Official Journal L 347 , 28/11/1989 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/89 tat-23 ta' Novembru 1989 li jemenda Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar il-Tariffa Komuni Doganali IL KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 113 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi, fid-dawl tad-deċiżjoni riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-għan tal-Artikolu 28 u 113 tat-Trattat, jidher illi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [2] ġie addottat fuq bażi legali żbaljata billi l-Kunsill żied mal-bażi legali proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri l-Artikoli 28, 43 u 113 tat-Trattat, l-Artikolu 235 tat-Trattat, li jittratta dwar proċedura differenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet; billi l-Kummissjoni konsegwentement irriferit il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal proċediment għall-annullament tal-istess Regolament; Billi, sabiex il-Kummissjoni tkun tistgħa tirtira l-azzjoni tagħha u sabiex tipprevjeni illi l-att in kwistjoni jiġi dikjarat null, ir-riferenza magħmula lill-Artikolu 235 tat-Trattat bhala bażi legali għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandha tiġi mħassra, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-ewwel frasi ċitata fir- Regolament (KEE) Nru 2658/87 qed jiġi minnufih sostitwit bis-segwenti: "Wara li kkunsidra it-Trattat li jistyabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mogħod partikolari l-Artikoli 28, 43 u 113 tiegħu." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fl-istess jum illi huwa jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-10 Settembru 1987. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 Novembru 1989. Għall-Kunsill Il-President E. Cresson [1] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Ottubru 1989 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali). [2] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. --------------------------------------------------