|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2263 |
11.4.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11923 — GS / HG / TRACKUNIT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2263)
1.
Fit-2 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tracer Lux Holdco S.à r.l. (“Lux Holdco”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Goldman Sachs Group, Inc. (“GS”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Hg Pooled Management Limited (“Hg”, ir-Renju Unit), |
GS u Hs se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Galaxy UK Topco Limited (“Trackunit”, ir-Renju Unit), li qabel kienet ikkontrollata kollha kemm hi minn Hg.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
LUX Holdco hija veikolu bi skop speċjali maħluq għall-fini tal-implimentazzjoni tat-tranżazzjoni, ikkontrollata minn GS, li hija ditta globali bankarja, tat-titoli u tal-ġestjoni tal-investimenti, |
|
— |
Hg hija investitur f’negozji tas-software u tas-servizzi. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Trackunit huma dawn li ġejjin: bejjiegħ tat-telematika tal-vetturi u tat-tagħmir li jiġbor u janalizza d-data tal-magni f’ħin reali biex jagħti informazzjoni predittiva.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11923 — GS / HG / TRACKUNIT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2263/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)