Official Journal L 081 , 28/03/2003 P. 0012 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 546/2003 tas-27 ta’ Marzu 2003 dwar ċerti notifiki li jirrigwardjaw l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75, (KEE) Nru 2777/75 u (KEE) Nru 2783/75 fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur IL-KUMMISSJONI TALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 493/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 493/2002 [4], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar is-sistema komuni għall-ovalbumina u l-laktalbumina [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2916/95 [6], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 572/1999 tas-16 ta’ Marzu 1999 li jikkonċerna ċerti komunikazzjonijiet reċiproki bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jirrigwardjaw il-bajd u l-laħam tat-tjur u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1527/73(6) introduċa sistema li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinnotifikaw lill-xulxin bil-prezzijiet fis-swieq tal-bajd u tal-laħam tat-tjur, bil-għan ta’ l-amministrazzjoni soda tagħhom. (2) L-esperjenza indikat ħtieġa li jsir xi titjib fis-sistema. Ir-Regolament (KE) Nru 572/1999 għandu għalhekk ikun mibdul. (3) Il-prezzijiet ta’ kull ġimgħa għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni b’sistema ta’ trasmissjoni ta’ data eletronika aċċettabbli għaliha u l-prezzijiet għandhom ikunu disponibbli għal konsultazzjoni b’meżżi eletroniċi. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Bajd u l-Laħam tat-Tjur, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Mhux aktar tard mill-12.00 ta’ kull nħar ta’ Ħamis, kull Stat Membru għandu b’meżżi eletroniċi jinnotifika lill-Kummissjoni bi: (a) il-prezz tal-bejgħ fl-istazzjonijiet tal-ippakkjar għal bajd fil-klassi A minn tiġieġ fil-gaġġeġ, li jkun il-medja tal-kategoriji L u M; (b) il-prezz tal-bejgħ fl-impjanti tal-qatla jew il-prezzijiet bl-ingrossa rrekordjati fis-swieq rapreżentattivi għall-klassi A kollha kemm hi tat-tiġieġ magħrufa bħala "tiġieġ 65 %", jew għal xi preżentazzjoni oħra ta’ tiġieġ intieri jekk dan ikun aktar rapreżentattiv. 2. Il-prezzijiet referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu l-prezzijiet medji fil-ġimgħa li tippreċedi l-ġimgħa tan-notifika. Dawn għandhom jeskludi l-VAT u jkunu espressi fil-munita nazzjonali għal kull 100 kg. 3. L-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2003 sistema tat-trasmissjoni eletronika tad-data li tkun aċċettabbli għall-Kummissjoni. Artikolu 2 Mill-anqas darba fix-xhar fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Ġestjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi sommarju tal-prezzijiet notifikati permezz ta’ l-Artikolu 1 u għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri fuq il-website tagħha. Artikolu 3 Ir-Regolament (KE) Nru 572/1999 huwa hawnhekk imħassar. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Marzu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. [2] ĠU L 77, ta’ l-20.3.2002, p. 7. [3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77. [4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 104. [5] ĠU L 305, tad-19.12.1995, p. 49. [6] ĠU L 70, 17.03.99, p. 16. --------------------------------------------------