|
12.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2281
tal-11 ta' Diċembru 2017
li jawtorizza żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fl-2017 f'ċerti reġjuni ta' vitikultura tal-Ġermanja u fir-reġjuni kollha ta' vitikultura tad-Danimarka, tan-Netherlands, u tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-punt A.3 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-limiti għaż-żieda tal-qawwa alkoħolika (arrikkiment) tal-inbid skont il-volum jiżdiedu b'mhux aktar minn 0,5 % fis-snin li fihom il-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu eċċezzjonalment ħżiena. |
|
(2) |
Id-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, u l-Iżvezja talbu dawn iż-żidiet tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2017, peress li l-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir kienu eċċezzjonalment ħżiena. Din it-talba saret mid-Danimarka, min-Netherlands, u mill-Iżvezja għar-reġjuni kollha ta' vitikultura tagħhom. Il-Ġermanja talbet iż-żieda tal-arrikkiment għall-inbid magħmul biss mill-varjetà ta' għeneb tal-inbid Dornfelder għar-reġjuni ta' Ahr, Mittelrhein, Mosel, Nahe, Pfalz u Rheinhessen. |
|
(3) |
Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp eċċezzjonalment ħżiena fl-2017, il-limiti fuq iż-żidiet tal-qawwa alkoħolika naturali previsti fil-punt A.2 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jippermettux il-produzzjoni ta' nbid b'qawwa alkoħolika totali xierqa mill-varjetajiet kollha tal-għeneb jew minn xi wħud minnhom f'ċerti reġjuni ta' vitikultura li għalihom normalment ikun hemm domanda tas-suq. |
|
(4) |
Għalhekk, ikun xieraq li tiġi awtorizzata żieda tal-limiti għall-arrikkiment tal-inbid prodott mill-varjetajiet kollha tal-għeneb tal-inbid jew ta' xi wħud minnhom maħsuda fl-2017 fir-reġjuni tal-vitikultura tad-Danimarka, tal-Ġermanja, tan-Netherlands u tal-Iżvezja. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta' deroga mill-punt A.2 tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-reġjuni ta' vitikultura jew f'parti minnhom imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u għall-varjetajiet kollha tal-għeneb tal-inbid jew għal xi wħud minnhom, kif speċifikati f'dak l-Anness, iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' għeneb frisk maħsud fis-sena 2017, il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb li jkun qed jiffermenta, l-inbid il-ġdid li jkun għadu qed jiffermenta u l-inbid li jkun ġie prodott mill-għeneb maħsud fis-sena 2017, ma għandhiex tkun aktar minn 3,5 % vol.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid u reġjuni ta' vitikultura, jew parti minnhom fejn hija awtorizzata żieda fil-limitu tal-arrikkiment skont l-Artikolu 1
|
Stat Membru |
Reġjuni ta' vitikultura jew parti minnhom (żona ta' vitikultura) |
Varjetajiet |
|
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona A) |
Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb |
|
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Ahr (żona A) |
Dornfelder |
|
Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Mittelrhein (żona A) |
||
|
Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Mosel (żona A) |
||
|
Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Nahe (żona A) |
||
|
Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Pfalz (żona A) |
||
|
Ir-reġjuni ta' vitikultura f'Rheinhessen (żona A) |
||
|
In-Netherlands |
Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona A) |
Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb |
|
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni ta' vitikultura kollha (żona A) |
Il-varjetajiet awtorizzati kollha tal-għeneb |