02010R1105 — MT — 11.08.2016 — 002.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1105/2010

tad-29 ta’ Novembru 2010

li jimponi dazju definittiv tal-antidumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan

(ĠU L 315 1.12.2010, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 907/2011 tas-6 ta’ Settembru 2011

  L 232

29

9.9.2011

►M2

Emendat bi: REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1356 tad-9 ta' Awwissu 2016

  L 215

20

10.8.2016

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1159 tad-29 ta' Ġunju 2017

  L 167

31

30.6.2017


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 016, 23.1.2015, p.  66 (1105/2010)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1105/2010

tad-29 ta’ Novembru 2010

li jimponi dazju definittiv tal-antidumping u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan



Artikolu 1

▼M3

1.  Dazju definittiv antidumping qiegħed b'dan jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta' tenaċità għolja mhux disponibbli għall-bejgħ għall-konsumatur, inkluż il-monofilament ta' inqas minn 67 deċitek (bl-esklużjoni tal-ħajt għal ħjata u ħjut multipli (mitnijin) jew immaljati b'kisra “Z”, maħsuba għall-produzzjoni ta' ħajt għall-ħjata, lesti biex jingħataw il-kulur u biex jirċievu trattament tal-aħħar, imseffħa b'mod imlaħlaħ fuq tubu mtaqqab tal-plastik), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5402 20 00 (il-kodiċi TARIC 5402200010 ) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

▼B

2.  Ir-rata tad-dazju definittiv tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-Paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji ta’ hawn taħt għandha tkun din li ġejja:



Kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Zhejiang Guxiandao Industrial Fibre Co., Ltd.

5,1

A974

Zhejiang Hailide New Material Co., Ltd.

0

A976

Zhejiang Unifull Industrial Fibre Co., Ltd.

5,5

A975

Companies listed in the Annex

5,3

A977

Hangzhou Huachun Chemical Fiber Co., Ltd.

0

A989

Oriental Industries (Suzhou) Ltd.

9,8

A990

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,8

A999

3.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Il-proċedura antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-ħjut tal-poliesteri ta’ tenaċità għolja li joriġina fir-Repubblika tal-Korea t’Isfel u t-Tajwan qiegħda b’dan tintemm.

Artikolu 3

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju provviżorju tal-antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 478/2010 dwar l-importazzjonijiet ta’ ħjut tal-polijesteri ta’ tenaċità għolja (minbarra l-ħajt tal-ħjata), li ma jkunx għall-bejgħ bl-imnut, inkluż il-monofilament ta’ inqas minn 67 decitex li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 5402 20 00 u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru b’mod definittiv bir-rata tad-dazju definittiv impost skont l-Artikolu 1. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

Fejn kwalunkwe produttur esportatur ġdid fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jipprovdi evidenza biżżejjed lill-Kummissjoni li:

— ma jkunx esporta fl-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu tal-investigazzjoni (l-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009),

— ma jkun relatat ma l-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament,

— li effettivament esporta fl-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti fl-Unjoni,

il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi dwar proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv, jista’ jemenda l-Artikolu 1(2) billi jżid il-produttur esportatur ġdid mal-kumpaniji li jkunu qegħdin jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja differenzjata ta’ 5,3 %.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS

PRODUTTURI ESPORTATURI ĊINIŻI LI KKOOPERAW LI MHUX INKLUŻI FIL-KAMPJUN

Kodiċi Addizzjonali Taric A977



Isem il-kumpanija

Belt

Heilongjiang Longdi Co. Ltd

Harbin

Jiangsu Hengli Chemical Fibre Co. Ltd

Wujiang

Hyosung Chemical Fiber (Jiaxing) Co. Ltd

Jiaxing

Shanghai Wenlong Chemical Fiber Co., Ltd

Shanghai

Shaoxing Haiu Chemistry Fibre Co., Ltd

Shaoxing

Sinopec Shanghai Petrochemical Company

Shanghai

Wuxi Taiji Industry Co., Ltd

Wuxi

Zhejiang Kingsway High-Tech Fiber Co. Ltd.

Haining City