<QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>rekwiżiti fundamentali<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 90/387 jiddefinixxi r-rekwiżiti fundamentali bħala <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>r-raġunijiet ta' interess ġenerali u ta' natura mhux ekonomika, li jistgħu jwasslu Stat Membru biex jillimita l-aċċess għan-netwerk pubblika jew għas-ser vizzi pubblici ta' telekomunikazzjonijiet. Dawn ir-raġunijiet huma s-sigurtà tal-funzjonament tan-netwerk, il-manteniment ta' lintegrità tiegħu u, fil-każijiet fejn huma ġustifikati, l-interoperabiltà tas-servizzi u tal-protezzjoni ta' l-informazzjoni. Il-protezzjoni ta' l-informazzjoni tista' tinkludi l-ħarsien ta' l-informazzjoni personali, ir-riservatezza ta' l-informazzjoni trażmess jew immemorizzata, kif ukoll il-ħarsien ta' l-isfera privata<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>.</P></NOTE> li abbażi tagħhom jistgħu jiġu imposti limiti għall-użu ta' dawn il-linji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Il-kriterju storiku</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jagħmel riferiment għax-xogħlijiet preparatorji tal-<QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>qafas regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> approvat fl-2002, u pprovda xi informazzjoni utli għall-fini ta' l-analiżi preżenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10069"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Huwa veru li l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20000712">12 ta' Lulju 2000</DATE><NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>COM(2000) 393 finali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="365" DATE.PUB="2000" PAGE.FIRST="198">ĠU C 365 E, p. 198</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ma kienx fiha indikazzjonijiet, fir-rigward ta' l-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis,</HT> li jestendu, taħt il-leġiżlaz-zjoni preżenti, 1-obbligi imposti mill-leġiżlaz-zjoni preċedenti. Il-Kumitat ekonomiku u soċjali, fl-opinjoni dwar din il-proposta<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="123" DATE.PUB="2001" PAGE.FIRST="56">ĠU 2001, C 123, p. 56</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, ippropona sistema tranżitorja sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni tal-<QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>leġiżlazzjoni eżistenti (dak iż-żmien)<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> sal-konklużjoni ta' l-ewwel analiżi tas-swieq (punt 4.4). Dan il-preċedent jagħti sens lill-ewwel subparagrafu ta' 1-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas, ġala-darba jġiegħel lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ 1-obbligi imposti mill-<QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>liġi nazzjonali<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> sa meta awtorità nazzjonali regolatorja tippr onunzj a ruħha skond l-Artikolu 16 ta' listess Direttiva, jiġifieri, wara li ssir l-iċċitata analiżi tas-suq. Fid-dawl ta' dan id-dokument preparatorju, jirriżulta ċar li l-iċċitat Artikolu 27 j irr eferi għat-tipi ta' obbligi koliha, kemm dawk li jirriżultaw direttament minn dispo-żizzjoni kif ukoll dawk imposti permezz ta' att amministrattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dawn ir-riŕlessjonijiet jgħinu sabiex tinftiehem il-parti introduttiva tad-Direttiva Servizz Universali li f'dan ir-rigward hija anqas informattiva. Il-proposta tal-Kummissjoni adottata fit-<DATE ISO="20000712">12 ta Lulju 2000</DATE><NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizz universali u d-drittijiet tal-klijenti fil-qasam ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronici [COM (2000) 392 finali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="365" DATE.PUB="2000" PAGE.FIRST="238">ĠU C 365 E, p. 238</REF.DOC.OJ>)].</P></NOTE>, kien fiha 1-Artikolu 16(1) li abbażi tiegħu I-Istati Membri kellhom iżommu <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>fis-seħħ<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fil-verżjoni Spanjola, 1-obbligi li jirrigwardaw it-tariffi bl-imnut, skond 1-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10.</P></NOTE> 1-obbligi li jirrigwardaw it-tariffi bl-imnut, skond 1-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10, sakemm ma jsirx eżami mill-ġdid u tiġi adottata deċiżjoni bħala riżultat ta' 1-analiżi tas-swieq. Il-kelma <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>fis-seħħ<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> ġiet imħassra fit-test definittiv ta' din id-dispożizzjoni u, għalkemm mhuwiex deċiżiv, 1-użu tiegħu juri <HT TYPE="ITALIC">l-voluntas legislatoris</HT> peress li 1-kelma <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>fis-seħħ<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> tiġi attribwita ġeneralment lill-atti ta' karattru leġiżlattiv, bħal-liġijiet, ir-regolamenti, id-digrieti jew il-konswetudini. Wie-ħed jista' jikkonkludi li 1-omissjoni ta din il-kelma mit-test approvat mid-direttiva tindika r-rieda li jsir riferiment biss ghall-obbligi preskritti permezz ta' att individwali, madankollu din 1-inċertezza tiġi eliminata mill-qari ta' 1-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10 li jiddeskrivi proċedura fejn jiġu imposti obbligi u limitazzjonijiet ghall-operaturi fpożizzjoni dominanti (jiġu orjentati t-tariffi b'relazzjoni ma' 1-ispejjeż; jiġu ffissati t-tariffi indipendentement mit-tip ta' konnessjoni mwettqa; jiġi stabbilit perijodu ta' preawiż għad-dħul fis-seħħ ta' 1-emendi tariffarji).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni teleoloġika</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>qafas regolatorju 1-ġdid<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet juri 1-preokkupazzjoni<?PAGE NO="I-10070"?> li tiġi assigurata ċ-ċertezza legali u l-kontinwità mingħajr skossi, bejn l-passat u lfutur. Jagħtu xhieda ta' dan l-Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali, l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' l-Aċċess u l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas. Din l-aħħar dispożizzjoni, filwaqt li tagħmel riferiment għall-ewwel tnejn u minħabba li tinsab wara l-Artikolu 26, li jħassar il-qafas regolatorju l-antik, jestendi l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema preżedenti, sakemm ma ssirx magħrufa ssitwazzjoni tas-swieq. Ir-raġuni għal din irregola hija li t-tħaddim sħiħ tas-sistema ġdida jeħtieġ l-elaborazzjoni u l-iżvilupp ta' proċeduri kumplessi, li fihom għandhom jieħdu sehem atturi differenti, debitament ikkoordinati, minħabba li hemm il-bżonn li jiddisponu minn perjodu ta' żmien neċes-sarju sabiex jiggarantixxi l-istabbiltà tas-sistema<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>L-Artikolu 16 tad-Direttiva Qafas, li jirreferi għall-Artikolu 27 ta' l-istess Direttiva, l-Artikolu 16 tad-Direttiva Servizz Universali u l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' l-Aċċess, jistabbilixxi proċedura suġġetta għal-linji gwida li, skond l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva Qafas, għadhom jiġu approvati mill-Kummissjoni bil-kollaborazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kompetizzjoni (Artikolu 16(1)), kif ukoll għad-dispożizzjonijiet li l-awtorità regolamentarja kompetenti għandha tippubblika sabiex tiggarantixxi l-kriterji ta' trasparenza u ta' konsultazzjoni (Artikolu 6 tad-Direttiva Qafas) bl-assistenza tal-Kummissjoni kif ukoll ta' l-awtoritajiet ta' regolarizzazzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra (Artikolu 7 (3), (4) u (5) tad-Direttiva Qafas). Din il-komplessità wasslitni sabiex nissuġġerixxi, fil-konklużjonijiet fil-kawża Telefónica 02 Czech Republic, li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq huma difettużi fil-karatteristiċi neċċessarji sabiex ikollhom effett dirett (punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dan l-approċċ ma jerġax jinsab <HT TYPE="ITALIC">expressis verbis</HT> fid-Direttivi Qafas u Servizz Universali, li fuqhom hija bbażata l-preżenti domanda preliminari, iżda jirriżulta espliċi-tament mid-Direttiva ta' l-Aċċess, li t-tnax-il premessa tagħha, li tantiċipa l-kontenut ta' l-Artikolu 7 ta' l-istess Direttiva, tesprimi n-neċessità li tiġi evitata lakuna legali. Diġà kelli mod nippreċiża li dan il-bżonn jitlob iż-żamma ta' l-obbligi koliha eżistenti, indipendentement mill-oriġni tagħhom. Issa, jekk huwa veru, kif tirrikonoxxi l-hames premessa tad-Direttiva Qafas, li l-konverġenza tassetturi tat-telekomunikazzjonijiet, tal-medja u tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni timplika l-bżonn ta' leġiżlazzjoni waħda, allura jkun inkoerenti li tiġi attribwita lis-sistema tranżi-torja fil-qasam ta' aċċess u interkonnessjoni (Artikolu 7 tad-Direttiva ta' l-Aċċess) portata differenti mis-sistema tariffarja (Artikolu 16 (1)(a) tad-Direttiva Servizz Universali). Din l-interpretazzjoni tiċċara għal liema raġuni l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas, meta jsemmi ż-żamma fis-seħħ ta' l-obbligi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, jagħmel riferiment għall-obbligi li ġejjin kemm mill-imsemmi Artikolu 7 kif ukoll mill-Artikolu 16.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Ġermaniż għandu perfettament raġun meta jsostni li, bil-ħsieb li jħejji t-triq għall-espansjoni min-għajr ostakli ta' <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>qafas regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/>, il-prinċipju ta' effettività jitlob li jinżammu fis-seħħ il-miżuri preċedenti koliha mingħajr ebda tip ta' distinzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Bhala konklużjom, indipendentement mill-metodu magħżul, kull interpretazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27<?PAGE NO="I-10071"?> tad-Direttiva Qafas u ta' l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva Servizz Universali tinkludi l-obbligi koliha imposti fuq l-operaturi mil-leġiżlazzjoni preċedenti, irrispettivament mis-sors tagħhom jew, fi kliem ieħor, millistrument magħżul minn kull Stat Membru għall-finijiet ta' l-implementazzjoni u l-eże-kuzzjoni ta' l-armonizzazzjoni Komunitarja<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Interpretazzjoni estiża tas-sistema tranżitorja tirriżulta wkoll mis-sentenza tat-<DATE ISO="20051208">8 ta' Diċembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs IILussemburgu (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10629">C-33/04, Ġabra p. I-10629, punti 54 sa 60</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-ammissibbiltà ta' l-argument sostnut mid-Deutsche Telekom tkun tinvolvi li l-impriżi li jinsabu f'sitwazzjonijiet ta' fatt identiċi jkunu suġġetti għal sistemi differenti skond l-Istat Membru li fih joperaw, liema konsegwenza tkun kuntrarja għad-direttivi dwar it-telekomunikazzjonijiet u, b'mod ġenerali, għall-prinċipji fundamentali taddritt ta' l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni amministrattiva għat-tariffi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għad irid jiġi stabbilit jekk dispożizzjoni bħall-Artikolu 25(1) tat-TKG ta' l-1996, li tissuġġetta t-tariffi imposti mill-impriżi dominanti lill-konsumaturi aħħarin għall-għoti ta' ser vizzi ta' telefonija bil-vuċi, għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni preċedenti, hijiex konformi ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u għall-Artikolu 16(1) (a) tad-Direttiva Servizz Universali.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din l-aħħar dispożizzjoni tirrikjedi ż-żamma fis-seħħ ta' l-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10, li jissuġġetta l-korpi li għandhom poter sostanzjali fis-suq, bil-kontroll ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, għall-prinċipji stabbiliti hemm (paragrafu 1) u, b'mod partikolari, għall-prinċipju ta' orjentazzjoni tat-tariffi ma' l-ispejjeż (paragrafu 2).</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 25 tat-TKG ta' l-1996 kien jagħmel riferiment għall-Artikolu 24 ta' l-istess ligi, li kien jorbot l-ammont tat-tariffi ma' l-ispejjeż tal-prowista ta' servizz. Għal-daqstant, m'hemmx raġuni għalfejn din id-dispożizzjoni m'għandhiex tingħata l-karattru ta' dispożizzjoni ta' implementazzjoni ta l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10, raġuni l-għala jrid jiġi meqjus li l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 16(1) (a) tad-Direttiva Servizz Universali jipprovdu għal estensjoni ta' l-applikazzjoni tagħha, sakemm tiġi konkluża l-analiżi pertinenti tas-suq Ġermaniż rilevanti u jiġi evalwat il-livell ta' kompetizzjoni ta' dan ta' l-aħħar, sabiex imbagħad wieħed jaġixxi b'konsegwenza ta' dan, u jżomm, jemenda jew jirrevoka l-obbligi fuq l-impriżi dominanti.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-bżonn li t-tariffi ta' kumpannija ta' din in-natura, li tissodisfa r-rekwiżiti indikati mill-Artikolu 24 u li tkun konkordanti mat-TKG ta' l-1996, jkunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-korp kompetenti, tiggarantixxi l-osservanza ta' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10 (paragrafu 1 ta' din id-dispożizzjoni), b'mod partikolari permezz ta' l-orjentazzjoni tat-tariffi ma' l-ispejjeż (paragrafu 2).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10072"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija korretta meta tiċ-ċara li, fil-każ li, matul il-perjodu tranżitorju, dawn ittariffi ma kinux suġġetti għall-kontroll amministrattiv, ikun diffiċli li jiġi vverifikat l-orjentazzjoni tagħhom ma' l-ispejjeż, u b'hekk jiġi evitat l-għan li tiġi ggarantita kontinwità, mingħajr interruzzjonijiet mhux mixtieqa, sakemm titwettaq l-analiżi meħtieġa tas-suq rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-obbligu msemmi fl-Artikolu 25 tat-TKG ta' l-1996 joħroġ mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/10, u għal din ir-raġuni, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikoli 27 tad-Direttiva Qafas u 16(1) (a) tad-Direttiva Servizz Universali, għandu jin-żamm fis-seħħ b'mod prowiżorju.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet msemmija iktar 'il fuq, ir-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti għall-ewwel domanda preliminari hija fis-sens li d-dispożizzjonijiet imsemmija jimponu li tiġi estiża b'mod prowiżorju l-validità ta' rekwi-żit legali previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, kif ukoll ta' l-att amministrativ ta' eżekuzzjoni korrispondenti, li jissuġġetta għall-awtorizzazzjoni amministrattiva ttariffi mitluba minn impriża dominanti filkonfront tal-konsumaturi aħħarin bħala korrispettivi għall-prowista ta' servizzi ta' telefonija.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari: domanda superfluwa</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>B'din id-domanda, magħmula sussidjarjament, il-qorti Ġermaniża tistaqsi jekk, fil-każ fejn l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva Qafas u l-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva Servizz Universali ma jikkontemplawx l-ipoteżi ta' estensjoni temporanja tal-validità ta' obbligu <HT TYPE="ITALIC">ex lege</HT> bhal dak deskritt, id-dritt Komunitarju jhalli f'idejn l-leġiżlatur ta' kull Stat Membru marġni diskrezzjonali wiesgħa biżżejjed sabiex jipprovdi għal din l-estensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dan id-dubju jidher riżolt mis-soluzzjoni mogħtija lill-ewwel domanda. Id-<QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>dritt Komunitarju<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/> li għalih hija tirreferi jista' jindika biss il-<QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>qafas regolatorju ġdid<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> filqasam tat-telekomunikazzjonijiet elettroniċi. Is-sistema ġenerali mahluqa b'dawn id-dis-pożizzjonijiet, kif jirriżulta permezz ta' lapplikazzjoni tal-kriterji ta' interpretazzjoni sistematiku u teleoloġiku li użajt fil-konkluż-jonijiet preżenti, mhux biss tirrakomanda iżda wkoll timponi l-estensjoni tal-miżuri preċedenti sa meta tiġi stabbilita s-sitwazzjoni tas-swieq permezz ta' l-analiżi opportuni. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jippromwovu l-implementazzjoni tal-qafas leġiżlattiv preżenti, billi jżommu, jemendaw jew jneħħu l-obbligi previsti qabel.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10073"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VII —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-do mandi preliminari magħmula mill-Bundesverwaltungsgericht bil-mod li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Qafas), u l-Artikolu 16(l)(a) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizz universali u d-drittijiet ta' I-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu ż-żamma prowiżorja, sa meta ssir l-analiżi rilevanti tas-swieq, ta' rekwiżit legali previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, kif ukoll ta' l-att amministrattiv ta' eżekuzzjoni korrispondenti, li jissuġġetta għall-obbligu ta' awtorizzazzjoni amministrativa t-tariffi mitluba minn impriżi li għandhom pożizzjoni dominanti fil-konfront tal-konsumaturi aħħarin bħala korrispettiv għall-prowista ta' servizzi ta' telefonija bil-vuċi.<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>