Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal‑Artikoli 43 u 56 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi eżenzjoni fiskali għad‑dividendi li jitqassmu mill‑kumpanniji nazzjonali, bl‑esklużjoni ta’ dividendi li jitqassmu mill‑kumpanniji li għandhom l‑uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi applikat, għad‑dividendi ta’ oriġini barranija, sistema ta’ tassazzjoni inqas favorevoli minn dik applikata għad‑dividendi ta’ oriġini nazzjonali, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt l‑Artikoli 43 KE u 56 KE kif ukoll taħt l‑artikoli korrispondenti tal‑Ftehim dwar iż‑Żona Ekonomika Ewropea, tat‑2 ta’ Mejju 1992, jiġifieri l‑Artikoli 31 u 40 tiegħu.

Billi żammet fis‑seħħ id‑dispożizzjonijiet tal‑Kodiċi tat‑taxxa fuq id‑dħul (Liġi 2238/1994, kif emendata bil‑Liġi 3296/2004), li permezz tiegħu s‑soċjetajiet barranin huma ntaxxati iktar fil‑Greċja mis‑soċjetajiet nazzjonali, ir‑Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l‑obbligi tagħha taħt l‑Artikoli 43 KE u 31 tal‑Ftehim dwar iż‑Żona Ekonomika Ewropea.

2) Ir‑Repubblika Ellenika hija kkundannata għall‑ispejjeż.