|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6054 |
12.11.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) flimkien mal-Artikolu 25(4) ta’ dak ir-Regolament
(C/2025/6054)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA
(l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Ambt Delden”
PDO-NL-02169-CANCEL — 22.10.2024
1. Isem reġistrat propost għall-kanċellazzjoni
Ambt Delden
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☒ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☒ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xorb spirituż |
4. L-isem tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz, li minnu toriġina l-indikazzjoni ġeografika
In-Netherlands
5. L-isem tal-awtorità tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li tissottometti t-talba għall-kanċellazzjoni lill-Kummissjoni jew l-indikazzjoni li t-talba għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni hija sottomessa direttament lill-Kummissjoni mill-produtturi ta’ pajjiż terz tal-prodott ikkummerċjalizzat skont l-isem reġistrat u l-isem tal-aġent b’mandat mill-produtturi biex jibgħat it-talba (l-obbligu li jingħata mandat lil aġent ma japplikax fil-każ ta’ produttur uniku)
In-Netherlands
6. F’każ ta’ talba minn Stat Membru, indika jekk it-talba għall-kanċellazzjoni fl-istadju nazzjonali tal-proċedura saritx mill-produtturi tal-prodott ikkummerċjalizzat skont l-isem reġistrat jew mill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut ta’ dak il-prodott. F’dan il-każ daħħal l-isem tal-grupp ta’ produtturi rikonoxxut
|
☒ |
Talba magħmula mill-produtturi |
|
☐ |
Talba magħmula mill-grupp ta’ produtturi rikonoxxut: … |
7. Klassifikazzjoni tal-prodott f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL
2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
8. Tip ta’ kanċellazzjoni
Fit-8 ta’ Lulju 2024, l-isem Twente (DOP) ġie inkluż fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi. Iż-żona ġeografika tal-isem Ambt Delden (DOP) ġiet inkluża wkoll fiż-żona ġeografika ta’ dan l-isem. Iż-żona ġeografika tal-Ambt Delden (DOP) għaldaqstant saret parti minn dik ta’ Twente (DOP). Għalhekk, iż-żona ġeografika duplikata maħluqa għamlet l-isem Ambt Delden (DOP) superfluwu, u dan wassal għal talba tal-produttur biex tiġi kkanċellata r-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem. F’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet sottomessa talba biex tiġi kkanċellata r-reġistrazzjoni tal-Ambt Delden (DOP).
Talba għall-kanċellazzjoni ffirmata u datata.
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6054/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)