|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4019 |
17.7.2024 |
P9_TA(2023)0254
Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023: Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2022
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 – Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2022 (09682/2023 – C9-0208/2023 – 2023/0103(BUD))
(C/2024/4019)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottat b’mod definittiv fit-23 ta’ Novembru 2022 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021-2027 (3) (“ir-Regolament dwar il-QFP”), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (5), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023, adottat mill-Kummissjoni fit-12 ta’ April 2023 (COM(2023)0250), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023, adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Ġunju 2023 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-20 ta’ Ġunju 2023 (09682/2023 – C9-0208/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE tal-2024 taż-żieda tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0225/2023), |
|
A. |
billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 huwa mfassal biex idaħħal fil-baġit 2023 is-surplus mis-sena finanzjarja 2022, li jammonta għal EUR 2 519 miljun; |
|
B. |
billi l-komponenti ewlenin ta’ dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta’ EUR 2 198,4 miljun, u sottoinfiq ta’ EUR 320,6 miljun; |
|
C. |
billi mil-lat tad-dħul, is-surplus huwa prinċipalment dovut għal ammont ogħla milli mistenni ta’ dazji doganali (ftit aktar minn EUR 2 biljun); billi s-surplus fid-dħul amministrattiv ta’ EUR 170 miljun huwa attribwibbli l-aktar għal rata ta’ aġġornament tas-salarji ogħla milli kien oriġinarjament previst li żiedet il-livell ta’ kontribuzzjonijiet tat-taxxa u tal-imposti u tal-pensjonijiet; billi s-surplus fid-dħul finanzjarju, l-imgħax ta’ inadempjenza u l-multi jammonta għal EUR 141 miljun; |
|
D. |
billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni ammontat għal EUR 247 miljun għall-2022 u EUR 75 miljun għar-riporti tal-2021; billi s-sottoimplimentazzjoni u l-kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mill-istituzzjonijiet l-oħra huma baxxi meta mqabbla mal-livell tas-snin preċedenti; |
|
E. |
billi t-tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa tal-ING li jgawdu minnu l-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Awstrija jammonta għal ftit aktar minn EUR 5 biljun netti; billi l-marġnijiet fil-baġit tal-Unjoni huma stretti ħafna u l-flessibbiltà limitata fil-baġit x’aktarx li tiġi assorbita minn żieda fil-kostijiet relatati mar-ripagamenti tal-EURI; |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa mfassal biex jibbaġitja s-surplus tal-2022, għal ammont ta’ EUR 2 519 miljun, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
2. |
Ifakkar li s-surplus inaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-baġit 2023; ifakkar ukoll fil-ħtiġijiet ta’ finanzjament għoljin biex jiġu indirizzati d-diversi sfidi ffaċċjati mill-Unjoni, bħall-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-tibdil fil-klima, u ż-żieda fil-kostijiet tas-self tal-EURI li jistgħu jillimitaw severament il-kapaċità tal-baġit tal-Unjoni li jiffinanzja l-prijoritajiet u l-politiki tal-Unjoni u li jwieġeb għall-ħtiġijiet emerġenti; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ mit-tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq l-ING li jirriżultaw mis-surplus tal-2022 biex jiffinanzjaw azzjonijiet f’dawk l-oqsma jew jużawh bħala flessibbiltà addizzjonali, sabiex iwieġbu għat-talbiet ripetuti biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed flessibbiltà u marġnijiet fil-baġit tal-Unjoni biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għall-emerġenzi mingħajr ma jikkompromettu l-approprjazzjonijiet baġitarji diġà miftiehma; |
|
3. |
Ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-multi u t-tariffi għandhom jintużaw bħala dħul addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni u m’għandhomx iwasslu għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet tal-ING; |
|
4. |
Jieħu nota tal-kalkolu tat-tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa tal-ING għal ċerti Stati Membri, li jammonta għal ftit aktar minn EUR 5 biljun netti; jenfasizza l-fatt li dawk ir-ribassi jiġu kkalkulati bl-użu tad-deflatur l-aktar reċenti tal-Prodott Domestiku Gross għall-Unjoni u mhux id-deflatur standard ta’ 2 %; jisħaq li r-rata għolja attwali ta’ inflazzjoni għalhekk iżżid id-daqs tar-ribassi waqt li fl-istess ħin tnaqqas il-valur f’termini reali tal-baġit tal-Unjoni, u b’hekk tkompli żżid id-diskrepanza fil-finanzjament li jiffaċċja l-baġit tal-Unjoni; ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li r-ribassi u mekkaniżmi ta’ korrezzjoni oħra għandhom jiġu aboliti; |
|
5. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2023 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(4) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(5) ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.
(6) Testi adottati, P9_TA(2023)0194.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4019/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)